This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22016A0528(01)
Agreement between the European Union, Iceland, the Principality of Liechtenstein and the Kingdom of Norway on an EEA Financial Mechanism 2014-2021
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021
ĠU L 141, 28.5.2016, p. 3–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
28.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/3 |
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja dwar Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021
L-UNJONI EWROPEA,
L-IŻLANDA,
IL-PRINĊIPALITÀ TAL-LIECHTENSTEIN,
IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,
BILLI l-Partijiet għal dan il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”) qablu dwar il-bżonn li jitnaqqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni tagħhom bil-għan li jippromwovu it-tisħiħ kontinwu u bilanċjat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejniethom,
BILLI, sabiex jikkontribwixxu għal dak il-għan, l-Istati tal-EFTA stabilixxew Mekkaniżmu Finanzjarju fil-kuntest taż-Żona Ekonomika Ewropea,
BILLI d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2004-2009 ġew stabbiliti fil-Protokoll 38a u l-Addendum għall-Protokoll 38a għall-Ftehim taż-ŻEE,
BILLI d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għall-perijodu 2009-2014 ġew stabbiliti fil-Protokoll 38b u l-Addendum għall-Protokoll 38b għall-Ftehim taż-ŻEE,
BILLI l-bżonn li jitnaqqsu d-differenzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea għadu hemm, u għalhekk għandhu jiġi stabbilit mekkaniżmu ġdid għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati taż-ŻEE-EFTA għall-perijodu 2014-2021,
IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU L-FTEHIM LI ĠEJ:
Artikolu 1
It-test tal-Protokoll 117 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“Dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Mekkaniżmi Finanzjarji huma stipulati fil-Protokoll 38, il-Protokoll 38a, l-Addendum għall-Protokoll 38a, il-Protokoll 38b, l-Addendum għall-Protokoll 38b u l-Protokoll 38c.”.
Artikolu 2
Protokoll 38c ġdid għandu jiddaħħal wara l-Protokoll 38b għall-Ftehim taż-ŻEE. It-test tal-Protokoll 38c huwa pprovdut fl-Anness għal dan il-Ftehim.
Artikolu 3
Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun depożitat l-aħħar strument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni.
Sa meta jitlestew il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara li tkun ġiet depożitata l-aħħar ratifika għal dan il-għan.
Artikolu 4
Dan il-Ftehim, imħejji f'eżemplari oriġinali wieħed bl-ilsien Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż, Islandiż u Norveġiż, bit-test f'kull wieħed minn dawn l-ilsna ugwalment awtentiku, għandu jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet għal dan il-Ftehim.
Съставено в Брюксел на трети май две хиляди и шестнадесета година.
Hecho en Bruselas, el tres de mayo de dos mil dieciséis.
V Bruselu dne třetího května dva tisíce šestnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den tredje maj to tusind og seksten.
Geschehen zu Brüssel am dritten Mai zweitausendsechzehn.
Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta maikuu kolmandal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Μαΐου δύο χιλιάδες δεκαέξι.
Done at Brussels on the third day of May in the year two thousand and sixteen.
Fait à Bruxelles, le trois mai deux mille seize.
Sastavljeno u Bruxellesu trećeg svibnja godine dvije tisuće šesnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì tre maggio duemilasedici.
Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada trešajā maijā.
Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gegužės trečią dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év május havának harmadik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta' Mejju fis-sena elfejn u sittax.
Gedaan te Brussel, drie mei tweeduizend zestien.
Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego maja roku dwa tysiące szesnastego.
Feito em Bruxelas, em três de maio de dois mil e dezasseis.
Întocmit la Bruxelles la trei mai două mii șaisprezece.
V Bruseli tretieho mája dvetisícšestnásť.
V Bruslju, dne tretjega maja leta dva tisoč šestnajst.
Tehty Brysselissä kolmantena päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.
Som skedde i Bryssel den tredje maj år tjugohundrasexton.
Gjört í Brussel þriðja dag maímánaðar árið tvö þúsund og sextán.
Utferdiget i Brussel den tredje mai to tusen og seksten.
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
Fyrir Ísland
Für das Fürstentum Liechtenstein
For Kongeriket Norge
ANNESS
PROTOKOLL 38C
dwar il-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE (2014-2021)
Artikolu 1
1. L-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja (“l-Istati tal-EFTA”) għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-differenzi ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea u għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet tagħhom mal-Pajjiżi Benefiċjarji, permezz tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji fis-setturi ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 3.
2. Il-programmi kollha u l-attivitajiet iffinanzjati permezz tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE 2014-2021 għandhom ikunu bbażati fuq valuri komuni ta' rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.
Artikolu 2
1. L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artiklu 1 għandha tkun ta' EUR 1 548,1 miljun, li għandhom ikunu disponibbli biex jiġu kommessi f'porzjonijiet annwali ta' EUR 221,16 miljun matul il-perijodu ta' bejn l-1 ta' Mejju 2014 u t-30 ta' April 2021 inklużi.
2. L-ammont totali għandu jikkonsisti minn allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż kif speċifikat fl-Artikolu 6 u fond globali għal kooperazzjoni reġjonali kif speċifikat fl-Artikolu 7.
Artikolu 3
1. L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom isiru disponibbli għas-setturi ta' prijorità li ġejjin:
(a) |
Innovazzjoni, riċerka, edukazzjoni u kompetittività; |
(b) |
Inklużjoni soċjali, impjieg taż-żgħażagħ u tnaqqis tal-faqar; |
(c) |
Ambjent, enerġija, tibdil fil-klima u ekonomija b'użu baxx tal-karbonju; |
(d) |
Kultura, soċjetà ċivili, governanza tajba, drittijiet u libertajiet fundamentali; |
(e) |
Ġustizzja u affarijiet interni. |
L-oqsma tal-programm fi ħdan is-setturi prijoritarji li jiddefinixxu l-objettivi u l-oqsma ta' appoġġ huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll.
2. |
|
Artikolu 4
1. Sabiex tinkiseb konċentrazzjoni fuq setturi ta' prijorità u biex tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti, f'konformità mal-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 1, u filwaqt li titqies l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż enfasi fuq l-impjiegi, prijoritajiet nazzjonali, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż u Ftehimiet ta' Sħubija fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni tal-UE konklużi mal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati tal-EFTA għandhom jikkonkludu ma' kull Stat Benefiċjarju, Memorandum ta' Ftehim skont l-Artikolu 10, il-paragrafu 3.
2. Konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għandhom isiru fuq livell strateġiku u għandhom jinżammu matul in-negozjati tal-Memoranda ta' Ftehim kif definit fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3, bil-ħsieb li tiġi promossa l-komplementarjetà u sinerġiji mal-politika ta' koeżjoni tal-UE, kif ukoll jesploraw opportunitajiet għall-applikazzjoni ta' strumenti finanzjarji biex jiżdied l-impatt tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji.
Artikolu 5
1. Il-kontribut tal-EFTA għandu, fir-rigward ta' dawk il-programmi taħt l-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li għalihom l-Istati Benefiċjarji għandhom ikollhom ir-responsabbiltà tal-implimentazzjoni, ma jaqbiżx il-85 % tal-ispiża tal-programm, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Istati tal-EFTA.
2. Ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu rrispettati.
3. Ir-responsabbiltà tal-Istati tal-EFTA għall-proġetti hija limitata li tipprovdi l-fondi skont il-pjan maqbul. Ma hi ser tkun assunta l-ebda responsabbiltà lejn partijiet terzi.
Artikolu 6
L-allokazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom isiru disponibbli lill-Istati Benefiċjarji li ġejjin: il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja skont id-distribuzzjoni segwenti:
Stat Benefiċjarju |
Fondi (miljuni EUR) |
Bulgarija |
115,0 |
Kroazja |
56,8 |
Ċipru |
6,4 |
Repubblika Ċeka |
95,5 |
Estonja |
32,3 |
Greċja |
116,7 |
Ungerija |
108,9 |
Latvja |
50,2 |
Litwanja |
56,2 |
Malta |
4,4 |
Polonja |
397,8 |
Portugall |
102,7 |
Rumanija |
275,2 |
Slovakkja |
54,9 |
Is-Slovenja |
19,9 |
Artikolu 7
1. Il-fond globali għall-koperazzjoni reġjonali għandu jkun disponibbli għal ammont ta' EUR 55,25 miljun. Dan għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE kif definit fl-Artikolu 1.
2. 70 % tal-fond għandu jkun disponibbli għall-promozzjoni tal-impjiegi għaż-żgħażagħ sostenibbli u ta' kwalità, b'enfasi partikolari fuq l-oqsma li ġejjin:
(a) |
Programmi ta' mobilità ta' xogħol u ta' taħriġ għaż-żgħażagħ, li jiffokaw speċifikament fuq dawk li mhumiex f'impjieg, edukazzjoni jew taħriġ; |
(b) |
Programmi ta' tagħlim doppju, apprendistat, inklużjoni taż-żgħażagħ; |
(c) |
Il-kondiviżjoni tal-għarfien, l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku bejn l-organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi favur l-impjieg taż-żgħażagħ. |
Din il-parti tal-fond għandha tkun disponibbli għal proġetti li jinvolvu Stati Benefiċjarji u Stati Membri oħra tal-UE b'rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ ogħla minn 25 % (Sena ta' referenza tal-Eurostat 2013), u għandha tinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi, li fosthom mill-anqas wieħed ikun Stat benefiċjarju. L-Istati tal-EFTA jistgħu jipparteċipaw bħala msieħba.
3. 30 % tal-fond għandhom ikunu disponibbli għal kooperazzjoni reġjonali f'setturi ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 3, b'mod partikolari l-iskambju ta' għarfien, skambju politiku tal-aħjar prattiki u l-bini ta' istituzzjonijiet.
Din il-parti tal-fond għandha tkun disponibbli għal proġetti li jinvolvu Stati Benefiċjarji u pajjiżi terzi ġirien. Il-proġetti għandhom jinvolvu mill-inqas tliet pajjiżi, inklużi mill-inqas żewġ Stati Benefiċjarji. L-Istati tal-EFTA jistgħu jipparteċipaw bħala msieħba.
Artikolu 8
Reviżjoni ta' nofs it-terminu għandha titwettaq mill-Istati tal-EFTA sal-2020 bil-għan li jitqassmu mill-ġdid fondi mhux impenjati disponibbli fi ħdan l-allokazzjonijiet lill-Istati Benefiċjarji individwali kkonċernati.
Artikolu 9
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta f'dan il-protokoll għandha tkun ikkordinata mill-qrib flimkien mal-kontribuzzjoni bilaterali min-Norveġja pprovduta fil-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż.
2. B'mod partikolari, l-Istati tal-EFTA għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' applikazzjoni u l-modalitajiet ta' implimentazzjoni jkunu essenzjalment l-istess għaż-żewġ mekkaniżmi finanzjarji msemmija fil-paragrafu preċedenti.
3. Kwalunkwe bidliet relevanti fil-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu kkunsidrati, kif xieraq.
Artikolu 10
Dan li ġej japplika għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzarju taż-ŻEE:
1. |
L-ogħla grad ta' trasparenza, responsabbilità u kosteffiċjenza għandu jkun applikat fil-fażijiet kollha ta' implimentazzjoni, flimkien mal-prinċipji ta' governanza tajba, sħubija u governanza f'diversi livelli, żvilupp sostenibbli, u ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u nuqqas ta' diskriminazzjoni. L-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE għandhom ikunu segwiti fil-qafas tal-koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Benefiċjarji u l-Istati tal-EFTA. |
2. |
|
3. |
L-Istati tal-EFTA għandhom jikkonkludu ma' kull Stat Benefiċjarju Memorandum ta' Ftehim li jikkonċerna l-allokazzjoni speċifika rispettiva għall-pajjiż, minbarra l-fond kif imsemmi fil-paragrafu 2(a), li għandu jistipula qafas ta' programmar multiannwali u l-istrutturi ta' ġestjoni u kontroll.
|
4. |
L-ispejjeż tal-ġestjoni tal-Istati tal-EFTA għandhom ikunu koperti mill-ammont totali msemmi fl-Artikolu 2, paragrafu 1, u għandhom ikunu speċifikati fid-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. |
5. |
L-Istati tal-EFTA għandhom jistabbilixxu Kumitat għall-ġestjoni ġenerali tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE. Iktar dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE ser jinħarġu mill-Istati tal-EFTA wara konsultazzjonijiet mal-Istati Benefiċjarji li jistgħu jkunu megħjuna mill-Kummissjoni Ewropea. L-Istati tal-EFTA għandhom ifittxu li joħorġu dawn id-dispożizzjonijiet qabel l-iffirmar tal-Memoranda ta' Qbil. |
6. |
L-Istati tal-EFTA għandhom jirrapportaw dwar il-kontribut tagħhom lejn l-objettivi tal-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE u, kif xieraq, għall-ħdax-il objettiv tematiku tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 (1). |
Artikolu 11
Fit-tmiem tal-perijodu kif definit fl-Artikolu 2 u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u d-dmirijiet taħt il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti, fid-dawl tal-Artikolu 115 tal-Ftehim, għandhom jirrivedu l-bżonn li jkunu indirizzati d-differenzi ekonomiċi u soċjali fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea.
ANNESS GĦALL-PROTOKOLL 38C
Innovazzjoni, Riċerka, Edukazzjoni u Kompetittività
1. |
Żvilupp tan-Negozju, Innovazzjoni u SMEs |
2. |
Riċerka |
3. |
Edukazzjoni, Boroż ta' Studju, Apprendistati, u Intraprenditorija taż-Żgħażagħ |
4. |
Bilanċ bejn il-Ħajja Privata u x-Xogħol |
Inklużjoni Soċjali, Impjieg taż-Żgħażagħ u Tnaqqis tal-Faqar
5. |
Sfidi Ewropej tas-Saħħa Pubblika |
6. |
Inklużjoni tar-Roma u Għoti tas-Setgħa |
7. |
Tfal u Żgħażagħ f'riskju |
8. |
Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fis-Suq tax-Xogħol |
9. |
Tnaqqis tal-Faqar u Żvilupp Lokali |
Ambjent, Enerġija, Tibdil fil-Klima u Ekonomija b'Użu Baxx tal-Karbonju
10. |
Ambjent u Ekosistemi |
11. |
Enerġija Rinnovabbli, Effiċjenza tal-Enerġija, Sigurtà tal-Enerġija |
12. |
Mitigazzjoni u Adattament għat-Tibdil fil-Klima |
Kultura, Soċjetà Ċivili, Governanza Tajba, Drittijiet u Libertajiet Fundamentali
13. |
Intraprenditorjat Kulturali, Wirt Kulturali u Kooperazzjoni Kulturali |
14. |
Soċjetà Ċivili |
15. |
Governanza Tajba, Istituzzjonijiet Responsabbli, Trasparenza |
16. |
Drittijiet tal-Bniedem — Implimentazzjoni Nazzjonali |
Ġustizzja u Affarijiet Interni
17. |
Asil u Migrazzjoni |
18. |
Servizzi Korrezzjonali u Detenzjoni qabel il-Proċess |
19. |
Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità |
20. |
Effettività u Effiċjenza tas-Sistema Ġudizzjarja, it-tisħiħ tal-Istat tad-Dritt |
21. |
Vjolenza Domestika u Dik Sessista |
22. |
Prevenzjoni tad-Diżastri u Preparatezza Għalihom |
(1) (1) It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni; 2) it-tisħiħ tal-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u l-użu u l-kwalità tagħhom 3) it-tisħiħ tal-kompetittività tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (“SMEs”), tas-settur agrikolu u tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura; 4) l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju fis-setturi kollha; 5) il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji; 6) il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi; 7) il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin; 8) il-promozzjoni tal-impjieg sostenibbli u ta' kwalità u s-sostenn tal-mobilità tax-xogħol; 9) il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kull diskriminazzjoni; 10) l-investiment fl-edukazzjoni it-taħriġ, u t-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja; 11) it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti.