This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017L1010
Commission Delegated Directive (EU) 2017/1010 of 13 March 2017 amending, for the purposes of adapting to technical progress, Annex III to Directive 2011/65/EU of the European Parliament and of the Council as regards an exemption for lead in bearing shells and bushes for certain refrigerant-containing compressors (Text with EEA relevance. )
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1010 tat-13 ta' Marzu 2017 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal ċerti kompressuri li jkun fihom refriġerant (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1010 tat-13 ta' Marzu 2017 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal ċerti kompressuri li jkun fihom refriġerant (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/1521
ĠU L 153, 16.6.2017, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/23 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1010
tat-13 ta' Marzu 2017
li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal ċerti kompressuri li jkun fihom refriġerant
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq. |
(2) |
Iċ-ċomb jintuża fil-bearings tal-kompressuri li jkun fihom refriġerant issiġillati ermetikament sabiex tiġi evitata t-tnixxija tar-refriġerant. Iċ-ċomb jipprovdi frizzjoni baxxa fil-bearing billi jaġixxi bħala lubrikant solidu f'każ ta' lubrikazzjoni inadegwata. |
(3) |
Għalkemm il-bearings mingħajr ċomb huma vijabbli, dawn għadhom ma jistgħux jissostitwixxu b'mod affidabbli l-bearings taċ-ċomb għall-kompressuri li jkun fihom refriġerant b'input tal-potenza elettrika stabbilit ta' 9 kW jew inqas. |
(4) |
Iċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal kompressuri tat-tip skroll ermetiċi li jkun fihom refriġerant b'input tal-potenza elettrika stabbilit ta' 9 kW jew inqas għall-applikazzjonijiet ta' tisħin, ventilazzjoni, kundizzjonar tal-arja u refriġerazzjoni (HVACR) jenħtieġ għalhekk li jiġi eżentat sal-21 ta' Lulju 2019. Minħabba ċ-ċikli ta' innovazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-HVACR, id-durata ta' din l-eżenzjoni mhux mistennija jkollha impatti negattivi fuq l-innovazzjoni. |
(5) |
Id-Direttiva 2011/65/UE jenħtieġ għalhekk li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-6 ta' Lulju 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-6 ta' Lulju 2018.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati b'mod uffiċjali. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
ANNESS
Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, il-punt 9(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“9(b) |
Iċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal kompressuri li jkun fihom refriġerant għall-applikazzjonijiet ta' tisħin, ventilazzjoni, kundizzjonar tal-arja u refriġerazzjoni (HVACR) |
Tapplika għall-kategoriji 8, 9 u 11; tiskadi:
|
||||||
9(b)-(I) |
Iċ-ċomb f'ċilindri ta' ġewwa u ta' barra tal-bearings għal kompressuri tat-tip skroll ermetiċi li jkun fihom refriġerant b'input tal-potenza elettrika stabbilit ta' 9 kW jew inqas għall-applikazzjonijiet ta' tisħin, ventilazzjoni, kundizzjonar tal-arja u refriġerazzjoni (HVACR) |
Tapplika għall-kategorija 1; tiskadi fil-21 ta' Lulju 2019.” |