EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1081

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1081 tat-3 ta' Lulju 2015 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mir-Russja

ĠU L 175, 4.7.2015, p. 14–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1081/oj

4.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1081

tat-3 ta' Lulju 2015

li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mir-Russja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat l-Istati Membri,

Billi:

A.   PROCEDURA

1.   Bidu

(1)

Fit-8 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) fetħet investigazzjoni antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Russja (“ir-Russja” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(2)

Il-proċediment infetaħ wara li sar ilment fil-25 ta' Awwissu 2014 minn AFM Aluminiumfolie Merseburg GmbH, Alcomet AD, Eurofoil Lussemburgu SA, Hydro Aluminium Rolled Products GmbH u Impol d.o.o. “l-ilmentaturi”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' fojls tal-aluminju. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta' dumping tal-prodott imsemmi u ta' dannu materjali li rriżulta minnu li kienu kkunsidrati biżżejjed biex jiġġustifikaw il-bidu tal-investigazzjoni.

(3)

Fl-4 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (“ir-Regolament bażiku”) rigward il-miżuri antidumping definittivi fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) u l-Brażil, permezz ta' Notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3)

2.   Partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet kollha interessati biex jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-ilmentaturi, lill-produttur esportatur magħruf u lill-awtoritajiet Russi, lill-importaturi magħrufa, lill-utenti u operaturi tas-suq li kien magħruf li huma interessati bil-bidu tal-investigazzjoni u stednithom biex jipparteċipaw.

(5)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

(6)

Il-partijiet interessati ngħataw ukoll l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fil-limitu ta' żmien stabbilit fin-Notifika ta' Bidu. Ħadd mill-partijiet interessati ma talab smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

3.   Kampjunar

(7)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ħabbret li tista' tieħu kampjun tal-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Kampjunar ta' produtturi esportaturi fir-Russja.

(8)

Minħabba l-fatt li l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-Russja ssir minn grupp wieħed ta' kumpaniji, il-Grupp Rusal, ma kienx previst it-teħid ta' kampjuni fin-Notifika ta' Bidu fir-rigward tal-produtturi esportaturi.

Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(9)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun provviżorju ta' produtturi tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-bejgħ u l-produzzjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'sitt produtturi tal-Unjoni u l-kumpaniji relatati tagħhom, minħabba li l-istruttura interna tal-Gruppi ma kinitx ċara fil-bidu tal-investigazzjoni sa fejn jikkonċerna l-funzjonijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat. Il-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun kienu jirrappreżentaw 70 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom fuq dan il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sal-iskadenza u għaldaqstant il-kampjun provviżorju kien ikkonfermat. Il-kampjun jitqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

Kampjunar tal-importaturi mhux relatati

(10)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(11)

Ġew ikkuntattjati erbatax-il importatur/utent magħrufa fl-istadju tal-bidu u ġew mistiedna jispjegaw l-attività tagħhom u biex jimlew formola ta' kampjunar mehmuża man-Notifika ta' Bidu, jekk applikabbli.

(12)

Tliet kumpaniji wieġbu għall-formola ta' kampjunar. Dawn kienu, madankollu, 'rewinders' jiġifieri l-utenti industrijali li kienu qed jimportaw il-prodott ikkonċernat għal aktar ipproċessar qabel ibigħuh mill-ġdid. L-ebda operatur tas-suq ma ppreżenta ruħu. Għalhekk, it-teħid ta' kampjuni ma huwiex ġustifikat.

(13)

Erba' kumpaniji oħra ppreżentaw ruħhom u ddikjaraw li jew ma jimportawx il-prodott ikkonċernat mir-Russja jew li kienu 'rewinders'. Kwestjonarju tal-utenti ntbagħat lis-seba' kumpaniji kollha li ppreżentaw ruħhom.

Tweġibiet għall-kwestjonarju u kooperazzjoni

(14)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil sitt produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u l-kumpaniji relatati tagħhom, grupp wieħed ta' produtturi esportaturi, u seba' utenti identifikati fl-Unjoni.

(15)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand il-produtturi kollha tal-Unjoni magħżula għall-kampjun, mill-grupp ta' produtturi esportaturi (li jikkonsisti f'żewġ produtturi esportaturi, erba' operaturi tas-suq relatati u tmien fornituri tal-materja prima relatati li jinsabu kollha fir-Russja ħlief żewġ operaturi tas-suq, irreġistrati f'Jersey u l-Iżvizzera,) u minn erba' utenti. Wara t-talba tal-Kummissjoni u fi stadju aktar tard, waslu mill-Grupp Rusal tabelli għall-kwestjonarju riveduti.

Żjarat ta' verifika

(16)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja għall-iskop ta' determinazzjoni provviżorja tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta minnha u l-interess tal-Unjoni.

(17)

Minħabba li waħda mill-kumpaniji fil-kampjun ipproduċiet matul il-perjodu kkunsidrat kwantitajiet żgħar biss destinati għal użu ristrett ma kienet ikkunsidrata meħtieġa l-ebda żjara ta' verifika.

4.   Perjodu tal-investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(19)

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2013 u t-30 ta' Settembru 2014 (“il-perjodu ta' investigazzjoni”). L-analiżi tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu bejn l-2011 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

5.   Il-prodott ikkonċernat

(20)

Il-prodott ikkonċernat huwa fojl tal-aluminju ta' ħxuna mhux inqas minn 0.008 mm u mhux aktar minn 0.018 mm, mhux miksi, irrumblat biss, f'rombli ta' wisa' mhux aktar minn 650 mm u ta' piż aktar minn 10 kg (“rombli jumbo”) li joriġina mir-Russja, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 7607 11 19 (kodiċi TARIC 7607111910) (“il-prodott ikkonċernat”). Il-prodott ikkonċernat hu komunement magħruf bħala fojl tal-aluminju tad-dar (aluminium household foil — “AHF”).

(21)

L-AHF jiġi manifatturat abbażi ta' aluminju pur, li l-ewwel nett jiġi fondut fi strixxi ħoxnin (ta' ħxuna li hija ta' diversi mm, jiġifieri sa 1 000 darba eħxen mill-prodott ikkonċernat) u wara jiġu rrumblati fi stadji differenti fil-ħxuna mixtieqa. Ladarba jkun irrumblat, il-fojl huwa temprat bi proċess termali u fl-aħħar jiġi ppreżentat fuq rukkelli (rombli).

(22)

Dawn rukkelli ta' AHF jerġgħu jiġu rrumblati f'rombli iżgħar minn proċessuri fl-istadju aħħari tal-produzzjoni, l-hekk imsejħa rewinders. Il-prodott miksub (jiġifieri rombli għall-konsumatur li mhuwiex il-prodott ikkonċernat) huwa użat għal tgeżwir għal perjodu qasir, l-aktar fid-djar, fil-catering u fin-negozju tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel u tal-fjuri.

6.   Il-prodott simili

(23)

L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku Russu, u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi.

(24)

Għaldaqstant f'dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma simili fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

7.   Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodotti

(25)

Importatur sostna li l-ambitu tal-prodott għandu jinkludi AHF li jiżen 10 kg jew anqas (l-hekk imsejħa 'rombli tal-konsumatur'). Dan l-importatur sostna li ma kienx hemm differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bejn ir-rollijiet magħmulin għall-konsumatur u rombli jumbo. L-importatur sostna wkoll li jekk jiġu imposti dazji antidumping fuq ir-rombli jumbo biss, dan jista' jwassal għal esportazzjonijiet ta' rollijiet għall-konsumaturi mingħajr dazji antidumping mir-Russja.

(26)

Il-karatteristika fiżika li tiddistingwi r-rollijiet jumbo min-naħa l-waħda u r-rollijiet għall-konsumaturi min-naħa l-oħra huwa l-piż. Barra minn hekk, dan jikkorrispondi wkoll għall-kodiċi NM. Apparti dan, l-industrija tal-Unjoni kif definita fil-premessa (53) tipproduċi biss rollijiet jumbo u ma tipproduċix rombli tal-konsumatur. Ir-rombli jumbo huma mixtrija u mbagħad ipproċessati f'rombli għall-konsumatur minn rewinders, li mbagħad jerġgħu jbigħu il-prodott lill-bejjiegħa bl-imnut u lill-utenti aħħarin. Ir-rombli jumbo u r-rombli tal-konsumatur għalhekk għandhom karatteristiċi fiżiċi differenti, mhumiex manifatturati mill-istess produtturi, ma jikkompetux ma' xulxin u ma jiġux innegozjati fl-istess suq.

(27)

Għalhekk, it-talba li r-rombli tal-konsumatur għandhom jiġu inklużi fl-ambitu tal-prodott ta' din l-investigazzjoni ġiet miċħuda.

(28)

Rigward l-effett ta' xi dazji antidumping fuq rombli jumbo fuq l-industrija iktar 'l isfel fil-katina ta' attivitajiet, dan huwa indirizzat hawn taħt fil-premessi (151) sa (163) dwar l-interess tal-Unjoni.

C.   ID-DUMPING

8.   Il-valur normali

(29)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għal kull produttur esportatur investigat kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ bl-esportazzjoni tiegħu tal-prodott konċernat lill-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(30)

Abbażi ta' dan, il-bejgħ totali ta' produttur esportatur wieħed instab li ma kienx rappreżentattiv. Għal dan il-produttur esportatur li kkoopera minħabba li l-prodott simili ma ġiex mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali, skont l-Artikoli 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(31)

Il-valur normali għal dan il-produttur esportatur li kkoopera nħadem biż-żieda ta' dan li l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-prodott simili matul il-perjodu ta' investigazzjoni:

(a)

l-ispejjeż tal-bejgħ, dawk ġenerali u amministrattivi (l-“SG&A”) medji ponderati, imġarrbin mill-produttur esportatur li kkoopera għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tan-negozju, matul il-perjodu tal-investigazzjoni; kif ukoll

(b)

il-profitt medju ponderat magħmul minn kull prodottur esportatur li kkoopera mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ, matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(32)

Fir-rigward tal-produttur esportatur l-ieħor, instab li l-bejgħ domestiku totali kien rappreżentattiv b'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku (ara l-premessa (29) hawn fuq).

(33)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta' prodott mibjugħa lokalment li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta' prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur li kkoopera fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta' prodott li huwa identiku jew komparabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' dak it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu ta' investigazzjoni jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tat-tip ta' prodott identiku jew komparabbli. Il-Kummissjoni stabbiliet li fil-każ ta' 5 tipi ta' prodott minn 14-il tip tal-prodott esportati kienu jaqblu mal-bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(34)

Fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott partikolari u għal tipi ta' prodotti fejn il-volum tal-bejgħ domestiku ma kienx biżżejjed, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fil-premessa (31) aktar 'il fuq.

(35)

Imbagħad il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(36)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li hu daqs jew ogħla mill-ispiża kkalkolata tal-produzzjoni, jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip ta' prodott; kif ukoll

(b)

il-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta' dak it-tip ta' prodott hu daqs jew ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(37)

F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(38)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li aktar minn 90 % tal-bejgħ domestiku ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għalhekk, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku matul il-perjodu ta' investigazzjoni għal ħames tipi ta' prodotti b'bejgħ domestiku rappreżentattiv.

9.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(39)

Il-produtturi esportaturi li kkooperaw esportaw lejn l-Unjoni permezz ta' operatur tas-suq relatat RTI Ltd. (“RTI”) b'sede korporattiva f'Jersey. Dan l-operatur tas-suq jixtri l-prodott ikkonċernat mill-produtturi permezz ta' żewġ aġenti relatati bbażati f'Moska. Wara, huwa jerġa' jbiegħ il-prodott konċernat lill-konsumaturi aħħarin permezz ta' aġent ieħor ibbażat fl-Iżvizzera. It-tliet aġenti relatati kollha jagħmlu attivitajiet ta' bejgħ f'isem il-produtturi jew l-operatur tas-suq relatat u jitħallsu permezz ta' kummisssjoni kull xahar.

(40)

Minħabba dan, u skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott impurtat kien inbiegħ mill-ġdid għall-ewwel darba lil konsumaturi indipendenti fl-Unjoni. F'dan il-każ, saru aġġustamenti għall-prezz għall-ispejjeż kollha li ntefqu bejn l-importazzjoni u l-bejgћ mill-ġdid (l-aktar l-ispejjeż tat-trasport u tal-assigurazzjoni, l-ispejjeż tal-kreditu, id-dazji doganali u t-tariffi tal-amministrazzjoni doganali) u inklużi l-ispejjeż SG&A korrispondenti tal-operatur tas-suq kif ukoll marġni ta' profitt raġonevoli.

(41)

Tabilħaqq, fir-rigward tal-ispejjeż SG&A il-Kummissjoni, fuq il-bażi tad-dejta ppreżentata mill-grupp Rusal għall-bejgħ tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni, ħadet l-ammont tal-ispejjeż korrispondenti attwali tal-SG&A. Dan kien ammont li l-operatur tas-suq relatat kien diġà identifika u alloka għall-attivitajiet ta' importazzjoni għall-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, skont il-kalkoli u prinċipji ta' allokazzjoni tiegħu stess. Il-Kummissjoni żgurat ukoll li ma kienx hemm addizzjoni doppja ta' spejjeż u kwalunkwe spejjeż mhux relatati mal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat ma kinux inklużi f'dak l-ammont. Għalhekk, l-ammont għall-ispejjeż SG&A, użat mill-Kummissjoni biex ħadmet il-prezz tal-esportazzjoni affidabbli, kien strettament relatat mal-ispejjeż imġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni kif stipulat fl- Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(42)

Fir-rigward tal-profitt, il-profitt miksub mill-operatur tas-suq relatat kien meqjus bħala mhux affidabbli minħabba l-assoċjazzjoni mal-produtturi esportaturi, peress li l-prezz innifsu bejniethom ma kinitx affidabbli. Fl-assenza ta' informazzjoni minn importaturi indipendenti f'din l-investigazzjoni, intuża marġni ta' profitt raġonevoli ta' 2 % użat f'investigazzjonijiet preċedenti li jkopru l-istess prodott (4).

(43)

Fir-rigward ta' dan it-tnaqqis għall-ispiża tal-SG&A u l-profitt, il-grupp Rusal sostna li l-operatur tas-suq relatat (RTI) għandu jiġi ttrattat bħala dipartiment intern ta' esportazzjoni tal-produtturi esportaturi tiegħu, peress li kollha kemm huma jaġixxu bħala entità ekonomika waħda (SEE) minkejja li huma entitajiet legali separati. Bħala konsegwenza, il-grupp Rusal sostna li l-ebda tnaqqis ma kellu jsir għall-SG&A u l-profitt ta' RTI.

(44)

Madankollu, huwa kkunsidrat li, meta jkun hemm assoċjazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur jew parti terza, il-prezz tal-esportazzjoni huwa meqjus bħala mhux affidabbli u għandu jinħadem wieħed ta' min jorbot fuqu. Biex jinħadem prezz ta' esportazzjoni affidabbli l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku b'mod ċar jipprevedi aġġustamenti għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid u għall-profitti li jirriżultaw. Dawn l-ispejjeż jinkludu l-ispejjeż SG&A. Il-ħsieb u l-għan tal-aġġustamenti huwa l-aktar biex irendi l- prezz tal-esportazzjoni affidabbli. Għaldaqstant, din il-pretensjoni kellha tiġi miċħuda.

10.   Tqabbil

(45)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fuq bażi ta' prezz mill-fabbrika.

(46)

Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

(47)

Rigward il-prezzijiet tal-esportazzjoni, saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni, tal-immaniġġjar, l-ippakkjar, taxxi fuq l-esportazzjoni u għall-kummissjonijiet. Fir-rigward tal-prezzijiet domestiċi, saru aġġustamenti għall-ispejjez tat-trasport domestiku, l-ispejjeż tal-ippakkjar, l-ispejjeż tal-kreditu, il-maniġġ u l-kummissjonijiet.

11.   Marġini tad-dumping

(48)

Għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, fuq bażi ta' prezz tal-fabbrika, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(49)

minħabba li dawn iż-żewġ produtturi li kkooperaw huma relatati, kien stabbilit marġni tad-dumping uniku għaż-żewġ kumpaniji fuq il-bażi tal-medja ponderata tal-marġnijiet tad-dumping individwali tagħhom.

(50)

Fuq il-bażi ta' dan, il-marġni tad-dumping medju ponderat espress bħala perċentwal tal-prezz CIF (il-kost, l-assigurazzjoni, il-merkanzija) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:

Il-kumpanija

Marġini provviżorju tad-dumping

Il-grupp Rusal: Ural Foil OJSC u OJSC Rusal Sayanal

34,0 %

(51)

Il-livell ta' kooperazzjoni f'dan il-każ huwa għoli minħabba li l-uniku produttur ta' AHF li jeżisti fir-Russja responsabbli għal 100 % tal-importazzjonijiet fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni ikkoopera fl-investigazzjoni. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġni ta' sussidju residwu fil-livell tal-marġini ta' dumping individwali stabbilit għall-kumpanija li kkooperat.

(52)

Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Il-kumpanija

Marġini provviżorju tad-dumping

Il-grupp Rusal

34,0 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

34,0 %

D.   DANNU

1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(53)

Il-prodott simili kien manifatturat minn tnax-il produttur magħruf tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(54)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 47 349 tunnellata metrika. Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-figura fuq il-bażi ta' statistika tal-Eurostat, it-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u d-dejta mistennija relatata mal-produtturi mhux fil-kampjun u fornita mill-ilmentaturi. Kif indikat fil-premessa (9), il-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

(55)

Il-produttur esportatur sostna li l-ilmentaturi kienu attivi fil-produzzjoni tal-AHF. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-ilmentaturi kollha u l-kumpaniji relatati tagħhom taqbilħaqq ipproduċew, anki fi kwantitajiet żgħar, il-prodott ikkonċernat u għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda.

2.   Konsum tal-Unjoni

(56)

Dejta dwar il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, l-impjiegi u l-volum ta' esportazzjoni relatati mal-industrija kollha tal-Unjoni għall-perjodu meqjus kienet fornita mill-ilmentaturi. Id-dejta ġiet stmata u fornita fuq il-bażi ta' firxa massima u minima, maqsuma f'żewġ kategoriji: il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kif ukoll produtturi tal-Unjoni li ma ttiħdux fil-kampjun. Għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-Kummissjoni użat id-dejta attwali verifikata mogħtija minn dawn il-kumpaniji fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. Għall-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun, intużaw iċ-ċifri pprovduti mill-ilmentaturi. Dawn l-istimi kienu disponibbli biex jikkummentaw dwarhom il-partijiet interessati. Madankollu ma saru ebda kummenti.

(57)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum fl-Unjoni fuq il-bażi tal-volum ta' bejgħ totali stmat tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-volum totali ta' importazzjonijiet ibbażat fuq l-Eurostat u korreġut, fejn meħtieġ, bid-dejta vverifikata li pprovda l-produttur esportatur u bir-risposti għall-kwestjonarju ppreżentati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(58)

Peress li fil-pajjiż konċernat hemm produttur wieħed biss li jesporta, iċ-ċifri kollha relatati miegħu kellhom jingħataw f'firxa għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

(59)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni tal-MSG (tunnellati metriċi)

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Konsum tal-Unjoni

71 300 -82 625

[74 152 -92 540 ]

[84 847 -108 239 ]

[83 421 -105 760 ]

Indiċi (2011 = 100)

100

[104-112]

[119-131]

[117-128]

Sors: Eurostat, tweġibiet għall-kwestjonarju u l-informazzjoni mogħtija mill-ilmentaturi

(60)

Il-konsum fl-Unjoni żdied bejn l-2011 u l-2013, iżda naqas fl-2013 u fil-perjodu ta' investigazzjoni. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat l-konsum naqas bejn 17 % u 28 %. Iż-żieda fil-konsum bejn l-2011 u l-perjodu ta' investigazzjoni, prinċipalment tirrifletti ż-żieda ta' importazzjonijiet mir-Russja u minn pajjiżi terzi oħra, filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied bi ftit biss (ara l-premessa (82)).

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(61)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet fuq tal-Eurostat u tad-dejta sottomessa mill-produtturi li kkooperaw fil-pajjiżi konċernati.

(62)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum ta' Importazzjoni (tunnellati metriċi)

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-Russja

19 532 -26 078

[23 243 -34 422 ]

[27 345 -39 116 ]

[26 368 -37 812 ]

Indiċi (2011 = 100)

100

[119-132]

[140-150]

[135-145]

Sehem mis-suq

29 %

34 %

34 %

34 %

Sors: Eurostat, tweġibiet għall-kwestjonarju u l-informazzjoni mogħtija mill-ilmentaturi

(63)

Il-volum ta' importazzjonijiet mir-Russja żdied bejn 40 % u 50 % mill-2011 sal-2013, bi tnaqqis żgħir matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(64)

Is-sehem mis-suq korrispondenti żdied minn 29 % fl-2011 għal 34 % fl-2012 u mbagħad baqa' kostanti sa tmiem il-perijodu ta' investigazzjoni.

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(65)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji ponderatati tal-importazzjonijiet skont l-Eurostat u d-dejta ppreżentata mill-produtturi li kkooperaw fil-pajjiżi kkonċernati. It-twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat kien stabbilit fuq il-bażi tar-risposti għall-kwestjonarju ppreżentati mill-produttur esportatur Russu li kkoopera u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(66)

Il-prezz medju ta' importazzjoni ta' AHF mir-Russja lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata metrika)

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Prezzijiet tal-Importazzjoni

2 145 -2 650

[2 038 -2 624 ]

[1 952 -2 571 ]

[1 973 -2 597 ]

Indiċi (2011 = 100)

100

[95-99]

[91-97]

[92-98]

Sors: Eurostat u r-risposti tal-kwestjonarji

(67)

Il-prezz medju tal-importazzjoni tal-AHF mir-Russja lejn l-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat; b'mod ġenerali naqas bejn 2 % u 8 %.

(68)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi qabblet: (a) il-prezzijiet ta' bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-industrija tal-Unjoni ċċarġjati lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta' prezz mill-fabbrika; u (b) il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Russi li kkooperaw mal-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b'aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta' wara l-importazzjoni.

(69)

Il-paragun tal-prezzijiet sar abbażi tat-tip ta' prodott għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, debitament aġġustati fejn meħtieġ. Ir-riżultat tal-paragun kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan wera marġini ta' twaqqigħ tal-prezzijiet b'medja ponderata bejn 3 % u 7 % mill-importazzjonijiet mir-Russja fis-suq tal-Unjoni.

(70)

Filwaqt li huwa sinifikanti, wieħed irid jara dan it-twaqqigħ tal-prezzijiet fid-dawl tal-fatt li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni li twaqqgħu matul il-perjodu ta' investigazzjoni mill-prezzijiet ta' dumping mir-Russja kienu inqas mill-kost tal-produzzjoni. Kif kien spjegat fil-premessi (177) u (179), il-bejgħ taħt il-prezz li pproduċew il-prezzijiet Russi huwa ta' medja madwar 12 %.

4.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.1.   Rimarki ġenerali

(71)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(72)

Kif imsemmi fil-premessa (9), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(73)

Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' dannu makroekonomiku u mikroekonomiku. Kif spjegat fil-premessa (56), il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi relatati mal-industrija kollha tal-Unjoni fuq il-bażi ta' informazzjoni fornita mill-ilmentaturi li ġiet debitament verifikata għall-kumpaniji fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi li jirrigwardaw biss il-kumpaniji fil-kampjun fuq il-bażi tad-dejta inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(74)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġini tad-dumping.

(75)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost unitarju, il-kost lavorattiv, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-abbiltà li jiġi ġġenerat kapital.

4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

(76)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 4

Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Volum tal-produzzjoni (tunnellati metriċi)

44 316

46 165

48 796

47 349

Indiċi (2011 = 100)

100

104

110

107

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati mettriċi)

54 777

54 485

59 186

61 496

Indiċi (2011 = 100)

100

99

108

112

Użu tal-kapaċità

81 %

85 %

82 %

77 %

Indiċi (2011 = 100)

100

105

102

95

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju, l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentaturi

(77)

Il-produzzjoni varjat matul il-perjodu kkunsidrat. Dan żdied bejn l-2011 u l-2013, iżda reġa' naqas fl-2013 u fil-perjodu ta' investigazzjoni. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat l-volum ta' produzzjoni żdied b'7 %.

(78)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(79)

Bħala riżultat ta' żieda ogħla fil-kapaċità ta' produzzjoni mhux fil-volum tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(80)

Il-produttur esportatur iddikjara li l-produtturi kollha ta' AHF huma kapaċi jipproduċu wkoll tip ieħor ta' fojl, jiġifieri l-aluminium converter foil (“ACF”), u li kienu qed jużaw l-istess makkinarju għall-produzzjoni taż-żewġ tipi ta' fojl. Abbażi ta' dan il-produttur esportatur iddikjara li d-dejta tal-industrija tal-Unjoni dwar il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità ta' AHF iġġarrab distorsjoni.

(81)

Għalkemm huwa minnu li bosta produtturi tal-Unjoni kienu qed jipproduċu kemm ACF kif ukoll AHF, l-investigazzjoni wriet li l-ikbar produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu qed jipproduċu biss AHF. Għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni fil-kampjun, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità kienu bbażati fuq iċ-ċifri attwali u għalhekk il-fatt li dawn kienu wkoll qed jipproduċu ACF ma kellux effett fuq il-kapaċità tal-produzzjoni totali rrappurtata u fuq l-użu tal-kapaċità tal-AHF. Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni wriet li produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kellhom proporzjon ta' produzzjoni stabbli bejn iż-żewġ tipi ta' fojls. Għaldaqstant, dan l-argument f'dan l-istadju ġie rrifjutat.

4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(82)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 5

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Volum tal-bejgħ (tunnellati)

[41 007 -45 870 ]

[41 007 -49 081 ]

[42 647 -52 292 ]

[41 827 -50 457 ]

Indiċi (2011 = 100)

100

[100-107]

[104-114]

[102-110]

Sehem mis-suq

55 %

53 %

49 %

47 %

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju, l-Eurostat, l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentaturi

(83)

Il-volum tal-bejgħ ta' AHF żdied bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ żdied l-aktar mill-2011 sal-2013, jiġifieri bejn 4 % u 14 %. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-volum tal-bejgħ naqas; kumplessivament, il-volum tal-bejgħ żdied bejn 2 % u 10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda fil-volumi tal-bejgħ, meta wieħed iqis iż-żieda parallela fil-konsum u ż-żieda fl-importazzjonijiet inter alia mir-Russja, wasslet, madankollu, għal tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 55 % fl-2011 għal 47 % fil-perjodu ta' investigazzjoni, jiġifieri tnaqqis ta' 8 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ħabat ma' żieda fis-sehem mis-suq ta' importazzjonijiet Russi kif spjegat fil-premessa (64).

4.2.3.   It-tkabbir

(84)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bejn 17 % u 28 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied bejn 2 % u 10 % li ssarraf f'telf ta' sehem mis-suq ta' 8 punti perċentwali.

4.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(85)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

L-impjiegi u l-produttività

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Għadd ta' impjegati

769

787

758

781

Indiċi (2011 = 100)

100

102

99

102

Produttività (tunnellati metriċi/impjegati)

58

59

64

61

Indiċi (2011 = 100)

100

102

112

105

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju, l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentaturi

(86)

L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni varja matul il-perjodu kkunsidrat u b'kollox żdiedu ftit bi 2 %.

(87)

Bejn l-2011 u l-2013, il-produttività żdiedet minħabba ż-żieda fil-produzzjoni ogħla miż-żieda fl-impjiegi kif muri fit-Tabella 4 fil-premessa (77). Mill-2013 sal-perjodu ta' investigazzjoni, il-produzzjoni naqset b'7 % iżda baqgħet ogħla milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat fl-2011.

4.2.5.   Id-daqs tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping fl-imgħoddi

(88)

Il-marġini kollha tad-dumping huma konsiderevolment ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġini attwali ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni huwa sostanzjali, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(89)

L-industrija tal-Unjoni kienet għadha fi proċess ta' rkupru mill-effetti ta' dumping dannuż fil-passat minn importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina miċ-Ċina, l-Brażil u l-Armenja. Dawn il-miżuri huma bħalissa suġġetti għal investigazzjoni ta' rieżami parallela li qed issir skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, kif imsemmi fil-premessa (3).

4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(90)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Prezz medju ta' bejgħ ta' unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata metrika)

2 932

2 714

2 705

2 597

Indiċi (2011 = 100)

100

93

92

89

Il-kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata metrika)

2 995

2 794

2 699

2 651

Indiċi (2011 = 100)

100

93

90

89

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(91)

Il-prezz tal-bejgħ unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas kontinwament u kumplessivament bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(92)

Minkejja dan it-tnaqqis, il-kost unitarju tal-produzzjoni baqa' ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkopri l-kost tal-produzzjoni tagħha bil-prezz tal-bejgħ, bl-eċċezzjoni tal-2013. Tabilħaqq, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-Russja.

(93)

Diversi partijiet interessati sostnew li l-iżvilupp tal-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni segwa l-iżvilupp tal-prezz tal-aluminju fil-Borża tal-Metall ta' Londra u li għalhekk il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Russi ma kellhom ebda impatt fuq il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Skont dawn il-partijiet, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Russi waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni wriet li l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni segwa l-istess tendenza bħall-prezzijiet tal-aluminju fil-Borża tal-Metall ta' Londra. Madankollu, dan ma kellux effett fuq il-fatt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Russi kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u kienu qed jagħmlu pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, li ma ppermettiex li l-industrija tal-Unjoni tgħolli l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għal livell li jista' jkopri l-ispiża tal-produzzjoni. Gћaldaqstant dan l-argument ma għandux jintlaqa'.

4.3.2.   Kostijiet tal-manodopera

(94)

L-ispejjeż medji tal-manodopera tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Spejjeż medji tax-xogħol għal kull impjegat

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

21 692

22 207

20 603

20 594

Indiċi (2011 = 100)

100

102

95

95

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(95)

Bejn l-2011 u l-perjodu ta' investigazzjoni, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedu b'5 %. L-ispiża lavorattiva l-ewwel żdiedet bi 2 % bejn l-2011 u l-2012, imbagħad naqset bejn l-2012 u l-2013 u mbagħad baqgġet stabbli matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

4.3.3.   Inventarji

(96)

Il-livelli tal-istokk tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 9

Inventarji

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Stokkijiet tal-għeluq

1 931

1 999

2 133

2 085

Indiċi (2011 = 100)

100

104

110

108

Il-ħażna tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

5 %

5 %

5 %

5 %

Indiċi (2011 = 100)

100

100

100

100

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(97)

L-inventarji ma jistgħux jitqiesu bħala indikatur relevanti ta' dannu f'dan is-settur, billi l-produzzjoni u l-bejgħ huma bbażati l-aktar fuq ordnijiet u, skont dan, il-produtturi normalment iżommu ħażniet limitati. Għalhekk, ix-xejriet fuq l-inventarji huma mogħtija għall-informazzjoni biss.

(98)

Kumplessivament, l-istokks tal-għeluq żdiedu bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li mill-2011 sal-2013 l-istokks żdiedu b'10 %, mil-2013 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni naqsu kemxejn. L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni baqgħu stabbli matul il-perijodu kollu kkunsidrat.

4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiżdied il-kapital

(99)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu kunsidrat:

Tabella 10

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

– 2,2 %

– 2,9 %

0,2 %

– 2,1 %

Indiċi (2011 = 100)

100

65

209

104

Fluss tal-flus (EUR)

1 505 960

2 909 820

3 365 140

1 962 349

Indiċi (2011 = 100)

100

193

223

130

Investimenti (EUR)

3 271 904

5 404 990

4 288 862

4 816 442

Indiċi (2011 = 100)

100

165

131

147

Redditu fuq l-investimenti

– 4 %

– 5 %

0 %

– 3 %

Indiċi (2011 = 100)

100

60

209

108

Sors: tweġibiet għall-kwestjonarju

(100)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ngħata bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf bl-eċċezzjoni tal-2013, meta hija għamlet marġni ta' profitt ftit aħjar mill-punt tal-ekwilibriju. Il-profittabbiltà naqset bejn l-2011 u l-2012, żdiedet fl-2013 iżda imbagħad reġgħet' naqset fil-perjodu ta' investigazzjoni fejn laħqet livell simili għal dak tal-2011. Kumplessivament, il-profitt żdied b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jikkorrispondi għal żieda ta' 0,1 punti perċentwali u li ma ppermettietx li l-industrija tal-Unjoni tagħmel profitti matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan l-iżvilupp kien prinċipalment minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet Russi li daħlu fl-Unjoni bi prezzijiet ta' dumping li kienu jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni u ma ppermettewx li l-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha biex tkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni.

(101)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-attività tagħha. Il-fluss tal-flus varja matul il-perjodu kkunsidrat b'xejra tiżdied gradwalment. Kumplessivament, il-fluss tal-flus nett żdied bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, għandu jiġi nnutat li f'valuri assoluti l-fluss tal-flus baqa' f'livelli baxxi meta mqabbel mat-total tal-bejgħ tal-prodott in kwistjoni.

(102)

L-investimenti żdiedu b'47 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-investimenti żdiedu b'65 % mill-2011 sal-2012, naqsu matul l-2013 u reġgħu' żdiedu matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Huma kienu jirrappreżentaw prinċipalment investimenti meħtieġa għal makkinarju ġdid u baqgħu f'livelli pjuttost baxxi matul il-perjodu ta' investigazzjoni meta mqabbla mal-fatturat totali.

(103)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur nett kontabilistiku tal-investimenti. Bħal fil-każ tal-indikaturi finanzjarji l-oħrajn, ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili kien negattiv mill-2011, bl-eċċezzjoni tal-2013 meta kien 0 %, li jirrifletti t-tendenza negattiva fil-profittabbiltà. Kumplessivament, ir-redditu fuq l-investimenti żdied kemxejn bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(104)

F'dak li jirrigwarda l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital, id-deterjorament tal-abbiltà li jiġu ġġenerati flus għall-prodott simili tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kien qiegħed idgħajjef is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom billi naqqas il-fondi ġġenerati internament. L-investigazzjoni sabet li, b'mod ġenerali, l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat.

5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(105)

Il-maġġoranza tal-indikaturi ewlenin tad-dannu indikaw xejra negattiva. Rigward il-profittabbiltà, l-industrija kienet qed tagħmel telf kważi matul il-perjodu kkunsidrat kollu, bl-eċċezzjoni tal-2013 meta dan laħaq livell ftit biss ogħla mill-punt ta' ekwilibriju; matul il-perjodu ta' investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni għamlet profitt negattiv ta' – 2,1 %. L-importazzjonijiet l-oħrajn naqsu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kost unitarju li naqas ukoll bi 11 % baqa' ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat kollu, bl-eċċezzjoni tal-2013. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 8 punti perċentwali, jiġifieri minn 55 % fl-2011 għal 47 % fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(106)

Xi indikaturi tal-ħsara żviluppaw b'mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-produzzjoni żdied b'7 % u l-kapaċità tal-produzzjoni bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn iż-żidiet madankollu ma kinux jaqblu maż-żieda fil-konsum, li kien ferm ogħla, jiġifieri bejn 17 % u 28 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ żdied bejn 2 % u 10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, f'suq b'żieda fil-konsum, dan ma rriżultax f'żieda tas-sehem mis-suq, iżda għall-kuntrarju għal telf ta' sehem mis-suq ta' 8 punti perċentwali. L-investimenti żdiedu b'47 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn kienu jikkonċernaw makkinarju ġdid u baqgħu f'livelli baxxi matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Bl-istess mod, il-likwidità żdiedet bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħet f'livelli baxxi. Dawn ix-xejriet pożittivi ma jipprekludux l-eżistenza ta' dannu.

(107)

L-awtoritajiet Russi ddikjaraw li skont l-analiżi ta' dokumenti finanzjarji tal-ilmentaturi disponibbli pubblikament ma jkun hemm l-ebda dannu. Dan jikkontradixxuh ir-riżultati tal-investigazzjoni li huma bbażati fuq dejta vverifikata mill-industrija tal-Unjoni relatata mal-AHF. Tabilħaqq, xi produtturi tal-Unjoni ma pproduċewx esklussivament AHF u għalhekk id-dokumenti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku ma jistgħux juru s-sitwazzjoni attwali tal-industrija tal-Unjoni għall-AHF. Għalhekk, konklużjonijiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku ma għandhomx ikunu bbażati fuq dokumenti finanzjarji disponibbli pubblikament iżda fuq l-informazzjoni aktar dettaljata u vverifikata disponibbli fl-investigazzjoni. Għaldaqstant din it-talba kienet miċħuda.

(108)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni f'dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   KAWŻALITÀ

(109)

Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi oħrajn magħrufa setgħux fl-istess ħin ikunu ta' dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-Russja ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Dawn il-fatturi huma:

(a)

L-effett ta-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(b)

Żvilupp tal-konsum tal-Unjoni

(c)

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(d)

L-attività tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-aluminium converter foils ('ACF')

(e)

Il-prezzijiet tal-materja prima

1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping

(110)

Sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta' rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġinaw mill-Russja li huma l-oġġett ta' dumping u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni analizzat l-volum u l-livelli tal-prezz tal-importazzjonijiet taħt investigazzjoni u l-limitu sa fejn dawn ikkontribwew għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(111)

L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping bi prezz baxx mir-Russja żdiedu bejn 35 % u 45 %, u wasslu għal żieda fis-sehem mis-suq ta' madwar 5 punti perċentwali fl-istess perjodu. Din iż-żieda kkoinċidiet ma' telf fis-sehem mis-suq ta' 8 punti perċentwali mill-industrija tal-Unjoni.

(112)

Fl-istess waqt, il-prezzijiet ta' importazzjoni mir-Russja kienu qed jagħmlu pressjoni fuq is-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet tiegħu naqsu bejn 2 % u 8 % matul il-perjodu kkunsidrat u kienu qed iwaqqgħu il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, li kienet qed tagħmel it-telf, b'medja ta' bejn 3 % u 7 % li wassal għal marġini ta' nuqqas ta' bejgħ ta' madwar 12 %. Filwaqt li huwa sinifikanti bħala tali, wieħed irid jara dan it-twaqqigħ tal-prezzijiet fid-dawl tal-fatt li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni kienu inqas mill-kost tal-produzzjoni. L-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha matul il-perjodu kkunsidrat sabiex jiġi evitat aktar telf ta' sehem mis-suq.

(113)

Madankollu, l-importazzjonijiet Russi ħadu post il-biċċa l-kbira tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Brażiljani u Ċiniżi wara l-impożizzjoni ta' miżuri kontra dawn il-pajjiżi u l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tirkupra għal kollox minn prassi preċedenti ta' dumping minn dawn il-pajjiżi. Dan wassal għal telf fl-industrija tal-Unjoni mill-2011 sal-perjodu ta' investigazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-2013, meta l-profittabbiltà kienet kemxejn pożittiva, madankollu kienet għadha taħt il-profitt fil-mira ta' 5 % (ara premessi (176) u (177)).

(114)

Il-produttur esportatur sostna li ż-żieda tal-importazzjonijiet mir-Russja hija dovuta għall-impożizzjoni tal-miżuri kontra ċ-Ċina, il-Brażil u l-Armenja minħabba li dawn il-miżuri tejbu l-aċċess għas-suq tal-Unjoni minn pajjiżi terzi oħra, inkluża r-Russja.

(115)

L-investigazzjoni wriet li l-esportazzjonijiet Russi tabilħaqq issostitwew fil-biċċa l-kbira s-sehem mis-suq fl-Unjoni taċ-Ċina u l-Brażil. Madankollu, l-importazzjonijiet Russi saru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, li waqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u kkoinċidew ma' deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fuq din il-bażi tista' tiġi stabbilita rabta kawżali ċara bejn l-importazzjonijiet Russi u d-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni u huwa irrilevanti jekk l-importazzjonijiet Russi żdidux biss minħabba l-miżuri antidumping imposti fuq importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi oħrajn. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud f'dan l-istadju. Fi kwalunkwe każ, anke jekk l-impożizzjoni ta' dazji antidumping fuq importazzjonijiet miċ-Ċina, il-Brażil u l-Armenja kellha xi impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, tkun biss kaġun indirett u ma tistax titqies bħala “fatturi l-oħra” fis-sens tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni wriet li huma l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mir-Russja infushom li qed jikkaġunaw dannu. Dik l-interpretazzjoni hija konsistenti mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja C-638/11 P tal-14 ta' Novembru 2013 il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Gul Ahmed Textile Mills Ltd.

(116)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li l-qagħda dannuża tal-industrija tal-Unjoni kkoinċidiet maż-żieda sostanzjali ta' importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw mir-Russja u li l-importazzjonijiet mill-Russja kellhom rwol determinanti fid-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

2.   L-effetti ta' fatturi oħra

2.1.   L-effetti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(117)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa matul il-perjodu kunsidrat kif ġej:

Tabella 11

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Pajjiż

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Iċ-Ċina

Volum (tunnellati metriċi)

[2 843 -3 205 ]

[967-1 378 ]

[1 137 -1 603 ]

[1 222 -1 699 ]

Indiċi (2011 = 100)

100

[34-43]

[40-50]

[43-53]

Sehem mis-suq

4 %

1 %

1 %

2 %

Prezz medju (EUR/tunnellati metriċi)

2 251

2 417

2 306

2 131

Indiċi (2011 = 100)

100

107

102

95

It-Turkija

Volum (tunnellati metriċi)

[5 120 -6 100 ]

[8 090 -10 553 ]

[11 213 -14 213 ]

[11 520 -14 579 ]

Indiċi (2011 = 100)

100

[158-173]

[219-233]

[225-239]

Sehem mis-suq

7 %

11 %

13 %

13 %

Prezz medju (EUR/tunnellati metriċi)

2 950

2 743

2 710

2 571

Indiċi (2011 = 100)

100

93

92

87

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati metriċi)

[3 100 -3 750 ]

[279-750]

[1 891 -3 000 ]

[3 162 -4 313 ]

Indiċi (2011 = 100)

100

[9-20]

[61-80]

[102-115]

Sehem mis-suq

4 %

1 %

2 %

4 %

Prezz medju (EUR/tunnellati metriċi)

2 878

2 830

2 687

2 406

Indiċi (2011 = 100)

100

98

93

84

Importazzjonijiet totali

Volum (tunnellati metriċi)

[31 200 -38 900 ]

[33 696 -45 513 ]

[42 120 -58 325 ]

[42 744 -60 684 ]

Indiċi (2011 = 100)

100

[108-117]

[135-150]

[137-156]

Sehem mis-suq

45 %

47 %

51 %

53 %

Prezz medju (EUR/tunnellati metriċi)

2 512

2 452

2 399

2 360

Indiċi (2011 = 100)

100

98

95

94

Sors: Eurostat u r-risposti tal-kwestjonarji

(118)

L-importazzjonijiet miċ-Ċina bħalissa huma soġġetti għal dazji ta' antidumping. Ma kienx hemm importazzjonijiet mill-Brażil matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b'bejn 47 % u 57 %, bi tnaqqis korrispondenti fis-sehem mis-suq minn 4 % sa 2 %, jiġifieri tnaqqis ta' 2 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Kemm il-volumi kif ukoll is-sehem mis-suq baqgħu f'livelli baxxi matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet Ċiniżi naqsu b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Ta' min jinnota li madwar 75 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina matul il-perjodu ta' investigazzjoni daħlu fis-suq tal-Unjoni skont l-iskema ta' proċessar attiv, u b'hekk mingħajr dazji antidumping. Dawn l-importazzjonijiet, li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta' aktar minn 1 %, kienu f'kompetizzjoni diretta ma' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b'madwar 13 %.

(119)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjoni mit-Turkija żdiedu bejn 125 % u 139 % u s-sehem mis-suq tagħhom żdied minn madwar 7 % għal 13 %. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija naqsu bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħu ogħla mil-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, inklużi r-Russja u ċ-Ċina, u kienu f'livelli simili għall-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(120)

B'mod ġenerali, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu bejn 2 % u 15 %. Madankollu, peress li l-konsum tal-Unjoni żdied, is-sehem tagħhom tas-suq totali naqas minn 4 % fl- 2011 għal madwar 2 % fl- 2013 u mbagħad żdied għal 4 % sal-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni; il-prezzijiet tagħhom kienu f'livelli aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-2012.

(121)

Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, jista' jitqies li l-importazzjonijiet miċ-Ċina, anki f'livelli baxxi, ikkontribwew parzjalment għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni mingħajr madankollu ma nksiret r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mir-Russja u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, huwa meqjus li l-importazzjonijiet mit-Turkija setgħu kkontribwew parzjalment għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni mingħajr madankollu ma nkisret ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mir-Russja u d-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni, meta wieħed jikkunsidra l-volumi iżgħar u l-prezzijiet ogħla b'paragun mal-esportazzjonijiet Russi.

(122)

Parti interessata waħda ddikjarat li d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni għandha tiġi attribwita lill-importazzjonijiet mit-Turkija u mill-Korea t'Isfel. Fir-rigward tat-Turkija, ġie konkluż li l-importazzjonijiet setgħu kkontribwew parzjalment għall-ħsara li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni madankollu mingħajr ma nkisret ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mir-Russja u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Dwar il-Korea t'Isfel din il-parti argumentat li l-importazzjonijiet kienu taħt ir-reġim ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea t'Isfel li daħal fis-seħħ fl-2011 (5). Fir-rigward tal-Korea t'Isfel, il-volumi ta' importazzjoni kienu kważi ineżistenti matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda f'dan l-istadju.

2.2.   Żvilupp tal-konsum tal-Unjoni

(123)

Il-konsum tal-Unjoni żdied b'mod sinifikanti bejn 17 % u 28 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda tista' tiġi spjegata l-aktar miż-żieda ta' importazzjonijiet minħabba li l-volumi ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi ftit biss matul il-perjodu kkunsidrat, b'telf ta' sehem mis-suq ta' madwar 8 punti perċentwali. Fl-istess waqt l-importazzjonijiet Russi setgħu jieħdu madwar 5 punti perċentwali tas-sehem mis-suq. B'hekk, ġie provviżorjament konkluż li l-iżvilupp tal-konsum ma kkontribwiex għad-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(124)

Il-produttur esportatur sostna li ma hemmx żieda sostanzjali ta' importazzjonijiet mir-Russja jew xi effett dannuż minn dawn l-importazzjonijiet, peress li l-importazzjonijiet Russi kull ma għamlu segwew ix-xejra fil-konsum filwaqt li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-bejgħ tagħha ta' ACF għad-detriment tal-AHF.

(125)

Kif spjegat fil-premessa (132), l-allegazzjoni li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-bejgħ tagħha ta' ACF għad-detriment tal-bejgħ tal-AHF ma kienx ikkonfermat matul l-investigazzjoni u għalhekk ġiet miċħuda. L-investigazzjoni stabbiliet żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-Russja li tagħmel pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, kien ikkunsidrat irrelevanti l-fatt li l-importazzjonijiet Russi segwew ix-xejra fil-konsum. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

2.3.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(126)

Il-produttur esportatur iddikjara li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-prestazzjoni fqira tal-industrija tal-Unjoni.

(127)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

It-Tabella 14

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

 

2011

2012

2013

Il-perjodu ta' investigazzjoni

Il-volum tal-esportazzjonijiet

813

1 351

1 159

1 182

Indiċi (2011 = 100)

100

166

143

145

Prezz medju (EUR/tunnellati metriċi)

3 061

2 810

2 897

2 806

Indiċi (2011 = 100)

100

92

95

92

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentaturi

(128)

L-investigazzjoni wriet li l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni lejn pajjiżi terzi oħra baqgħu f'livelli baxxi meta mqabbla mal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, għalkemm qed jiżdied matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-prezzijiet tal-esportazzjonijiet kienu ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ ta' unità fl-Unjoni u kienu jkopru l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom. Apparti dan, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ppreżentata fil-premessa (99) tirreferi biss għall-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u kwalunkwe impatt li l-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fuq swieq oħra ta' pajjiżi terzi għalhekk ma tqiesx f'din l-analiżi. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

2.4.   L-attività tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-aluminium converter foil (“ACF”)

(129)

Għadd ta' produtturi tal-Unjoni pproduċew kemm AHF kif ukoll ACF. L-ACF huwa prodott differenti użat f'applikazzjonijiet differenti minn l-AHF. Madankollu, l-AHF u l-ACF, kif imsemmi fil-premessa (80), kienu prodotti bl-użu tal-istess faċilitajiet ta' manifattura u tagħmir. Xi partijiet interessati ddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-produzzjoni u l-bejgħ tal-ACF, li jħalli aktar qligħ, għad-detriment tal-AHF u għalhekk kwalunkwe telf ta' volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-AHF ikun minħabba din il-bidla aktar miż-żieda fl-importazzjonijiet ta' AHF mir-Russja.

(130)

Barra minn hekk, il-produttur esportatur iddikjara li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat minn żviluppi negattivi fis-suq tal-ACF, fejn l-industrija tal-Unjoni ddikjarat li ġarrbet dannu minn importazzjonijiet ta' dan il-prodott miċ-Ċina u li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni bdiet proċediment antidumping f'Diċembru 2014 (6).

(131)

L-investigazzjoni wriet li għalkemm hemm xi duplikazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni ta' ACF u AHF ma kinux identiċi. Għalhekk, l-akbar produttur tal-Unjoni magħżul għall-kampjun ta' AHF tal-investigazzjoni kurrenti kien qed jipproduċi biss AHF, filwaqt li l-produtturi l-oħra tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kellhom proporzjon relattivament stabbli ta' produzzjoni u bejgħ bejn AHF u ACF matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant l-investigazzjoni ma kkonfermatx l-allegazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni bidlet il-produzzjoni tagħha minn AHF għall-ACF. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-produtturi tal-Unjoni li jipproduċu kemm AHF kif ukoll ACF ma setgħux jaqilbu faċilment minn prodott għall-ieħor peress li biex tiġi massimizzata l-effiċjenza hemm bżonn li l-produzzjoni taż-żewġ prodotti tkun f'ċerti kwantitajiet.

(132)

Parti waħda interessata argumentat li l-importazzjonijiet Ċiniżi ta' ACF kellhom impatt fuq is-sitwazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk ikkaġunaw id-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni ta' AHF. Madankollu, il-kwadru tad-dannu analizzat fil-premessi (71) sa (107) u l-konklużjoni fil-premessa (108) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kien jirrigwarda esklussivament il-produzzjoni u l-bejgħ ta' AHF. L-impatt ta' kwalunkwe ħsara allegata relatat mal-produzzjoni u l-bejgħ ta' ACF ta' dawk il-produtturi tal-Unjoni li jipproduċi kemm ACF kif ukoll AHF, jekk kien hemm, għalhekk mhuwiex rifless fil-kwadru tad-dannu ta' hawn fuq. Għaldaqstant, dan l-argument ġie irrifjutat f'dan l-istadju.

2.5.   Il-prezzijiet tal-materja prima

(133)

L-aluminju huwa l-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-AHF u rrappreżenta madwar 75 % tal-ispiża totali tal-manifattura tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

(134)

Il-produttur esportatur sostna li l-industrija tal-Unjoni kellha żvantaġġ minħabba li ma kinitx integrata vertikalment u kellha tixtri l-aluminju. Barra minn hekk, il-produttur esportatur allega li l-livelli tal-prezzijiet tal-aluminju fl-Unjoni huma ogħla minħabba d-dazji doganali fis-seħħ fuq aluminju mhux maħdum, bejn 3 % u 6 %, li jżidu primjum intra-UE tal-metall, li huwa parti mill-prezz tal-metall, u għalhekk parti mill-prezz tal-aluminju.

(135)

Ir-referenza mad-dinja kollha għall-prezz tal-aluminju primarju hi l-kwotazzjoni tal-Borża tal-Metall ta' Londra (London Metal Exchange — LME). Il-primjums huma soprataxxa apparti l-prezzijiet tal-LME, li flimkien jiffurmaw ir-rata globali mħallsa lill-funderiji jew lill-operaturi tas-suq għall-akkwist tal-aluminju. Il-prezzijiet tal-LME naqsu b'20 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-primjum aktar milli rdoppja matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, jekk wieħed jieħu flimkien l-LME u l-primjum bħala l-kost totali ta' aluminju, il-kost naqas matul il-perjodu kkunsidrat b'madwar 11 %.

(136)

L-investigazzjoni wriet li kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-produttur Russu li jesporta ġarrew spejjeż komparabbli biex jakkwistaw il-materjaprima għall-manifattura tal-AHF, minħabba li l-prezzijiet tas-suq ta' din il-materja prima kemm fis-suq-Russkif ukoll dak tal-Unjoni huma marbuta direttament mal-LME. It-talbiet li jinsabu fil-premessa (134) għandhom għalhekk jiġu miċħuda. Filwaqt li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-prezzijiet ta' importazzjoni tal-AHF mir-Russja kienu qegħdin jonqsu wara l-iżvilupp tal-prezz tal-aluminju kkwotat fl-LME, l-investigazzjoni stabbiliet li l-prezzijiet ta' importazzjoni tal-AHF mir-Russja kienu kostantement aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u waqqgħu tagħhom bejn 3 % u 7 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Kif diġà ssemma fil-premessa (92), l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet tal-bejgħ ta' AHF tal-industrija tal-Unjoni ma setgħux ikopru l-kost unitarju tal-produzzjoni minħabba l-pressjoni tal-prezz li għamlu l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minkejja li l-kost unitarju tal-produzzjoni naqas. Għaldaqstant f'dan l-istadju dan l-argument għandu jiġi miċħud.

3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(137)

L-analiżi hawn fuq turi żieda sostanzjali fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw mir-Russja fil-perjodu kkunsidrat u tnaqqis tal-prezzijiet ta' importazzjoni matul il-perjodu.

(138)

Din iż-żieda fis-sehem mis-suq ikkoinċidiet ma' tnaqqis sinifikanti fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Il-pressjoni tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet fis-suq tal-Unjoni ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni li tgħolli l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għal livelli ta' profitt minkejja t-tnaqqis fil-kost unitarju tal-produzzjoni tagħhom, li rriżulta f'telf għall-industrija tal-Unjoni. B'konsegwenza ta' dan, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tirkupra kompletament mill-effetti tal-prattiki tad-dumping tal-passat minn importazzjonijiet mill-Brażil, iċ-Ċina u l-Armenja u ġarrbet dannu materjali matul il-perijodu ta' investigazzjoni.

(139)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping bħall-effett tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, l-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-attività tal-industrija tal-Unjoni f'suq tal-ACF u l-kost tal-materja prima.

(140)

L-eżami ta' dawn il-fatturi l-oħra wera li b'mod partikolari l-importazzjonijiet mit-Turkija u ċ-Ċina setgħu kkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, meta wieħed jikkunsidra l-prezzijiet ogħla u l-volum inqas tal-importazzjonijiet mit-Turkija fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-Russja kif ukoll il-livelli baxxi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, ġie konkluż li dawn il-fatturi ma setgħux jiksru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mir-Russja u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(141)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li d-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat u li l-fatturi l-oħra, meqjusin b'mod individwali jew kollettivament, ma kisrux il-kawżalità. Id-dannu jikkonsisti prinċipalment f'telf finanzjarju u t-telf tas-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni.

F.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Kumment preliminari

(142)

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx b'mod ċar tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f'dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni dwar dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-interessi varji involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-operaturi tas-suq, tal-importaturi u tal-utenti.

2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(143)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni ma rkupratx totalment mill-prattika preċedenti ta' dumping u ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat matul il-perjodu ta' investigazzjoni. L-indikaturi ewlenin tad-dannu wrew xejriet negattivi, b'mod partikolari s-sehem mis-suq u l-profittabbiltà.

(144)

Wara l-impożizzjoni ta' miżuri, huwa mistenni li l-prezzijiet tal-importazzjoni se jiżdiedu u l-industrija tal-Unjoni se tkun meħlusa mill-pressjoni fuq il-prezzijiet attwalment eżerċitata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. L-industrija tal-Unjoni għalhekk għandha tkun kapaċi tgħolli l-prezzijiet tagħha sabiex jirriflettu ż-żidiet fil-kost u gradwalment jilħqu livelli profittabbli. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ser tkun kapaċi żżid il-volumi tal-bejgħ tagħha u s-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni.

(145)

Fin-nuqqas ta' miżuri, il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni x'aktarx li tkompli tiddeterjora, b'mod partikolari minħabba t-telf li sofriet matul il-perjodu ta' investigazzjoni u l-pressjoni fuq il-prezzijiet li mistennija tkompli mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-Russja. Aktar telf tas-sehem mis-suq ser iseħħ hekk kif il-klijenti tal-industrija tal-Unjoni huma mistennija li gradwalment jaqilbu għal importazzjonijiet bi prezz baxx mir-Russja. Barra minn hekk, il-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mhux se jippermettu li l-industrija tal-Unjoni tgħolli l-prezzijiet tagħha minħabba li l-industrija tal-Unjoni se tkun imġiegħla tikkompeti mal-livelli baxxi tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Russi. F'tali xenarju l-industrija tal-Unjoni se tkompli ssofri telf sinifikanti.

(146)

Il-produttur esportatur sostna li mingħajr kompetizzjoni mir-Russja, l-industrija tal-Unjoni aktarx li ssir inqas effiċjenti u titlef il-kompetittività tagħha fis-suq globali. Barra minn hekk, il-produttur esportatur sostna li miżuri kontra d-dumping jirriżultaw f'distorsjoni tas-suq globali.

(147)

L-ewwel nett, il-miżuri antidumping għandhom biss iġibu lura l-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fl-Unjoni, iżda mhux jostakolaw l-importazzjonijiet Russi fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ġusti. It-tieni nett, il-produttur esportatur ma spjegax sa liema punt id-dazji antidumping jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni globali u lanqas ma spjega sa liema punt dawn jista' jkollhom impatt fuq l-effiċjenza tal-industrija tal-Unjoni. Dawn l-allegazzjonijiet ma kinux biżżejjed sostanzjati. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni wriet li l-miżuri antidumping jippermettu li l-industrija tal-Unjoni żżid l-prezzijiet tal-bejgħ u l-profittabbiltà tagħha kif ukoll il-volum tal-bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, dawn l-argumenti ġew miċħuda f'dan l-istadju.

(148)

Il-produttur esportatur iddikjara wkoll li d-domanda għal AHF hi elastika ħafna u f'każ ta' impożizzjoni ta' miżuri, ħafna konsumaturi jistgħu jaqilbu għal prodotti alternattivi bħall-fojl domestiku tal-polietilen; għalhekk il-miżuri mhumiex se jirriżultaw f'żieda iżda pjuttost f'telf fil-volum tal-bejgħ għall-industrija tal-Unjoni. Madankollu l-investigazzjoni wriet li s-sostituzzjoni ta' AHF b'imballaġġ alternattiv hija diffiċli ħafna minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-AHF bħal reżistenza termali ħfief u l-protezzjoni mid-dawl. Għaldaqstant dan l-argument ma għandux jintlaqa'.

(149)

Għaldaqstant, f'dan l-istadju ġie konkluż li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

3.   L-interess tal-importaturi/operaturi tas-suq

(150)

L-ebda kumpanija involuta fil-kummerċ, jiġifieri l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tal-AHF fl-Istat tagħha, ma ppreżentat ruħha wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni u l-produttur esportatur kienu qed ibigħu l-AHF fil-biċċa l-kbira direttament lill-utenti. Għal dawn ir-raġunijiet, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-impożizzjoni ta' miżuri jista' jkollha effett negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi/operaturi tas-suq.

4.   L-interess tal-utenti

(151)

L-utenti fl-Unjoni huma rewinders li l-attivitajiet tagħhom jikkonsistu fin-negozjar ta' materjal għat-tgeżwir (fojl tal-aluminju iżda wkoll karta u plastika) wara r-rumblar mill-ġdid tal-AHF f'rombli żgħar ('rombli tal-konsumatur') u l-ippakkjar mill-ġdid għall-kummerċ industrijali u l-bejgħ bl-imnut. Seba' kumpaniji avviċinaw u rċevew kwestjonarju. Erba' kumpaniji kkooperaw fil-proċedimenti billi bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju. Tliet kumpaniji li kkooperaw ġew ivverifikati fuq il-post.

(152)

L-investigazzjoni wriet li l-AHF huwa l-materja prima ewlenija tar-rewinders, li tirrappreżenta madwar 80 % tal-ispiża totali tal-manifattura.

(153)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, utenti li kkoperaw kellhom tliet sorsi ewlenin ta' fornitura ta' AHF jiġifieri l-industrija tal-Unjoni, it-Turkija u r-Russja. Tlieta mill-utenti li kkoperaw xtraw il-AHF prinċipalment mill-industrija tal-Unjoni u importawha bi kwantitajiet iżgħar. Wieħed minn dawn it-tliet utenti ma importatx AHF mir-Russja, iżda biss mit-Turkija. Ir-raba' utent li kkoopera xtara AHF prinċipalment mir-Russja u kiseb kwantitajiet iżgħar mill-industrija tal-Unjoni. Il-kumpaniji kollha li kkooperaw importaw l-AHF anke mit-Turkija.

(154)

Peress li r-rewinders huma fornituri ta' firxa wiesgħa ta' prodotti ta' imballaġġ, għat-tliet kumpaniji li kkooperaw li xtraw il-prodott ikkonċernat mir-Russja, l-attività li tinkorpora l-AHF tirrappreżenta minn inqas minn wieħed minn sitta għal massimu ta' kwart tal-attività totali tagħhom. Għall-kumpanija li ma xtratx il-prodott ikkonċernat mir-Russja l-attività li tinkorpora l-AHF kien tirrappreżenta inqas minn terz tal-attività totali tagħhom.

(155)

Matul il-perjodu ta' investigazzjoni nstab li l-kumpaniji kienu ġeneralment profittabbli. Madankollu, kumpanija waħda ma setgħetx talloka b'mod ċar l-ispejjeż tal-SG&A għall-attività li tinkorpora l-AHF u għalhekk, ma setgħet tinġibed l-ebda konklużjoni għal din il-kumpanija rigward il-profittabbiltà tagħha.

(156)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li jeżistu sorsi multipli ta' provvista u r-rewinders huma lesti li jibdlu s-sorsi ta' forniment jekk ikun meħtieġ (ara l-premessi minn (165) sa (168)).

(157)

Barra minn hekk, ir-rewinders xorta jistgħu jkunu kapaċi jgħaddu d-dazju antidumping fuq il-klijenti tagħhom, speċjalment jekk il-prezzijiet tal-materja prima prinċipali tagħhom ikomplu bit-tendenza osservata dejjem tonqos matul il-perjodu kkunsidrat.

(158)

Fuq din il-bażi, filwaqt li mhuwiex eskluż li l-impożizzjoni ta' miżuri kontra l-Russja jista' jkollhom impatt negattiv fuq il-profittabbiltà tar-rewinders, id-disponibbiltà ta' sorsi oħra ta' provvista il-possibbiltà li d-dazju jgħaddi għand il-konsumaturi u f'ċerti każi l-marġini għolja ta' profittabbiltà, jistgħu jindikaw li l-impatt possibbli tal-miżuri fuq ir-rewinders ikun limitat.

(159)

Il-produttur esportatur iddikjara li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping se tkun ta' detriment għal bejjiegħa bl-imnut kbar mingħajr, madankollu, ma speċifika aktar din it-talba. F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-ebda wieħed mill-bejjiegħa bl-imnut kbar ma ppreżenta ruħu matul l-investigazzjoni.

(160)

Xi partijiet interessati sostnew ukoll li l-impożizzjoni ta' miżuri tnaqqas il-profittabbiltà tar-rewinders. Madankollu, kif diġà analizzat fil-premessi minn (153) sa (160), huwa mistenni li l-impatt fuq il-profittabbiltà tar-rewinders ikun limitat b'mod partikolari meta jkunu qed jiġu kkunsidrati d-diversi s-sorsi varji eżistenti tal-provvista u l-possibbiltà li jgħaddu lill-klijenti tagħhom mill-inqas parti miż-żieda fl-ispejjeż tagħhom mill-impożizzjoni tad-dazji.

(161)

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (118), il-miżuri antidumping ilhom fis-seħħ għal dawn l-aħħar ħames snin kontra importazzjonijiet miċ-Ċina, il-Brażil u l-Armenja. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni li wasslet għal dawn il-miżuri, instab li l-profittabbiltà tar-rewinders kienet bejn – 2 % u + 2 % (7). Minkejja l-impożizzjoni ta' miżuri, ir-rewinders baqgħu vijabbli u f'xi każijiet anke żiedu l-profitti tagħhom, hekk kif l-investigazzjoni kurrenti wriet li r-rewinders kollha li kkooperaw għamlu profitt. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

(162)

Barra minn hekk, kien iddikjarat li kien hemm kompetizzjoni qawwija fis-suq downstream minn importazzjonijiet ta' rollijiet għall-konsumaturi. Xi partijiet interessati ddikjaraw li kwalunkwe impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-AHF tippenalizza lir-rewinders fl-Unjoni li jkollhom iħallsu dazju antidumping fuq il-materja prima tagħhom u b'hekk ma jkunux jistgħu jibqgħu jikkompetu ma' importazzjonijiet ta' prodotti downstream. Ġie allegat ukoll li l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-AHF iwassal għal esportazzjonijiet ta' rollijiet għall-konsumaturi mir-Russja. Imbagħad l-operazzjoni ta' rrujmblar mill-ġdid issir fir-Russja minflok l-Unjoni u r-rewinders isofru dannu qawwi, anki minħabba li jikkompetu ma' importazzjonijiet bi prezz baxx ta' rollijiet għall-konsumatur.. Madankollu, r-riskju li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jistgħu jkunu sostituti minn importazzjonijiet ta' prodotti downstream mhuwiex, fih innifsu, raġuni biex ma jiġux imposti miżuri antidumping. F'dan ir-rigward, għandu jkun innutat li fl-2013 kienu imposti miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' rollijiet tal-konsumatur miċ-Ċina (8) u dan ħeles lill-industrija iktar 'l isfel fil-katina ta' attivitajiet minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li jikkawżaw dannu materjali. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet tal-AFH mir-Russja jkopru biss parti mill-ħtiġijiet tar-rewinders u li hemm diversi sorsi oħra ta' provvista bla miżuri antidumping. Għaldaqstant, dawn l-argumenti ġew miċħuda.

(163)

Fid-dawl tar-riżultati ta' hawn fuq, huwa f'dan l-istadju li ġie konkluż li l-impatt fuq l-utenti ma għandux ikun tali li l-miżuri jkollhom jiġu kkunsidrati bħala li jmorru kontra l-interess ġenerali tal-Unjoni.

5.   Sorsi ta' forniment

(164)

Bosta partijiet interessati ddikjaraw li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping kontra r-Russja tista' tirriżulta f'nuqqas ta' provvista fis-suq tal-Unjoni, peress li l-industrija tal-Unjoni ma jkollhiex biżżejjed kapaċità biex tkopri d-domanda fl-Unjoni u, kif imsemmi hawn fuq, ir-rewinders ma jkollhomx biżżejjed sorsi oħra ta' provvista.

(165)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċità żejda u hija kapaċi żżid il-produzzjoni u l-bejgħ tal-AHF fl-Unjoni. Barra minn hekk, hemm disponibbli sorsi alternattivi ta' provvista bħat-Turkija, l-Armenja kif ukoll l-Afrika t'Isfel u l-Indja, għalkemm sa ċertu punt. Barra minn hekk, id-dazji antidumping kontra ċ-Ċina u l-Brażil bħalissa għaddejjin minn rieżami u r-riżultati se jkunu ppubblikati mhux aktar tard minn Jannar 2016. Fl-aħħar nett, il-miżuri antidumping għandhom l-għan li jistabbilixxu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fl-Unjoni u l-importazzjonijiet Russi xorta se jkunu jistgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ġusti.

(166)

Parti interessata ddikjarat li huwa probabbli ħafna li l-industrija tal-Unjoni mhux se żżid il-produzzjoni u l-bejgħ tagħha tal-AHF, iżda minflok se żżid l-attivitajiet tagħha fis-settur tal-ACF. Din id-dikjarazzjoni kienet ibbażata fuq is-suppożizzjoni li l-industrija tal-Unjoni żiedet il-produzzjoni tagħha tal-AHF minħabba l-kriżi ekonomika dinjija u ser terġa' tibda l-produzzjoni tal-ACF ladarba s-sitwazzjoni ekonomika ġenerali fl-Unjoni tirkupra. Din il-parti nnutat ukoll li kien hemm għaddejja investigazzjoni parallela dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ACF li joriġina miċ-Ċina (9) u sostniet li jekk l-investigazzjoni tirriżulta fl-impożizzjoni ta' miżuri antidumping, l-industrija tal-Unjoni bl-istess mod se ttejjeb il-qagħda ekonomika tagħha fir-rigward ACF u bħala konsegwenza żżid il-produzzjoni tal-ACF għad-detriment ta' żieda fil-produzzjoni ta' AHF. Madankollu, kif diġà ġie analizzat fil-premessa (132), l-investigazzjoni ma sabet l-ebda evidenza li tiġġustifika dikjarazzjoni bħal din. Barra minn hekk, il-parti ma pprovdiet l-ebda evidenza dwar ir-rabta bejn l-iżvilupp tal-produzzjoni ta' AHF u l-kriżi ekonomika jew id-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni wara l-impożizzjoni possibbli ta' miżuri kontra ċ-Ċina se taqleb il-produzzjoni tiegħu għall-ACF. Għalhekk, dawn l-argumenti ġew rifjutati f'dan l-istadju.

(167)

Parti waħda interessata qalet li l-importazzjonijiet ta' AHF mill-Venezwela, it-Turkija u l-Armenja, ma kinux adatti biex jissostitwixxu l-importazzjonijiet ta' AHF mir-Russja minħabba li għadd ta' parametri ewlenin bħall-produzzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-disponibbiltà tal-provvista huma differenti. Madankollu, ma pprovda l-ebda provi sabiex isostni din l-allegazzjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma żvelatx xi tagħrif li seta' jikkonferma din l-allegazzjoni. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni wriet li t-Turkija hija fornitur ewlieni għar-rewinders fl-Unjoni u għalhekk komparabbli f'termini ta' disponibbiltà u l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott ma' importazzjonijiet Russi. Barra minn hekk, l-Armenja hija wkoll fornitur potenzjali għas-suq tal-Unjoni mingħajr dazji tal-antidumping fis-seħħ. Għalhekk, dawn l-argumenti ġew rifjutati f'dan l-istadju.

(168)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, id-dikjarazzjoni li ma kienu jeżistu ebda sorsi alternattivi ta' provvista, għandha tiġi miċħuda.

6.   Argumenti oħrajn

(169)

Il-produttur esportatur sostna li l-analiżi tal-interess tal-Unjoni għandha tqis ukoll li l-industrija tal-Unjoni hija protetta minn dazji fuq l-importazzjoni ta' 7,5 % mir-Russja u d-dazji antidumping fis-seħħ fir-rigward ta' importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġinaw miċ-Ċina u l-Brażil.

(170)

Huwa nnutat li tabilħaqq skont l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tal-Unjoni Ewropea (“SĠP”) li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014, ir-Russja ma għadhiex imniżżla bħala pajjiż benefiċjarju. Għaldaqstant, mill-1 ta' Jannar 2014 u sakemm tibqa' teżisti din is-sitwazzjoni, l-importazzjonijiet mir-Russja ta' AHF huma soġġetti għal rata ta' dazju tal-importazzjoni ta' 7,5 % (minflok ir-rata ta' dazju preferenzjali ta' 4 % applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2013).

(171)

Barra minn hekk, il-miżuri antidumping kontra ċ-Ċina u l-Brażil, li bħalissa qed jiġu rieżaminati, ġew imposti bħala riżultat ta' proċedura separata li tistabbilixxi dumping dannuż fir-rigward ta' dawn l-importazzjonijiet u li ġġustifikaw l-impożizzjoni tal-miżuri. Id-dazji antidumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma tistax tiġi kkunsidrata fiha nfisha bħala raġuni valida biex ma jkunux imposti dazji antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet minn pajjiż terz ieħor. Fil-fatt, jekk wara investigazzjoni ta' antidumping jiġi stabbilit li hemm dumping dannuż minn importazzjonijiet ta' dan il-pajjiż l-impożizzjoni ta' tali miżuri jkunu ġġustifikati, jekk ma jkun hemm l-ebda raġuni konvinċenti f'termini tal-interess tal-Unjoni li titkellem kontra dawn il-miżuri. Fil-każ kurrenti, dawn il-kundizzjonijiet f'dan l-istadju huma ssodisfati u dan l-argument għalhekk f'dan l-istadju ġie miċħud.

(172)

Il-produttur esportatur fl-aħħar sostna li peress li l-AHF u l-ACF jinħadmu fl-istess faċilitajiet ta' produzzjoni, u b'hekk allegatament jipprovdu livell għoli ta' sostitwibbiltà min-naħa tal-provvista, ammont addizzjonali ta' dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' AHF joħloq distorsjonijiet fis-suq tal- ACF għad-detriment tal-klijenti aħħarin fl-Unjoni. Madankollu, il-produttur esportatur ikkonċernat ma kkwantifikax din id-dikjarazzjoni. Kif diġà ġie spjegat fil-premessi (81) u (131) l-akbar produttur fil-kampjun ma pproduċa xejn ACF u l-oħrajn li kienu qed jipproduċu l-ACF, kellhom proporzjon stabbli ta' produzzjoni u bejgħ bejn ACF u AHF. Għaldaqstant dan l-argument ma għandux jintlaqa'.

7.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(173)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet persważivi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq importazzjonijiet tal-ACF li joriġinaw mir-Russja f'dan l-istadju tal-investigazzjoni.

G.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING

(174)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping provviżorji sabiex ma jippermettux li jsir aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

1.   Livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (Marġni ta' dannu)

(175)

Sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawn il-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta' dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(176)

Id-dannu kienu jkun eliminat kieku l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping. F'dan ir-rigward, profitt ta' 5 % kien ikkunsidrat xieraq u kkonfermat matul l-investigazzjoni fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi ta' dan is-settur industrijali. Barra minn hekk, marġini ta' profitt ta' 5 % intuża wkoll fil-proċediment li wassal għall-investigazzjoni parallela kontra ċ-Ċina u l-Brażil dwar l-istess prodott imsemmi fil-premessa (20) hawn fuq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirreferi għall-premessa 158 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 833/2012 fejn ukoll intuża marġni ta' profitt ta' 5 %.

(177)

Fuq il-bażi ta' dan, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mingħajr dannu għall-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni billi aġġustat il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni billi neħħiet l-ammont tal-profitt jew żiedet it-telf fil-fatt imġarrab matul il-perjodu ta' investigazzjoni u sussegwentement żiedet il-marġini tal-profitt ta' 5 % imsemmi hawn fuq. Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produttur esportatur fir-Russja li kkoopera, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, mal-prezz medju ponderat mhux inġurjuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ingħatat bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

2.   Miżuri provviżorji

(178)

Għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-AHF li joriġinaw mir-Russja, skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont ta' dazji għandu jkun stabbilit fil-livell il-baxx tal-marġini ta' dumping u dak tad-dannu.

(179)

Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, ir-rati ta' dazju antidumping provviżorji, mogħtija skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Marġini tad-dumping

Marġini tad-dannu

Id-dazju antidumping provviżorju

Ir-Russja

Ural Foil OJSC, ir-reġjun ta' Sverdlovsk;

OJSC Rusal

Sayanal, il-Grupp Rusal tar-reġjun ta' Khakassia

34,0 %

12,2 %

12,2 %

Ir-Russja

Il-kumpaniji l-oħra kollha

 

 

12,2 %

(180)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu l-qagħda ta' dawn il-kumpaniji li nstabet matul din l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta' dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina mill-pajjiżi konċernati u li huwa mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija b'isimha u l-indirizz tagħha fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Ma għandhomx ikunu suġġetti għal xi rata individwali ta' dazju antidumping.

(181)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk tibdel l-isem tal-entità tagħha jew tistabbilixxi entità ta' produzzjoni jew ta' bejgħ ġdida. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (10). It-talba għandha tkun tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż: il-modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbutin mal-produzzjoni; il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjat ma', pereżempju, il-bidla fl-isem jew il-bidla fl-entitajiet ta' produzzjoni u bejgħ. Il-Kummissjoni se taġġorna l-lista ta' kumpaniji b'dazji individwali tal-antidumping, jekk dan ikun iġġustifikat.

(182)

Sabiex ikun żgurat l-infurzar xieraq tad-dazji antidumping, id-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha se japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx f'din l-investigazzjoni, iżda għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

H.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(183)

Il-produttur esportatur li kkoopera sostna li huwa kellu jkollu aċċess għall-fajl mhux kunfidenzjali tal-proċediment ta' rieżami ta' skadenza parallel li kien għaddej dwar il-miżuri fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet tal-AHF li oriġinaw mill-Brażil u miċ-Ċina, imsemmi fil-premessa (3), fuq il-bażi li għall-iskop tal-analiżi tal-kawżalità fl-investigazzjoni kurrenti, l-importazzjonijiet ta' AHF mir-Russja jistgħu jiġu kumulati ma' importazzjonijiet ta' AHF mill-Brażil u ċ-Ċina sabiex jiġi investigat l-impatt ta' dawn l-importazzjonijiet fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni. Il-produttur esportatur sostna li dan ikun ksur serju tad-drittijiet tiegħu ta' difiża u ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali li ma jistax jiġi regolarizzat retroattivament, peress li ppreġudika d-drittijiet tad-difiża fil-perjodu speċifikat għall-kummenti, l-aktar fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din in-Notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B'konsegwenza ta' dan, l-investigazzjoni preżenti għandha tintemm. Alternattivament, il-produttur li jesporta talab li jingħata aċċess sħiħ għall-fajl mhux kunfidenzjali fil-proċediment ta' rieżami ta' skadenza parallel.

(184)

It-talba kienet imsejsa fuq is-suppożizzjoni żbaljata li l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-Brażil jistgħu jiġu kumulati mal-importazzjonijiet mir-Russja. Madankollu, kif deskritt hawn taħt, l-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-Brażil ġew ikkunsidrati biss fl-analiżi tal-kawżalità bħala “fatturi oħra”. Għalkemm il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun pprovdew tweġiba ta' kwestjonarju waħda biss li tkopri ż-żewġ proċedimenti, dan kien jikkonċerna biss l-analiżi tal-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni minħabba li fiż-żewġ proċedimenti l-produtturi tal-Unjoni kienu identiċi u d-dejta miġbura kienet tirreferi għall-istess perjodu ta' investigazzjoni u l-istess perjodu kkunsidrat. Permezz ta' ittra uffiċjali, il-Kummissjoni diġà infurmat lill-produttur esportatur dwar l-intenzjoni tagħha li tiċħad it-talbiet imsemmijin hawn fuq u stiednet lill-produttur esportatur biex jekk jidhirlu li hu neċessarju, jitlob l-intervent tal-Uffiċjal tas-Smigħ fi proċedimenti kummerċjali.

(185)

Rigward l-aċċess għall-fajl mhux kunfidenzjali fil-proċediment parallel tar-rieżami ta' skadenza, il-produttur esportatur mhuwiex parti interessata f'dan il-proċediment u, bħala konsegwenza, l-aċċess għall-fajl mhux kunfidenzjali rilevanti ma jistax jingħata. Għalhekk, it-talbiet rigward il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u l-ksur ta' rekwiżit proċedurali essenzjali ġew miċħuda.

(186)

Fl-interessi ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati biex jissottomettu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta għad-DĠ Kummerċ fi żmien skadenza fissa.

(187)

Il-konklużjonijiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni tad-dazji magħmula għall-finijiet ta' dan ir-Regolament huma provviżorji u jista' jkun li jkollhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid għall-iskop ta' xi miżura definittiva.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv kontra d-dumping huwa b'dan impost fuq l-importazzjoni ta' fojl tal-aluminju ta' ħxuna ta' mhux inqas minn 0.008 mm u mhux aktar minn 0.018 mm, mhux miksi, mhux maħdum aktar milli rolljat, f'rukkelli ta' wisgħa mhux aktar minn 650 mm u li ma jiżnux aktar minn 10 kilogrammi u li jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7607 11 19 (kodiċi TARIC 7607111910) u li joriġina mir-Russja.

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett frank fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, tkun kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Id-dazju antidumping provviżorju

kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Russja

Ural Foil OJSC, ir-reħjun ta' Sverdlovsk;

OJSC Rusal

Sayanal, Rusal Group fir-reġjun ta' Khakassia

12,2 %

C050

Ir-Russja

Il-kumpaniji l-oħra kollha

12,2 %

C999

3.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, huwa soġġett għall-forniment ta' depożitu ta' garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali fis-seħħ.

Artikolu 2

1.   Fi żmien 25 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgħu:

(a)

jitolbu l-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament;

(b)

jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni; kif ukoll

(c)

jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

2.   Fi żmien 25 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 japplika għal perjodu ta' sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  In-Notifika ta' Bidu ta' proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu folj tal-aluminju li joriġina mir-Russja, ĠU C 354, 8.10.2014, p. 14.

(3)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mill-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU C 350, 4.10.2014, p. 11.

(4)  ĠU L 94, 8.4.2009, p. 17, premessi (72) u (80).

(5)  Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea t'Isfel, L 127, 14 ta' Mejju 2011

(6)  Notifika ta' bidu ta' proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminjum li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU C 444, 12.12.2014, p. 13).

(7)  Il-Premessa 159 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2009 tas-7 ta' April 2009 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, il-Brażil u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 94, 8.4.2009, p. 17

(8)  IR-REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI (UE) Nru 217/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti folji tal-aluminju f'folji li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 69, 13.3.2013, p. 11).

(9)  Notifika ta' bidu ta' proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU C 444, 12.12.2014, p. 13).

(10)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, 1049 Bruxelles/Brussel, Belgique/België.


Top