Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1014

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1014 tal-15 ta' Ġunju 2017 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards Ewropej EN 13869:2016 dwar ir-rekwiżiti ta' sikurezza fil-lajters fil-konfront tat-tfal, u EN 13209-2:2015 dwar it-tagħmir għall-ġarr tat-trabi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/3978

    ĠU L 153, 16.6.2017, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/10/2019; Imħassar b' 32019D1698

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/1014/oj

    16.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 153/36


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1014

    tal-15 ta' Ġunju 2017

    dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards Ewropej EN 13869:2016 dwar ir-rekwiżiti ta' sikurezza fil-lajters fil-konfront tat-tfal, u EN 13209-2:2015 dwar it-tagħmir għall-ġarr tat-trabi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/95/KE jesiġi li l-produtturi jqiegħdu biss prodotti sikuri fis-suq.

    (2)

    Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies bħala sikur, safejn għandhom x'jaqsmu r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva.

    (3)

    Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/95/KE, l-istandards Ewropej jitfasslu minn organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni skont mandati maħruġa mill-Kummissjoni.

    (4)

    Skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, il-Kummissjoni trid tippubblika r-referenzi ta' dawn l-istandards.

    (5)

    Fit-23 ta' April 2008, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/357/KE (2), u fis-7 ta' Ġunju 2008 il-Kummissjoni ħarġet il-mandat M/427 lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN — European Committee for Standardisation) relatat mar-rekwiżiti tar-reżistenza għal-lajters tas-sigaretti fil-konfront tat-tfal.

    (6)

    B'reazzjoni għall-mandat M/427, is-CEN adotta l-istandard EN 13869:2016 “Lajters — ir-rekwiżiti ta' sikurezza fil-lajters fil-konfront tat-tfal — ir-rekwiżiti ta' sikurezza u l-metodi ta' ttestjar”. L-istandard EN 13869:2016 jissodisfa l-mandat M/427 u huwa konformi mar-rekwiżit ta' sigurtà ġenerali stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Għalhekk, ir-referenza tiegħu għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (7)

    Fis-16 ta' Diċembru 1997 il-Kummissjoni tat il-mandat M/264 lis-CEN u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC — European Committee for Electrotechnical Standardization) relatat mas-sikurezza tal-oġġetti għall-indukrar tat-tfal.

    (8)

    B'rispons għall-mandat M/264, is-CEN adotta l-istandard EN 13209-2:2015 “Oġġetti għall-użu u għall-indukrar tat-tfal — Tagħmir għall-ġarr tat-trabi — Ir-rekwiżiti ta' sikurezza u l-metodi ta' ttestjar — il-Parti 2: tagħmir għall-ġarr flessibbli”. L-istandard EN 13209-2:2015 jissodisfa l-mandat M/264 u huwa konformi mar-rekwiżit ta' sikurezzezza ġenerali stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Għalhekk, ir-referenza tiegħu għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit mid-Direttiva 2001/95/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-referenzi tal-istandards li ġejjin għandhom jiġu ppubblikati fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

    (a)

    EN 13869:2016 “Lajters — Ir-rekwiżiti ta' sikurezza fil-lajters fil-konfront tat-tfal — Ir-rekwiżiti ta' sikurezza u l-metodi ta' ttestjar”;

    (b)

    EN 13209-2:2015 “Oġġetti għall-użu u għall-indukrar tat-tfal — Tagħmir għall-ġarr tat-trabi — Ir-rekwiżiti ta' sikurezza u l-metodi ta' ttestjar — il-Parti 2: Tagħmir għall-ġarr flessibbli”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/357/KE tat-23 ta' April 2008 dwar rekwiżiti speċifiċi ta' sikurezza tat-tfal li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għal-lajters skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 120, 7.5.2008, p. 11).


    Top