Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1596

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1596 tal-21 ta' Settembru 2015 li japprova emenda mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Montes de Toledo (AOP))

    ĠU L 248, 24.9.2015, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1596/oj

    24.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 248/40


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1596

    tal-21 ta' Settembru 2015

    li japprova emenda mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Montes de Toledo (AOP))

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Montes de Toledo”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2000 (2), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 593/2010 (3).

    (2)

    Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat id-domanda għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

    (3)

    Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Montes de Toledo” (DOP), hija b'dan approvata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Settembru 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Phil HOGAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2000 tal-5 ta' Ġunju 2000 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' denominazzjoni ta' oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet tal-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti tal-ikel agrikoli (ĠU L 133, 6.6.2000, p. 19).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2010 tas-6 ta' Lulju 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Montes de Toledo (DOP)] (ĠU L 172, 7.7.2010, p. 1).

    (4)  ĠU C 147, 5.5.2015, p. 16.


    Top