|
Isem
|
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
8.
|
Rami (
) Makhlouf (
) |
Data tat-twelid: 10 ta' Lulju 1969;
Post tat-twelid: Damasku;
Passaport Nru 454224
|
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja b'interessi fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, it-trasport u l-proprjetà; għandu interess finanzjarju u/jew għandu karigi għoljin u eżekuttivi fis-Syriatel, l-ikbar operatur tat-telefon ċellulari fis-Sirja, il-fondi ta' investiment Al Mashreq, Bena Properties u Cham Holding.
Huwa jipprovdi finanzjament u appoġġ lir-reġim Sirjan, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.
Huwa membru influwenti ta' tal-familja Makhlouf u hu marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad;
|
9.5.2011
|
18.
|
Mohammed (
) Hamcho (
) |
Data tat-twelid: 20 ta' Mejju 1966
Nru tal-Passaport 002954347
|
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi fis-setturi tal-inġinerija u l-bini, il-mezzi tax-xandir, l-ospitalità u s-saħħa. Għandu interess finanzjarju u/jew għandu karigi għoljin u eżekuttivi f'għadd ta' kumpaniji fis-Sirja, b'mod partikolari Hamsho International, Hamsho Communication, Mhg International, Jupiter for Investment and Tourism project u Syria Metal industries.
Jaqdi rwol importanti fil-komunità kummerċjali fis-Sirja bħala segretarju ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Damasku (maħtur mill-Ministru ta' dakinhar għall-Ekonomija, Khodr Orfali, f'Diċembru 2014), president tal-Kunsilli ta' Negozju Bilaterali bejn iċ-Ċina u s-Sirja (sa minn Marzu 2014) u president tal-Kunsill Sirjan tal-Metall u tal-Azzar (sa minn Diċembru 2015).
Għandu relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib ma' figuri ewlenin tar-reġim Sirjan, inkluż Maher Al-Assad.
Mohammed Hamcho jgawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu, u huwa assoċjat ma' persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh.
|
27.1.2015
|
22.
|
Ihab (
) (magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab) Makhlouf (
) |
Data tat-twelid: 21 ta' Jannar 1973;
Post tat-twelid: Damasku;
Passaport Nru N002848852
|
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja. Ihab Makhlouf huwa l-Viċi President, u azzjonist tas-Syriatel, l-ikbar operatur tat-telefon ċellulari fis-Sirja. Għandu wkoll interessi kummerċjali f'bosta kumpaniji u entitajiet Sirjani oħrajn, inkluż Ramak Construction Co u Syrian International Private University for Science and Technology (SIUST).
Bħala Viċi President tas-Syriatel, li tagħti parti sinifikanti mill-profitti tagħha lill-gvern Sirjan permezz tal-kuntratt tagħha ta' għoti ta' liċenzja, Ihab Makhlouf qiegħed wkoll direttament jappoġġa lir-reġim Sirjan.
Huwa membru influwenti tal-familja Makhlouf u hu marbut mill-qrib mal-familja Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad.
|
23.5.2011
|
28.
|
Khalid (
) (magħruf ukoll bħala Khaled) Qaddur (
) (magħruf ukoll bħala Qadour, Qaddour, Kaddour) |
|
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tat-telekomunikazzjoni, iż-żejt u l-industrija tal-plastik u relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib ma' Maher Al-Assad.
Huwa jgawdi mir-reġim Sirjan u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.
Soċju ta' Maher Al-Assad, inkluż permezz tal-attivitajiet tiegħu ta' negozju.
|
27.1.2015
|
29.
|
Ra'if (
) Al-Quwatly (
) (magħruf ukoll bħala Ri'af Al-Quwatli magħruf ukoll bħala Raeef Al-Kouatly) |
Data tat-twelid: 3 ta' Frar 1967;
Post tat-twelid: Damasku
|
Soċju fin-negozju ta' Maher Al-Assad u responsabbli għall-amministrazzjoni ta' xi wħud mill-interessi tiegħu fin-negozju; sors ta' finanzjament għar-reġim.
|
23.6.2011
|
32
|
Is-Sur Mohammed (
) Makhlouf (
) (magħruf ukoll bħala Abu Rami) |
Data tat-twelid: 19 ta' Ottubru 1932;
Post tat-twelid: Latakia, Sirja
|
Membru influwenti tal-familja Makhlouf, soċju fin-negozju u missier Rami, Ihab u Iyad Makhlouf. Assoċjat mill-qrib mal-familja Assad u z-ziju ta' Bashar u Mahir al-Assad min-naħa ta' ommhom. Imsejjaħ ukoll Abu Rami.
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja, inklużi interessi fi u/jew influwenza sinifikanti fil-General Organisation of Tobacco u s-settur taż-żejt u l-gass, tal-armi u dak bankarju.
Involut fi ftehim kummerċjali għar-reġim ta' Assad fl-akkwist tal-armi u fil-banek. Minħabba l-firxa tar-rabtiet kummerċjali u politiċi tiegħu mar-reġim huwa jagħti appoġġ lir-reġim Sirjan u jgawdi minnu.
|
1.8.2011
|
33.
|
Ayman (
) Jabir (
) (magħruf ukoll bħala Aiman Jaber) |
Post tat-twelid: Latakia
|
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, involut fis-setturi tal-azzar, tal-mezzi tax-xandir, tal-oġġetti ta' konsum u taż-żejt, inkluż fil-kummerċ f'dawn il-prodotti. Għandu interess finanzjarju u/jew karigi eżekuttivi għoljin f'għadd ta' kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b'mod partikolari l-Al Jazira (magħruf ukoll bħala Al Jazerra; El Jazireh), Dunia TV, u Sama Satellite Channel.
Permezz tal-kumpanija tiegħu Al Jazira, Ayman Jaber iffaċilita l-importazzjoni taż-żejt minn Overseas Petroleum Trading għas-Sirja.
Ayman Jaber igawdi mir-reġim u jagħtih appoġġ, permezz tal-interessi kummerċjali tiegħu.
Jipprovdi appoġġ dirett u jaqdi rwol ewlieni f'attivitajiet ta' milizzji affiljati mar-reġim magħrufa bħala x-Shabiha u/jew Suqur as-Sahraa.
Soċju ta' Rami Makhlouf permezz tal-attivitajiet tan-negozju tiegħu u soċju ta' Maher Al-Assad permezz tar-rwol tiegħu f'milizzji affiljati mar-reġim.
|
27.1.2015
|
41.
|
Ali (
) Douba (
) |
Data tat-twelid: 1933
Post tat-twelid: Karfis, is-Sirja
|
Responsabbli għall-qtil f'Hama fl-1980, ġie msejjaħ lura f'Damasku bħala konsulent speċjali tal-President Bashar Al-Assad.
|
23.8.2011
|
48.
|
Samir (
) Hassan (
) |
|
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti fl-Amir Group u Cham Holdings, żewġ konglomerati b'interessi fis-setturi tal-proprjetà, it-turiżmu, it-trasport u l-finanzi. Sa minn Marzu 2014, huwa okkupa l-kariga ta' President għar-Russja tal-Kunsilli ta' Negozju Bilaterali wara l-ħatra tiegħu mill-Ministru tal-Ekonomija, Khodr Orfali.
Samir Hassan jappoġġa l-isforz ta' gwerra tar-reġim permezz ta' donazzjonijiet ta' flus.
Samir Hassan huwa assoċjat ma' persuni li jgawdu mir-reġim u jappoġġawh. B'mod partikolari, huwa assoċjat ma' Rami Makhlouf u Issam Anbouba, li ġew identifikati mill-Kunsill u jgawdi mir-reġim Sirjan.
|
27.9.2014
|
108.
|
Mohammad (
) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Al-Jleilati (
) |
Data tat-twelid: 1945;
Post tat-twelid: Damasku
|
Il-Ministru għall-Finanzi ta' qabel, fil-kariga sad-9 ta' Frar 2013. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
|
1.12.2011
|
111.
|
Joseph(
) Suwaid (
) |
Data tat-twelid: 1958;
Post tat-twelid: Damasku
|
Il-Ministru għall-Istat ta' qabel, fil-kariga sa mill-inqas il-21 ta' Jannar 2014. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
|
23.3.2012
|
112.
|
Hussein (
) (magħruf ukoll bħala Hussain) Mahmoud (
) Farzat (
) (magħruf ukoll bħala: Hussein Mahmud Farzat) |
Data tat-twelid: 1957;
Post tat-twelid: Hama
|
Il-Ministru għall-Istat ta' qabel, fil-kariga sa mill-inqas l-2014. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
|
23.3.2012
|
114.
|
Emad (
) Abdul-Ghani (
) Sabouni (
) (magħruf ukoll bħala: Imad Abdul Ghani Al Sabuni) |
Data tat-twelid: 1964;
Post tat-twelid: Damasku
|
Il-Ministru ta' qabel għat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġija, fil-kariga sa mill-inqas April 2014. Bħala exks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
|
27.2.2012
|
117.
|
Adnan (
) Hassan (
) Mahmoud (
) |
Data tat-twelid: 1966;
Post tat-twelid: Tartous
|
Il-Ministru tal-Informazzjoni ta' qabel. Bħala eks Ministru tal-Gvern, jaqsam ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim kontra l-popolazzjoni ċivili.
|
23.9.2011
|
192
|
Hashim Anwar al-Aqqad magħruf ukoll bħala Hashem Aqqad, Hashem Akkad, Hashim Akkad
|
Data tat-twelid: 1961
Post tat-twelid: Mohagirine, is-Sirja
|
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet f'bosta setturi tal-ekonomija tas-Sirja. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f'Anwar Akkad Sons Group (AASG) u s-sussidjarja tiegħu United Oil. L-AASG huwa konglomerat b'interessi f'setturi bħaż-żejt, il-gass, is-sustanzi kimiċi, l-assigurazzjoni, il-makkinarju industrijali, il-proprjetà, it-turiżmu, wirjiet, l-għoti ta' kuntratti, l-assigurazzjoni, u tagħmir mediku.
Hashim Anwar al-Aqqad ħadem ukoll bħala membru tal-Parlament Sirjan diġà fl-2012.
Al-Aqqad ma kienx jibqa' jirnexxi mingħajr għajnuna mingħand ir-reġim. Minħabba l-firxa tar-rabtiet kummerċjali u politiċi tiegħu mar-reġim huwa jagħti appoġġ lir-reġim Sirjan u jgawdi minnu.
|
23.7.2014
|
201
|
Wael Abdulkarim
(magħruf ukoll bħala Wael Al Karim)
|
Al Karim for Trade and Industry, PO Box 111, 5797 Damasku, is-Sirja
|
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja fl-industriji taż-żejt, is-sustanzi kimiċi u l-manifattura. Speċifikament, jirrappreżenta lill-Abdulkarim Group, magħruf ukoll bħala Al Karim Group/Alkarim for Trade and Industry/Al Karim Trading and Industry/Al Karim for Trade and Industry. Abdulkarim Group huwa manifattur ewlieni ta' lubrikanti, grease u sustanzi kimiċi industrijali fis-Sirja.
|
7.3.2015
|
203
|
George Haswani
(magħruf ukoll bħala Heswani; Hasawani; Al Hasawani)
|
Indirizz: Damascus Province, Yabroud, Al Jalaa St, Syria
|
Negozjant prominenti li jopera fis-Sirja, b'interessi u/jew attivitajiet fis-setturi tal-inġinerija, tal-bini u taż-żejt u l-gass. Għandu interessi fi u/jew għandu influwenza sinifikanti f'għadd ta' kumpaniji u entitajiet fis-Sirja, b'mod partikolari HESCO Engineering and Construction Company, kumpanija ewlenija tal-inġinerija u tal-bini.
George Haswani għandu rabtiet mill-qrib mar-reġim Sirjan. Huwa jagħti appoġġ lir-reġim u jgawdi minnu permezz tar-rwol tiegħu bħala medjatur f'negozjati għax-xiri taż-żejt mingħand l-ISIL mir-reġim Sirjan. Huwa jgawdi wkoll mir-reġim permezz ta' trattament favorevoli inkluż l-għoti ta' kuntratt (bħala sottokuntrattur) ma' Stroytransgaz, kumpanija ewlenija taż-żejt Russa.
|
7.3.2015
|