EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1698

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1698 tad-9 ta’ Ottubru 2019 dwar standards Ewropej għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/7126

OJ L 259, 10.10.2019, p. 65–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/08/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1698/oj

10.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/65


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1698

tad-9 ta’ Ottubru 2019

dwar standards Ewropej għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/95/KE, prodott għandu jitqies bħala sikur, sa fejn u sakemm jirrigwarda r-riskji u l-kategoriji tar-riskji koperti bl-istandards nazzjonali rilevanti, meta jkun konformi mal-istandards nazzjonali volontarji li jittrasponu l-istandards Ewropej, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva.

(2)

Fis-27 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/479/UE (2) dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej għal tagħmir tal-ġinnastika.

(3)

Permezz tal-ittra M/507 tal-5 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lis-CEN biex ifassal standards Ewropej li jindirizzaw ir-riskji ewlenin assoċjati mat-tagħmir tal-ġinnastika skont ir-rekwiżiti tas-sikurezza. Abbażi ta’ din it-talba, is-CEN adotta l-istandard: EN 913:2008 għat-tagħmir tal-ġinnasju – rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà u metodi ta’ ttestjar Ir-referenza ta’ dan l-istandard ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) fil-11 ta’ Lulju 2014 fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 2014/357/UE (4).

(4)

Fid-dawl ta’ għarfien ġdid u tal-iżvilupp tas-suq, is-CEN abbozza standard Ewropew ġdid EN 913:2018.

(5)

L-istandard Ewropew EN 913:2018 jikkonforma mar-rekwiżit ġenerali tas-sigurtà stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Għalhekk, ir-referenza tiegħu għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Fid-29 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/786/UE (5) dwar ir-rekwiżiti ta’ sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għar-roti, ir-roti għat-tfal żgħar, u l-mezzi ta’ ġarr fuq ir-rota.

(7)

Permezz tal-ittra M/508 tas-6 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lis-CEN biex ifassal standards Ewropej li jindirizzaw ir-riskji ewlenin assoċjati mar-roti, ir-roti għat-tfal żgħar u l-mezzi ta’ ġarr fuq ir-rota skont ir-rekwiżiti tas-sikurezza. Abbażi ta’ din it-talba, is-CEN adotta serje ta’ standards: EN ISO 4210-2:2014 għar-rekwiżiti għal roti li jintużaw fil-bliet u fl-ivvjaġġar fl-għoljiet, fuq muntanji, u għat-tlielaq u EN ISO 4210–6: 2014 għall-metodi tal-ittestjar tal-frejm u tal-furketta. Ir-referenzi ta’ dawn l-istandards ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) fuq il-bażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/681 (7).

(8)

Fid-dawl ta’ għarfien ġdid u tal-iżvilupp tas-suq, is-CEN abbozza standards Ewropej ġodda EN ISO 4210-2-2015 u EN ISO 4210-6-2015.

(9)

L-istandards EN ISO 4210-2-2015 u EN ISO 4210-6-2015 jissodisfaw huma konformi mar-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Ir-referenzi tagħhom għaldaqstant għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

Abbażi tat-talba M/508 tas-6 ta’ Settembru 2012 tal-Kummissjoni, is-CEN adotta l-istandard: EN 14872:2006 għar-roti – aċċessorji għal roti – kontenitur fejn jinġarru l-bagalji. Ir-referenza ta’ dan l-istandard ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8) fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/514/KE (9).

(11)

Fid-dawl ta’ għarfien ġdid u tal-iżvilupp tas-suq, is-CEN abbozza standard Ewropew ġdid EN ISO 11243:2016.

(12)

L-istandard Ewropew EN ISO 11243:2016 jikkonforma mar-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Għalhekk, ir-referenza tiegħu jeħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(13)

Fil-25 ta’ Marzu 2008, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2008/264/KE (10) dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li jridu jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għas-sigaretti..

(14)

Permezz tal-ittra M/425 tas-27 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex ifassal standards Ewropej li jindirizzaw ir-riskji ewlenin assoċjati mas-sigaretti skont ir-rekwiżiti tas-sikurezza kontra n-nirien. Abbażi ta’ din it-talba, is-CEN adotta l-istandard: EN ISO 12863:2010 dwar il-metodu ta’ ttestjar għall-valutazzjoni tal-propensità ta’ qbid tas-sigaretti. Ir-referenza ta’ dan l-istandard ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (11) fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/496/UE (12).

(15)

Fid-dawl ta’ għarfien ġdid u tal-iżvilupp tas-suq, is-CEN emenda l-istandard EN ISO 12863:2010 billi adotta l-emenda EN ISO 12863:2010/A1:2016.

(16)

L-emenda EN ISO 12863:2010/A1:2016 hija konformi mar-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Għalhekk, ir-referenza tagħha jeħtieġ li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(17)

Fis-27 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2011/476/UE (13) dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza li jridu jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal tagħmir fiss għat-taħriġ.

(18)

Permezz tal-ittra M/506 tal-5 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lis-CEN biex ifassal standards Ewropej li jindirizzaw ir-riskji ewlenin assoċjati ma’ tagħmir fiss għat-taħriġ skont ir-rekwiżiti tas-sikurezza. Abbażi ta’ din it-talba, is-CEN adotta sensiela ta’ standards: EN 957-4:2006+A1:2010 għall-bankijiet għal taħriġ tas-saħħa, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-saħħa u metodi ta’ ttestjar; EN 957-5:2009 għat-tagħmir għal taħriġ li jaħdem bil-pedala tal-krank, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar, EN 957-8:1998 għat-tagħmir għal tlugħ ta’ turġien, apparati li jitilgħu t-turġien u apparat tat-tlugħ. Rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar, EN 957-9:2003 għat-tagħmir ta’ taħriġ elittiku, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar, kif ukoll EN 957-10:2005 għar-roti għall-eżerċizzju b’rota fissa jew bla rota libera, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar. Ir-referenzi ta’ dawn l-istandards ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14) fuq il-bażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/357/UE.

(19)

Fid-dawl ta’ għarfien ġdid u tal-iżvilupp tas-suq, is-CEN abbozza l-istandards ġodda EN ISO 20957-4:2016, EN ISO 20957-5:2016, EN ISO 20957-8:2017, EN ISO 20957-9:2016 u EN ISO 20957-10:2017.

(20)

L-istandards Ewropej EN ISO 20957-4:2016, EN ISO 20957-5:2016, EN ISO 20957-8:2017, EN ISO 20957-9:2016 u EN ISO 20957-10:2017 jikkonformaw mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Ir-referenzi tagħhom għaldaqstant jeħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(21)

Fil-21 ta’ April 2005, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2005/323/KE (15) dwar il-ħtiġijiet għas-sigurtà li għandhom jitwettqu mill-istandards Ewropej għal oġġetti li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fil-ħin liberu fuq jew fl-ilma.

(22)

Permezz tal-ittra M/372 tal-5 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni għamlet talba lis-CEN biex ifassal standards Ewropej li jindirizzaw ir-riskji ewlenin assoċjati ma’ oġġetti li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fil-ħin liberu fl-ilma jew fuqu skont ir-rekwiżiti ta’ sikurezza. Abbażi ta’ din it-talba, is-CEN adotta sensiela ta’ standards: EN 15649-1:2009+A2:2013, EN 15649-2:2009+A2:2013, EN 15649-3:2009+A1:2012, EN 15649-4:2010+A1:2012, EN 15649-5:2009, EN 15649-6:2009+A1:2013, EN 15649-7:2009 għall-oġġetti li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fil-ħin liberu fl-ilma jew fuqu. Ir-referenzi ta’ din is-serje ta’ standards ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (16) fuq il-bażi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2014/359/UE (17), 2014/875/UE (18) u 2013/390/UE (19).

(23)

Fid-dawl ta’ għarfien ġdid u tal-iżvilupp tas-suq, is-CEN abbozza serje ġdida ta’ standards Ewropej EN ISO 25649:2017 (il-partijiet 1–7).

(24)

L-istandards EN 25649:2017 (il-partijiet 1–7) huma konformi mar-rekwiżit ġenerali tas-sikurezza stabbilit fid-Direttiva 2001/95/KE. Ir-referenzi tagħhom għaldaqstant jeħtieġ li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(25)

L-istandards Ewropej EN 913:2008, EN 957-4:2006+A1:2010, EN 957-5:2009, EN 957-8:1998, EN 957-9:2003, EN 957-10:2005, EN ISO 4210-2:2014, EN ISO 4210-6:2014, EN 14872:2006 u s-serje EN 15649 huma sostitwiti bi standards Ewropej ġodda jew emendati li r-referenzi tagħhom għandhom jiġu ppubblikati b’din id-Deċiżjoni. Għalhekk, hemm bżonn li r-referenzi ta’ dawn l-istandards jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (20).

(26)

Fl-interessi taċ-ċarezza, lista sħiħa ta’ referenzi tal-istandards Ewropej abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru għandha tiġi ppubblikati f’att wieħed. Ir-referenzi tal-istandards Ewropej li huma ppubblikati bħalissa f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (21) jeħtieġ għalhekk li jiġu inklużi f’din id-Deċiżjoni. Konsegwentement, hemm bżonn li jitħassru d-Deċiżjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ dawn l-istandards.

(27)

Il-konformità mal-istandard nazzjonali rilevanti li jittrasponi l-istandard Ewropew li r-referenzi tiegħu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tagħti preżunzjoni ta’ sikurezza sa fejn jirrigwarda r-riskji u l-kategoriji ta’ riskji koperti mill-istandard nazzjonali rilevanti, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard Ewropew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk jeħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

(28)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi tal-istandards Ewropej għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE u elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Ir-referenzi tal-istandards għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE u elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan imħassra minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 1493 (22), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/718/KE (23), id-Deċiżjoni 2006/514/KE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/18/KE (24), id-Deċiżjoni 2011/496/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/29/UE (25), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/390/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/357/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/358/UE (26), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/359/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/531/UE (27), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/875/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/681, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1345 (28) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1014 (29) huma mħassra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/479/UE tas-27 ta’ Lulju 2011 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza li għandhom jintlaħqu mill-istandards Ewropej għal tagħmir tal-ġinnastika skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 197, 29.7.2011, p. 13).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 267/03 fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU C 267, 11.8.2017, p. 7).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/357/UE tat-13 ta’ Ġunju 2014 dwar il-konformità tal-istandards Ewropej serje EN 957 (partijiet 2 u 4-10) u EN ISO 20957 (parti 1) għal tagħmir fiss għat-taħriġ u ta’ għaxar standards Ewropej għal tagħmir tal-ġinnastika mar-rekwiżit ta’ siġurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ dawk l-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 175, 14.6.2014, p. 40).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/786/UE tad-29 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti ta’ sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għar-roti, ir-roti għat-tfal żgħar, u l-mezzi ta’ ġarr fuq ir-rota skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 319, 2.12.2011, p. 106).

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 267/03 fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU C 267, 11.8.2017, p. 7).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/681 tad-29 ta’ April 2015 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandard EN ISO 4210, il-partijiet 1-9, għal roti tal-bliet u tal-ivvjaġġar fit-tul, roti tal-muntanja u roti għat-tiġrijiet, u tal-istandard EN ISO 8098 għal roti għat-tfal żgħar f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 111, 30.4.2015, p. 30).

(8)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 267/03 fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU C 267, 11.8.2017, p. 7).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/514/KE tal-20 ta’ Lulju 2006 dwar il-konformità ta’ ċerti standards mal-kriterju ġenerali ta’ sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tagħhom fil-Ġurnali Uffiċjali (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 35).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/264/KE tal-25 ta’ Marzu 2008 dwar rekwiżiti ta’ sikurezza kontra n-nar li għandhom jiġu sodisfatti mill-istandards Ewropej għas-sigaretti skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 35).

(11)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 267/03 fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU C 267, 11.8.2017, p. 7).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/496/UE tad-9 ta’ Awwissu 2011 dwar il-konformità tal-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti – Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu – Rekwiżit tas-sigurtà” u l-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” bir-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandard EN 16156:2010 “Sigaretti – Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu – Rekwiżit tas-sigurtà” u tal-istandard EN ISO 12863:2010 “Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr” f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 205, 10.8.2011, p. 31).

(13)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/476/UE tas-27 ta’ Lulju 2011 dwar rekwiżiti ta’ sigurtà li għandhom jiġu ssodisfati mill-istandards Ewropej għal tagħmir fiss għat-taħriġ skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 196, 28.7.2011, p. 16).

(14)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 267/03 fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU C 267, 11.8.2017, p. 7).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/323/KE tal-21 ta’ April 2005 dwar il-ħtiġijiet għas-sigurtà li għandhom jitwettqu mill-istandards Ewropej għal oġġetti li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fil-ħin liberu fuq jew fl-ilma in segwitu għad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 104, 23.4.2005, p. 39).

(16)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 267/03 fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU C 267, 11.8.2017, p. 7).

(17)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/359/UE tat-13 ta’ Ġunju 2014 dwar il-konformità tal-istandards Ewropej EN 15649-1:2009+A2:2013 and EN 15649-6:2009+A1:2013 għal oġġetti li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu għar-rikreazzjoni fuq l-ilma jew fl-ilma mar-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ dawk l-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 175, 14.6.2014, p. 45)

(18)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/875/UE tal-4 ta’ Diċembru 2014 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandard EN 15649-2:2009+A2:2013 għall-oġġetti li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fil-ħin liberu fl-ilma jew fuqu u tar-referenzi tal-istandard EN 957-6:2010+A1:2014 għat-tagħmir fiss għat-taħriġ f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 349, 5.12.2014, p. 65).

(19)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/390/UE tat-18 ta’ Lulju 2013 dwar il-konformità tal-istandards Ewropej serje EN 15649 (partijiet 1-7) għal oġġetti li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fuq l-ilma jew fl-ilma mar-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ dawk l-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 196, 19.7.2013, p. 22).

(20)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 267/03 fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU C 267, 11.8.2017, p. 7).

(21)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2017/C 267/03 fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU C 267, 11.8.2017, p. 7).

(22)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004)1493 tat-23 ta’ April 2004 dwar il-konformità ta’ ċerti standards mal-kriterju ġenerali ta’ sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali.

(23)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/718/KE tat-13 ta’ Ottubru 2005 dwar il-konformità ta’ ċerti standards mal-kriterju ġenerali ta’ sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tagħhom fil-Ġurnali Uffiċjali (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 51).

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni2009/18/KE tat-22 ta’ Diċembru 2008 dwar il-konformità tal-istandard EN 1273:2005 fir-rigward ta’ oqfsa tal-mixi għat-trabi mar-rekwiżit tas-sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard fil-Ġurnal Uffiċjali (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 29).

(25)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/29/UE tal-13 ta’ Jannar 2012 fuq il-konformità tal-istandard EN 60065:2002/A12:2011 “Awdjo, vidjow, u apparati elettroniċi simili – Rekwiżiti ta’ sigurtà” u tal-istandard EN 60950-1:2006/A12:2011 “Tagħmir tat-teknoloġija tal-informatika – Sigurtà – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali” mar-rekwiżit ġenerali ta’ sikurezza tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fuq il-pubblikazzjoni ta’ dawk l-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 13, 17.1.2012, p. 7).

(26)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/358/UE tat-13 ta’ Ġunju 2014 dwar il-konformità tal-istandard Ewropew EN 16281:2013 għal apparat ta’ sokor installat mill-konsumatur għal twieqi u bibien tal-gallarija sikuri għat-tfal mar-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ dak l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 175, 14.6.2014, p. 43)

(27)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/531/UE tal-14 ta’ Awwissu 2014 dwar il-konformità tal-istandards Ewropej EN 16433:2014 u EN 16434:2014 u ta’ ċerti klawsoli tal-istandard Ewropew EN 13120:2009+A1:2014 għal tendini interni mar-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ dawk l-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 243, 15.8.2014, p. 54).

(28)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1345 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ standards dwar lazzijiet u qfieli fl-ilbies tat-tfal, dwar kerrikots u stands, dwar barrieri ta’ sikurezza u dwar unitajiet għat-tibdil għal użu domestiku f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 207, 4.8.2015, p. 73).

(29)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1014 tal-15 ta’ Ġunju 2017 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards Ewropej EN 13869:2016 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza fil-lajters fil-konfront tat-tfal, u EN 13209-2:2015 dwar it-tagħmir għall-ġarr tat-trabi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 153, 16.6.2017, p. 36).


ANNESS I

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN 581-1:2006

Għamara li titħalla fil-beraħ - Siġġijiet u mwejjed għall-użu ta’ kkampjar, domestiċi u f’kuntratti - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà

2.

EN 913:2018

Tagħmir tal-ġinnastika - Rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

3.

EN 914:2008

Tagħmir tal-ġinnastika - Żbarri paralleli u kombinazzjoni ta’ żbarri asimetriċi/paralleli - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar inkluża sigurtà

4.

EN 915:2008

Tagħmir tal-ġinnastika - Żbarri asimetriċi - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar inkluża sigurtà

5.

EN 916:2003

Tagħmir tal-ġinnastika - Kaxxi għall-qbiż arkobatiku minn fuqhom - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar inkluża sigurtà

6.

EN 957-2:2003

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 2: Tagħmir għal taħriġ tas-saħħa, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-sigurtà u metodi ta’ ttestjar

7.

EN 957-6:2010+A1:2014

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 6: Treadmills, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-sigurta u metodi ta’ ttestjar

8.

EN 957-7:1998

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 7: Magni tal-qdif, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

9.

EN 1129-1:1995

Għamara - Sodod li jingħalqu u jintrefgħu - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà

10.

EN 1129-2:1995

Għamara - Sodod li jingħalqu u jintrefgħu - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 2: Metodi ta’ ttestjar

11.

EN 1130-1:1996

Għamara - Bennieni u sodod għal użu domestiku - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà

12.

EN 1130-2:1996

Għamara - Bennieni u sodod għal użu domestiku - Parti 2: Metodi ta’ ttestjar

13.

EN 1273:2005

Artikli li jintużaw mit-tfal u għall-kura tat-tfal - Frejms għall-mixi tat-trabi - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

14.

EN 1466:2014

Artikli għall-kura tat-tfal - Sodod żgħar għat-trabi li jistgħu jinġarru u fuqiex jitqiegħdu - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

15.

EN 1651:1999

Tagħmir għal igglajdjar bil-paraxut - Arneżijiet – Rekwiżiti ta’ sigurtà u testijiet tas-saħħa

16.

EN 1930:2011

Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal - Ilqugħ ta ‘sigurtà - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

17.

EN ISO 4210-1:2014

Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 1: Termini u definizzjonijiet (ISO 4210-1:2014)

18.

EN ISO 4210-2:2015

Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 2: Rekwiżiti għal roti li jintużaw fl-ibliet u fl-ivvjaġġar fl-għoljiet, fuq muntanji, u għat-tlielaq (ISO 4210-2:2015)

19.

EN ISO 4210-3:2014

Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 3: Metodi ta’ ttestjar komuni (ISO 4210-3:2014)

20.

EN ISO 4210-4:2014

Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 4: Metodi ta’ ttestjar tal-brejkijiet (ISO 4210-4:2014)

21.

EN ISO 4210-5:2014

Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 5: Metodi ta’ ttestjar tal-istering (ISO 4210-5:2014, Corrected version 2015-02-01)

22.

EN ISO 4210-6:2015

Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 6: Metodi tal-ittestjar tal-frejm u tal-furketta (ISO 4210-6:2015)

23.

EN ISO 4210-7:2014

Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 7: Metodi ta’ ttestjar għar-roti u r-rimmijiet (ISO 4210-7:2014)

24.

EN ISO 4210-8:2014

Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 8: Metodi ta’ ttestjar ta’ pedali u kranks (ISO 4210-8:2014)

25.

EN ISO 4210-9:2014

Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 9: Metodi ta’ ttestjar ta’ sarġijiet u mqagħad (ISO 4210-9:2014)

26.

EN ISO 8098:2014

Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għal roti ta’ tfal żgħar (ISO 8098:2014)

27.

EN ISO 9994:2006

Lajters - Specifikazzjoni ta’ sigurtà (ISO 9994:2005)

28.

EN ISO 11243:2016

Roti - ġarriera tal-bagalji għar-roti - Rekwiżiti u metodi tat-ttestjar (ISO 11243:2016)

29.

EN 12196:2003

Tagħmir tal-ġinnastika - Żwiemel għal prattiċi akrobatiċi - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar

30.

EN 12197:1997

Tagħmir tal-ġinnastika - Żbarri orizzontali - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

31.

EN 12221-1:2008+A1:2013

Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal - Unitajiet għat-tibdil għall-użu domestiku - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà

32.

EN 12221-2:2008+A1:2013

Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal – Unitajiet għat-tibdil għall-użu domestiku – Parti 2: Metodi ta’ ttestjar

33.

EN 12346:1998

Tagħmir tal-ġinnastika - Żbarri mal-ħajt, slielem kannizzata u frejms tat-tixbit - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

34.

EN 12432:1998

Tagħmir tal-ġinnastika - Travi tal-ibbilanċjar - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar

35.

EN 12491:2001

Tagħmir għal igglajdjar bil-paraxut - Paraxut ta’ emerġenza - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

36.

EN 12655:1998

Tagħmir tal-ġinnastika - Ċrieki mdendlin - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar

37.

EN ISO 12863:2010

Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr (ISO 12863:2010)

EN ISO 12863:2010/A1:2016

38.

EN 13120:2009+A1:2014

Purtieri bil-listi jintrikbu fuq ġewwa - Rekwiżiti ta’ operat fosthom sigurtà

39.

EN 13209-1:2004

Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal - Pramms tat-trabi - Rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar - Parti 1: Pramms bid-dahar iffrejmjat

40.

EN 13209-2:2015

Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal – Pramms tat-trabi – Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar - Parti 2: Pramm ta’ materjal artab

41.

EN 13219:2008

Tagħmir tal-Ġinnastika - Trampolini - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar

42.

EN 13319:2000

Aċċessorji għall-għadis taħt l-ilma - Apparat biex ikejjel il-fond u apparati li jkejjlu l-fond u l-ħin flimkien - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar

43.

EN 13869:2016

Lajters - Rekwiżiti ta’ sigurtà għat-tfal - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

44.

EN 13899:2003

Tagħmir għal sports fuq ir-roti - Skejz bir-roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

45.

EN 14059:2002

Lampi taż-żejt dekorattivi - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

46.

EN 14344:2004

Oġġetti li jintużaw mit-tfal u għall-kura tagħhom - Mqagħad għat-tfal għal roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

47.

EN 14350-1:2004

Oġġetti li jintużaw mit-tfal u għall-kura tagħhom - Apparat tax-xorb - Parti 1: Rekwiżiti u testijiet ġenerali u mekkaniċi

48.

EN 14682:2014

Sigurtà tal-ilbies tat-tfal - Qfieli u qfieli tal-qadd fi lbies tat-tfal - Speċifikazzjonijiet

49.

EN 16156:2010

Sigaretti - Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu - Rekwiżit tas-sigurtà

50.

EN 16281:2013

Prodotti maħsubin għall-ħarsien tat-tfal - Apparati li jillokkjaw twieqi u bibien ta’ gallariji reżistenti għat-tbagħbis mit-tfal u mwaħħlin mill-konsumatur - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

51.

EN 16433:2014

Purtieri bil-listi jintrikbu fuq ġewwa - Protezzjoni minn periklu ta’ tgħalliq - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għal apparat ta’ sigurtà

52.

EN 16434:2014

Purtieri bil-listi jintrikbu fuq ġewwa - Protezzjoni minn periklu ta’ tgħalliq - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għal apparat ta’ sigurtà

53.

EN ISO 20957-1:2013

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar (ISO 20957-1:2013)

54.

EN ISO 20957-4:2016

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 4: Bankijiet għal taħriġ tas-saħħa, rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar (ISO 20957-4:2016)

55.

EN ISO 20957-5:2016

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 5: Roti għall-eżerċizzju fissi u tagħmir għal taħriġ li jaħdem bil-pedala tal-krank, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar (ISO 20957-5:2016)

56.

EN ISO 20957-8:2017

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 8: Tagħmir għal tlugħ ta’ turġien, apparati li jitilgħu t-turġien u apparat tat-tlugħ - Rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-sigurtà u metodi ta’ ttestjar (ISO 20957-8:2017)

57.

EN ISO 20957-9:2016

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 9: Tagħmir ta’ taħriġ elittiku, rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar (ISO 20957-9:2016)

58.

EN ISO 20957-10:2017

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 10: Roti għall-eżerċizzju b’rota fissa jew bla rota libera - Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar (ISO 20957-10:2017)

59.

EN ISO 25649-1:2017

Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 1: Klassifikazzjoni, materjali, rekwiżiti ġenerali u metodi ta’ ttestjar (ISO 25649-1:2017)

60.

EN ISO 25649-2:2017

Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 2: Informazzjoni għall-konsumatur (ISO 25649-2:2017)

61.

EN ISO 25649-3:2017

Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 3: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għall-apparati tal-Klassi A (ISO 25649-3:2017)

62.

EN ISO 25649-4:2017

Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 4: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal apparati tal-Klassi B (ISO 25649-4:2017)

63.

EN ISO 25649-5:2017

Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 5: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għall-apparati tal-Klassi A (ISO 25649-5:2017)

64.

EN ISO 25649-6:2017

Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 6: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal apparati tal-Klassi D (ISO 25649-6:2017)

65.

EN ISO 25649-7:2017

Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 7: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għall-apparati tal-Klassi E (ISO 25649-7:2017)

66.

EN 60065:2002

Apparat awdjo, vidjow, u apparat elettroniku simili - Rekwiżiti ta’ sigurtà IEC 60065:2001 (Modifikat)

EN 60065:2002/A12:2011

67.

EN 60950-1:2006

Apparat tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni - Sigurtà - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali IEC 60950-1:2005 (Modifikat)

EN 60950-1:2006/A12:2011


ANNESS II

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN 913:2008

Tagħmir tal-ġinnastika – Rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà u metodi ta’ ttestjar

2.

EN 957-4:2006+A1:2010

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 4: Bankijiet għal taħriġ tas-saħħa, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

3.

EN 957-5:2009

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 5: Roti għall-eżerċizzju fissi u tagħmir għal taħriġ li jaħdem bil-pedala tal-krank, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

4.

EN 957-8:1998

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 8: Tagħmir għal tlugħ ta’ turġien, apparati li jitilgħu t-turġien u apparat tat-tlugħ - Rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

5.

EN 957-9:2003

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 9: Tagħmir ta’ taħriġ elittiku, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

6.

EN 957-10:2005

Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 10: Roti għall-eżerċizzju b’rota fissa jew bla rota libera, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar

7.

EN ISO 4210-2:2014

Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 2: Rekwiżiti għal roti li jintużaw fl-ibliet u fl-ivvjaġġar fl-għoljiet, fuq muntanji, u għat-tlielaq (ISO 4210-2:2014)

8.

EN ISO 4210-6:2014

Roti – Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti – Parti 6: Metodi tal-ittestjar tal-frejm u tal-furketta (ISO 4210-6:2014)

9.

EN ISO 12863:2010

Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr (ISO 12863:2010)

10.

EN 14872:2006

Roti - Aċċessorji għal roti - Kontenitur fejn jinġarru l-bagalji

11.

EN 15649-1:2009+A2:2013

Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma - Parti 1: Klassifikazzjoni, materjali, rekwiżiti ġenerali u metodi ta’ ttestjar

12.

EN 15649-2:2009+A2:2013

Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma – Parti 2: Informazzjoni għall-konsumatur

13.

EN 15649-3:2009+A1:2012

Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma – Parti 3: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal apparati ta’ Klassi A

14.

EN 15649-4:2010+A1:2012

Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma - Parti 4: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal apparati tal-Klassi B

15.

EN 15649-5:2009

Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma - Parti 5: Rekwiżiti addizzjonali ta’ sigurtà speċifiċi u metodi ta’ ttestjar għal apparati ta’ Klassi C

16.

EN 15649-6:2009+A1:2013

Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma – Parti 6: Rekwiżiti addizzjonali ta’ sigurtà speċifiċi u metodi ta’ ttestjar għal apparati ta’ Klassi D

17.

EN 15649-7:2009

Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma – Parti 7: Rekwiżiti addizzjonali ta’ sigurtà speċifiċi u metodi ta’ ttestjar għal apparati ta’ Klassi E


Top