This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0434
Council Decision (EU) 2017/434 of 13 February 2017 on the signing, on behalf of the Union, and provisional application of the Cooperation Agreement on Partnership and Development between the European Union and its Member States, of the one part, and the Islamic Republic of Afghanistan, of the other part
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/434 tat-13 ta' Frar 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/434 tat-13 ta' Frar 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra
ĠU L 67, 14.3.2017, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/434/oj
14.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/434
tat-13 ta' Frar 2017
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
F'Novembru 2011, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex jiftħu negozjati mar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan dwar Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp (“il-Ftehim”). |
(2) |
In-negozjati dwar il-Ftehim rnexxew u l-Ftehim ġie inizjalat fit-2 ta' Lulju 2015 f'Kabul. |
(3) |
L-Artikolu 59 tal-Ftehim jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim qabel ma jidħol fis-seħħ. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim jenħtieġ li jiġu applikati fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu. |
(5) |
L-iffirmar tal-Ftehim f'isem l-Unjoni u l-applikazzjoni provviżorja ta' partijiet mill-Ftehim bejn l-Unjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan huma mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni ta' kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha f'konformità mat-Trattati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra, huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim ċitat.
2. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
1. Sakemm il-Ftehim jidħol fis-seħħ, f'konformità mal-Artikolu 59 tal-Ftehim u soġġett għan-notifiki previsti fih, il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati b'mod provviżorju bejn l-Unjoni u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, iżda biss sal-punt li dawn ikopru materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni, inkluż materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni li tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta' sigurtà komuni:
(a) |
Artikolu 2 (Prinċipji ġenerali); |
(b) |
Artikolu 3 (Djalogu politiku); |
(c) |
Artikolu 4 (Drittijiet tal-bniedem); |
(d) |
Artikolu 5 (Ugwaljanza bejn is-sessi); |
(e) |
Titolu III (Kooperazzjoni għall-iżvilupp); |
(f) |
Titolu IV (Kooperazzjoni fuq kwistjonijiet ta' kummerċ u investiment); |
(g) |
Artikolu 28 (Kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni); |
(h) |
Titolu VII (Kooperazzjoni reġjonali); |
(i) |
Titolu VIII (Qafas istituzzjonali) sal-punt li d-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu jkunu limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim; |
(j) |
Titolu IX (Dispożizzjonijiet finali) sal-punt li d-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu jkunu limitati għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim; |
2. Id-data minn meta l-partijiet tal-Ftehim imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu applikati b'mod provviżorju għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
L. GRECH