This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1006
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1006 of 22 June 2016 amending Regulation (EU) No 255/2010 as regards the ICAO provisions referred to in Article 3(1) (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006 tat-22 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 255/2010 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ICAO imsemmija fl-Artikolu 3(1) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1006 tat-22 ta' Ġunju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 255/2010 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ICAO imsemmija fl-Artikolu 3(1) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/3740
ĠU L 165, 23.6.2016, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1006
tat-22 ta' Ġunju 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 255/2010 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-ICAO imsemmija fl-Artikolu 3(1)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 (2) jeħtieġ li l-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-miżuri ta' ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM) mill-partijiet, jew mill-aġenti li jaġixxu f'isimhom, involuti fil-proċessi tal-ATFM imsemmija fl-Artikolu 1(3), għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-ICAO speċifikati fl-Anness. L-Anness jirreferi għad-definizzjonijiet u għad-diversi dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 11 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-Konvenzjoni ta' Chicago) u b'mod aktar speċifiku għat-Tlettax-il Edizzjoni tagħha datata Lulju 2001, li tinkorpora l-Emenda Nru 47. Mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 255/2010, l-ICAO emendat għadd ta' definizzjonijiet u dispożizzjonijiet fl-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta' Chicago, u l-aktar riċenti kienet tinkorpora l-Emenda Nru 49. |
(2) |
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 255/2010 jirreferi wkoll għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Proċeduri Supplimentari Reġjonali tal-ICAO (id-Dok 7030) u b'mod aktar speċifiku għall-Ħames Edizzjoni tiegħu datata 2007. Madankollu, il-Ħames Edizzjoni tad-Dok 7030 hija fil-fatt tal-2008 u għalhekk jeħtieġ li tiġi korretta r-referenza għad-data 2007. |
(3) |
Għalhekk, ir-referenzi fir-Regolament (UE) Nru 255/2010 għall-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta' Chicago u għad-Dok 7030 tal-ICAO għandhom jiġu kkoreġuti u aġġornati sabiex l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi legali internazzjonali tagħhom u jiżguraw konsistenza mal-qafas regolatorju internazzjonali tal-ICAO. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 255/2010 għandu jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 255/2010 jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS
Lista tad-dispożizzjonijiet tal-ICAO għall-finijiet tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru
1. |
Kapitolu 3 paragrafu 3.7.5 (Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru) tal-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta' Chicago — Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (it-13-il edizzjoni — Lulju 2001, li jinkorpora l-emenda Nru 49). |
2. |
Kapitolu 3 (kapaċità tas-sistema ATS u l-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru) tad-Dok 4444 tal-ICAO, Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni tal-Ajru — Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM) (il-15-il edizzjoni — 2007). |
3. |
Kapitolu 8 paragrafu 8.3 (Eżenzjonijiet mill-allokazzjoni tas-slots ATFM) tad-Dok 7030 tal-ICAO, Proċeduri Supplimentari Reġjonali Ewropej (EUR) (il-5 edizzjoni 2008). |
4. |
Kapitolu 8 paragrafu 8.4.1.c) (dwar il-konformità tal-operatur tal-inġenju tal-ajru mal-miżuri ATFM) tad-Dok 7030 tal-ICAO, Proċeduri Supplimentari Reġjonali Ewropej (EUR) (il-5 edizzjoni 2008). |
5. |
Kapitolu 2 paragrafu 2.3.2 (dwar it-tibdiliet għall-EOBT) tad-Dok 7030 tal-ICAO, Proċeduri Supplimentari Reġjonali Ewropej (EUR) (il-5 edizzjoni 2008).” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 10).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).