Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1084R(02)

    Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1084 tal-14 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna għal infrastruttura tal-port u tal-ajruport, livelli limitu ta' notifika għal għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju u għajnuna għall-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali, u l-iskemi ta' għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 702/2014 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli (ĠU L 156, 20.6.2017)

    C/2018/0435

    ĠU L 26, 31.1.2018, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1084/corrigendum/2018-01-31/oj

    31.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 26/53


    Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1084 tal-14 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 f'dak li għandu x'jaqsam ma' għajnuna għal infrastruttura tal-port u tal-ajruport, livelli limitu ta' notifika għal għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju u għajnuna għall-infrastrutturi għall-isport u għar-rikreazzjoni multifunzjonali, u l-iskemi ta' għajnuna operatorja reġjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 702/2014 f'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 156 tal-20 ta' Ġunju 2017 )

    Fil-paġna 10, fl-Artikolu 1(11), fil-kliem introduttorju tal-paragrafu 4 tal-Artiklu 15 sostitwit,

    minflok:

    “Fir-reġjuni ultraperiferiċi, skemi ta' għajnuna operatorja jikkumpensaw għall-ispejjeż operatorji addizzjonali mġarrba f'dawk ir-reġjuni bħala effett dirett ta' wieħed jew iktar mill-iżvantaġġi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat, fejn il-benefiċjarji jkollhom l-attività ekonomika tagħhom f'reġjun ultraperiferiku sakemm l-ammont ta' għajnuna annwali għal kull benefiċjarju taħt l-iskemi kollha ta' għajnuna operatorja implimentati skont dan ir-Regolament ma jkunx iktar minn kwalunkwe mill-persentaġġi li ġejjin:”,

    aqra:

    “Fir-reġjuni ultraperiferiċi, skemi ta' għajnuna operatorja jikkumpensaw għall-ispejjeż operatorji addizzjonali mġarrba f'dawk ir-reġjuni bħala effett dirett ta' wieħed jew iktar mill-iżvantaġġi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat, fejn il-benefiċjarji jkollhom l-attività ekonomika tagħhom f'reġjun ultraperiferiku sakemm l-ammont ta' għajnuna annwali għal kull benefiċjarju taħt l-iskemi kollha ta' għajnuna operatorja implimentati skont dan ir-Regolament ma jkunx iktar minn wieħed mill-persentaġġi li ġejjin:”


    Top