Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1007

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1007 tat-22 ta' Ġunju 2016 dwar l-awtorizzazzjoni ta' klorur tal-ammonju bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti għajr il-ħrief tas-simna u għall-klieb u l-qtates (detentur tal-awtorizzazzjoni Latochema Co. Ltd) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2016/3781

    ĠU L 165, 23.6.2016, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/09/2023; Imħassar b' 32023R1710

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1007/oj

    23.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 165/10


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1007

    tat-22 ta' Ġunju 2016

    dwar l-awtorizzazzjoni ta' klorur tal-ammonju bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti għajr il-ħrief tas-simna u għall-klieb u l-qtates (detentur tal-awtorizzazzjoni Latochema Co. Ltd)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' klorur tal-ammonju. Ma' din l-applikazzjoni ntbagħtu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    Dik l-applikazzjoni hija rigward l-awtorizzazzjoni ta' klorur tal-ammonju bħala addittiv tal-għalf għar-ruminanti, qtates u klieb biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

    (4)

    L-addittiv kien diġà ġie awtorizzat għall-użu fi ħrief tas-simna permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 832/2012 (2).

    (5)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-4 ta' Diċembru 2015 (3) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta' klorur tal-ammonju hija preżunta li ma għandhiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu tagħha jista' jnaqqas il-valur tal-pH fl-awrina. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li ressaq il-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (6)

    Il-valutazzjoni tal-klorur tal-ammonju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-klorur tal-ammonju speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 832/2012 tas-17 ta' Settembru 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' klorur tal-ammonju bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Latochema Co. Ltd) (ĠU L 251, 18.9.2012, p. 27).

    (3)  Il-Ġurnal EFSA 2016; 14(1):4352.


    ANNESS

    Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

    mg tal-addittiv/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

    Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tal-pH tal-awrina)

    4d7

    Latochema Co. Ltd

    Klorur tal-ammonju

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Klorur tal-ammonju ≥ 99,5 %

    F'forma solida

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Klorur tal-ammonju ≥ 99,5 %

    NH4Cl Nru tal-CAS: 12125-02-9

    Klorur tas-sodju ≤ 0,5 %

    Prodott b'sinteżi kimika

    Metodu ta'Analiżi  (1)

    Kwantifikazzjoni ta' klorur tal-ammonju fl-addittiv tal-għalf: titrazzjoni bl-idrossidu tas-sodju (Pharmacopoeia Ewropea, monografija 0007) jew titrazzjoni man-nitrat tal-fidda (monografija JECFA“klorur tal-ammonju”)

    Ruminanti minbarra l-ħrief tas-simna

     

    10 000 għal perjodu tal-għalf ta' mhux aktar minn tliet xhur

    5 000 għal perjodu tal-għalf ta' aktar minn tliet xhur

    1.

    L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

    2.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi ta' negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi xierqa sabiex jindirizzaw ir-riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Fejn ir-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali adatt.

    3.

    It-taħlita ta' klorur tal-ammonju minn sorsi differenti ma għandhiex taqbeż il-livelli massimi permessi fl-għalf komplut għar-ruminanti, il-qtates u l-klieb.

    It-13 ta' Lulju 2026

    Qtates

    Klieb

    5 000


    (1)  Dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


    Top