Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42016D0846

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2016/846 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-24 ta' Mejju 2016 li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali

ĠU L 141, 28.5.2016, p. 76–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/846/oj

28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/76


DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2016/846 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-24 ta' Mejju 2016

li taħtar imħallfin fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 48 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jipprevedi li l-Qorti Ġenerali għandha tikkonsisti minn erbgħin imħallef mill-25 ta' Diċembru 2015. L-Artikolu 2(a) ta' dak ir-Regolament jiddetermina t-tul tal-mandat ta' tnax-il imħallef addizzjonali sabiex tmiem dan il-mandat ikun jikkorrispondi mat-tiġdid parzjali tal-Qorti Ġenerali li ser isiru fl-1 ta' Settembru 2016 u l-1 ta' Settembru 2019.

(2)

Il-kandidaturi tas-Sinjura Inga REINE, tas-Sur Fredrik SCHALIN u tas-Sur Peter George XUEREB ġew proposti għall-karigi ta' mħallfin addizzjonali fil-Qorti Ġenerali.

(3)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sinjura Inga REINE, tas-Sur Fredrik SCHALIN u tas-Sur Peter George XUEREB għall-qadi tad-dmirijiet ta' mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għandhom jinħatru mħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni sal-31 ta' Awwissu 2019:

Is-Sinjura Inga REINE,

Is-Sur Fredrik SCHALIN,

Is-Sur Peter George XUEREB.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2016.

Il-President

P. DE GOOIJER


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2015/2422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 14).


Top