Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1379

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2014 tas- 16 ta' Diċembru 2014 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

ĠU L 367, 23.12.2014, p. 22–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/02/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1379/oj

23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1379/2014

tas-16 ta' Diċembru 2014

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(3) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament (UE) Nru 248/2011 (3), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ kontinwi bil-filament li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 u 7019 31 00 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Bidu tal-investigazzjoni antisussidji

(2)

Fit-12 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), ħabbret il-bidu ta' proċedura antisussidji fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika ta' Bidu tal-investigazzjoni antisussidji”) (4).

(3)

L-investigazzjoni nbdiet mill-Kummissjoni wara lment ippreżentat fit-28 ta' Ottubru 2013 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Fibra tal-Ħġieġ (“APFE”) (“l-ilmentatur”) f'isem produtturi li kienu jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta' sussidjar ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament u ta' dannu materjali kkaġunat minnu, u l-Kummissjoni qieset li t-tali evidenza kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), qabel ma bdiet bl-investigazzjoni, il-Kummissjoni nnotifikat lill-gvern tar-RPĊ li kienet irċiviet ilment iddokumentat kif xieraq li jallega li l-importazzjonijiet issussidjati ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-RPĊ kienu qed jikkaġunaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-gvern tar-RPĊ għal konsultazzjonijiet bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tal-ilment u sabiex flimkien jaslu għal soluzzjoni bi qbil reċiproku.

(5)

Il-gvern tar-RPĊ aċċetta l-offerta tal-konsultazzjonijiet li mbagħad saru fil-5 ta' Diċembru 2013. Matul il-konsultazzjonijiet, ma setgħet tinstab ebda soluzzjoni maqbula reċiprokament. Madankollu, il-Kummissjoni ħadet nota tal-kummenti li saru mill-gvern tar-RPĊ rigward l-iskemi elenkati fl-ilment. Wara l-konsultazzjonijiet, daħlu sottomissjonijiet bil-miktub mingħand il-gvern tar-RPĊ fid-9 ta' Diċembru 2013.

(6)

Konsultazzjonijiet addizzjonali ġew offruti lill-Gvern tar-RPĊ fir-rigward ta' skemi addizzjonali li ġew identifikati matul l-investigazzjoni. Il-Gvern tar-RPĊ madankollu ma aċċettax l-offerta minħabba li ilmenta li m ngħatax biżżejjed informazzjoni fir-rigward ta' dawn l-iskemi.

3.   Talba parallela għal rieżami interim parzjali tal-miżuri tal-antidumping fis-seħħ

(7)

Il-Kummissjoni rċiviet talba għall-bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri tal-antidumping fis-seħħ (5), limitata fil-kamp ta' applikazzjoni għar-rieżami tad-dannu, skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ir-Regolament antidumping bażiku). It-talba ddaħħlet fit-28 ta' Ottubru 2013 mill-APFE wkoll, f'isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament.

(8)

Wara li stabbilixxiet li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' rieżami interim parzjali, il-Kummissjoni, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“Notifika ta' bidu tar-rieżami interim parzjali tal-antidumping”) (6) fit-18 ta' Diċembru 2013, ħabbret il-bidu ta' rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament antidumping bażiku.

(9)

Produttur esportatur wieħed iddikjara li l-miżuri eżistenti imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 248/2011 huma nulli u bla effett sa fejn għandu x'jaqsam hu u li għalhekk l-investigazzjoni ta' rieami preżenti dwar il-miżuri eżistenti imposti minn dak ir-Regolament għandha tiġi tterminata. Huwa argumenta li l-miżuri eżistenti huma bi ksur tal-Ftehim tad-WTO dwar l-antidumping peress li dan il-produttur esportatur ġie miċħud trattament individwali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku antidumping peress li kienu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. B'appoġġ għad-dikjarazzjoni tiegħu, jirreferi għal rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO tat-28 ta' Lulju 2011 fil-kawża DS397 (7).

(10)

Wara r-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO tat-28 ta' Lulju 2011 fil-kawża DS 397, l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku antidumping ġie emendat (8). L-emenda hija applikabbli għall-investigazzjonijiet kollha mibdija wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, jiġifieri fis-6 ta' Settembru 2012. Fir-rigward tal-produtturi esportaturi li huma soġġetti għall-miżuri li kienu diġà fis-seħħ qabel dik id-data, il-Kummissjoni ppubblikat Avviż fit-23 ta' Marzu 2012 (9) fejn stiednet lil kull produttur esportatur f'pajjii li ma jħaddmux l-ekonomija tas-suq biex jitolbu rieżami jekk jikkunsidraw li l-miżuri li huma soġġetti għalihom għandhom jiġu riveduti fid-dawl tar-rapport tal-Korp tal-Appell imsemmi hawn fuq. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 248/2011 kienet imsemmi b'mod speċifiku f'dak l-avviż. Il-Kummissjoni ma rċevietx tali talba għal rieżami minn dan il-produttur esportatur, u l-produttur esportatur lanqas ma talab rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(11)

Għaldaqstant il-validità tal-miżuri eżistenti mhijiex mhedda u t-talba mhix aċċettata.

4.   Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu meqjus applikabbli għaż-żewġ investigazzjonijiet

(12)

L-investigazzjoni tas-sussidji u d-dannu kopriet il-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 (il-“perijodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-analiżi tax-xejriet relevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2010 u tmiem il-PI (“il-perjodu kkunsidrat”).

(13)

L-analiżijiet tad-dannu mwettqin kemm fir-rieżami interim parzjali tal-miżuri antisussidji kif ukoll tal-miżuri tal-antidumping huma msejsin fuq l-istess definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-istess produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u l-istess perjodu tal-investigazzjoni u wasslu għall-istess konklużjonijiet sakemm ma kienx stipulat mod ieħor. Dan tqies xieraq sabiex tiġi allinjata l-analiżi u jsiru sejbiet konsistenti fiż-żewġ investigazzjonijiet. Għalhekk, kummenti dwar l-aspetti tad-dannu li saru fi kwalunkwe waħda minn dawn il-proċeduri tqiesu fiż-żewġ investigazzjonijiet.

5.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjonijiet

(14)

Fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkuntattjawha bl-għan li jieħdu sehem fiż-żewġ investigazzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet b'mod speċifiku lill-ilmentatur, produtturi magħrufin oħrajn tal-Unjoni, produtturi esportaturi magħrufin u l-awtoritajiet tar-RPĊ, importaturi magħrufin, fornituri u utenti, negozjanti, kif ukoll lil assoċjazzjonijiet li kienet taf li huma mħassbin fuq il-bidu taż-żewġ investigazzjonijiet u stednithom jieħdu sehem.

(15)

Il-partijiet interessati kellhom opportunità li jikkummentaw fuq il-bidu taż-żewġ investigazzjonijiet u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti dwar in-negozju.

6.   Kampjunar

(16)

Il-Kummissjoni ħabbret fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu li tista' tillimita għal numru raġonevoli l-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi mhux relatati u l-produtturi tal-Unjoni li jiġu investigati billi tagħżel kampjuni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 27 tar-Regolament antisussidji bażiku.

6.1.   Il-kampjunar ta' produtturi tal-Unjoni applikabbli għaż-żewġ investigazzjonijiet

(17)

Fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-produzzjoni fl-Unjoni u l-volumi ta' bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-PI u l-firxa ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'impjanti tal-manifattura ta' tliet produtturi tal-Unjoni li jinsabu fil-Belġju, Franza u s-Slovakkja (10), li kienu jirrappreżentaw madwar 52 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u 49 % tal-bejgħ kollu fis-suq tal-Unjoni Għalhekk, il-kampjun tqies rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw fuq il-kampjun provviżorju.

(18)

Matul l-investigazzjonijiet, il-gvern tar-RPĊ allega li fl-investigazzjoni antidumping oriġinali kienet intużat metodoloġija ta' kampjunar differenti mingħajr ebda motivazzjoni għall-produtturi tal-Unjoni meta mqabbla ma' dik fl-investigazzjonijiet attwali. Il-gvern tar-RPĊ iddikjara (i) li l-Kummissjoni diġà kienet għażlet kampjun qabel il-bidu, u għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet qabel il-bidu li kien hemm bżonn kampjun, (ii) li fl-investigazzjoni oriġinali l-partijiet kollha li xtaqu jkunu inklużi fil-kampjun kellhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-bidu, filwaqt li fil-każ attwali, il-produtturi diġà inklużi fil-kampjun mhumiex meħtieġa jagħmlu hekk, (iii) li l-partijiet li xtaqu jkunu inklużi fil-kampjun ma kienu ipprovduti, fl-ebda waħda miż-żewġ Notifiki ta' Bidu, b'xi informazzjoni dwar x'informazzjoni huma meħtieġa jipprovdu sabiex ikunu inklużi fil-kampjun u li ma kienet ġiet ipprovduta ebda informazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni u l-volum ta' bejgħ irrappreżentati mill-produtturi tal-kampjun, (iv) li l-kriterju tal-għażla użat “dan il-kampjun jirrappreżenta l-ikbar volum rappreżentattiv ta' produtturi li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli” ma kienx inkluż fl-Artikolu 17 tar-Regolament antidumping bażiku u kampjun magħżul fuq din il-bażi ma kienx konsistenti ma' din id-dispożizzjoni.

(19)

Fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu, il-Kummissjoni spjegat li fid-dawl tan-numru kbir ta' produtturi tal-Unjoni u sabiex l-investigazzjonijiet jitlestew fi ħdan il-limiti ta' żmien, irrikorriet għal kampjunar u fl-istess ħin ġie propost kampjun provviżorju. Intużat l-istess metodoloġija, jiġifieri l-applikazzjoni tal-kampjunar, bħal fl-investigazzjoni ta' qabel. L-użu ta' kampjun provviżorju ma bidilx il-metodoloġija iżda sempliċiment ippermetta effiċjenza ikbar peress li bih ġie ggwadanjat żmien filwaqt li baqgħu rrispettati bis-sħiħ id-drittijiet ta' difiża. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tat opportunità lil produtturi oħrajn tal-Unjoni li jqisu li hemm raġunijiet għaliex għandhom ikunu inklużi fil-kampjun sabiex jikkuntattjaw lill-Kummissjoni jew lil kwalunkwe parti interessata oħra sabiex jissottomettu kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra fir-rigward tal-kampjun. Il-kampjun finali għandu jqis il-kummenti kollha riċevuti, jekk ikun hemm. Peress li ma daħal ebda kumment dwar il-kampjun propost, il-kampjun provviżorju ġie kkonfermat. Rigward it-tieni stqarrija, il-produtturi li ntgħażlu b'mod provviżorju għall-kampjun kienu mlew il-formola standard li inkludiet l-informazzjoni neċessarja sabiex il-Kummissjoni tagħżel kampjun provviżorju. Il-formola standard u t-tweġibiet kienu disponibbli għal spezzjoni fil-fajl mhux kunfidenzjali. Rigward it-tielet stqarrija, il-partijiet li xtaqu jkunu inklużi kienu mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni taż-żewġ Notifiki ta' Bidu u kellhom l-opportunità li jikkonsultaw il-fajl mhux kunfidenzjali mnejn setgħu jinkisbu l-formoli standard. Dawn il-formoli standard kien fihom informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-volum ta' bejgħ. Lanqas ir-raba' stqarrija ma hija mmotivata għaliex l-Artikolu 17(1) tar-Regolament antidumping bażiku jirreferi biċ-ċar għall-ikbar volum rappreżentattiv li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fi ħdan iż-żmien disponibbli.

(20)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ tenna d-dikjarazzjonijiet tiegħu rigward l-allegata inkonsistenza proċedurali għall-għażla ta' kampjun tal-produtturi tal-Unjoni qabel iż-żewġ inizjazzjonijiet u enfasizza li: i) il-ġustifikazzjoni tal-Kummissjoni li tirrispetta l-iskadenzi tal-investigazzjonijiet mhijiex sostenibbli peress li l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku antisussidji jipprevedu b'mod ċar it-teħid ta' kampjuni wara kemm l-inizjazzjonijiet u b'segwitu għal kummenti fi żmien tliet ġimgħat taż-żewġ inizjazzjonijiet, ii) kampjun provviżorju huwa diskriminatorju jew mhux oġġettiv u kien ħadem bħala fattur demotivanti għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni li ppreżentaw ruħhom, u iii) il-falliment tal-Kummissjoni li tipprovdi lill-produtturi l-oħra tal-Unjoni tliet ġimgħat biex jippreżentaw ruħhom.

(21)

L-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku antisussidji jiddikjaraw li “għandha tingħata preferenza għall-għażla ta' kampjun b'konsultazzjoni tal-partijiet konċernati u bil-kunsens tagħhom, sakemm il-partijiet ikkonċernati jagħmlu lilhom infushom magħrufa u jpoġġu biżżejjed informazzjoni disponibbli, fi żmien tliet ġimgħat mill-bidu tal-investigazzjoni”. Fir-rigward tal-ewwel dikjarazzjoni, ir-Regolament bażiku tal-antidumping u r-Regolament bażiku ta' antisussidji ma jwaqqafx lill-Kummissjoni milli tissuġġerixxi fiż-żmien tal-inizzjazzjoni kampjun provviżorju li l-partijiet ikunu mistiedna biex jikkummentaw fuqu. Barra minn hekk, peress li l-produtturi tal-Unjoni (jew tal-inqas parti kbira minnhom) qed jappoġġjaw id-dikjarazzjoni u jikkunsidraw l-informazzjoni miksuba f'forom permanenti, il-Kummissjoni kellha l-informazzjoni neċessarja fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni għad-dispożizzjoni tagħha biex tagħżel kampjun provviżorju fl-istadju tal-inizjazzjoni. Dan l-għarfien jagħmel l-eżerċizzju tat-teħid ta' kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni differenti minn dak applikat għal produtturi esportaturi. Fir-rigward tat-tieni u t-tielet dikjarazzjoni, l-Avviżi ta' Bidu iddikjaraw li l-produtturi tal-Unjoni li jqisu li għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum. Il-Kummissjoni ma tarax kif dan jikser ir-Regolament bażiku jew jista' jitqies bħala diskriminatorju, mhux oġġettiv, aħseb u ara demotivanti.

(22)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-kampjun ma kienx wieħed rappreżentattiv, peress li l-ebda kumpanija bi produzzjoni ristretta b'modsinjifikanti kienet ġiet inkluża u għalhekk parti mill-industrija domestika sempliċement ma tkunx ġiet ivvalutata.

(23)

Din id-dikjarazzjoni mhix aċċettata peress li l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun tabilħaqq kellhom bejgħ ristrett. Barra minn hekk, il-gvern tar-RPĊ ma indikax liema produttur tal-Unjoni kellu jiġi inkluż u liema wieħed kellu jiġi eskluż.

(24)

Produttur esportatur wieħed sostna li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx rappreżentattiv minħabba li l-ebda mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma pproduċa/biegħ twapet ta' bċejjeċ imqattgħin.

(25)

Fil-fatt, l-entitajiet li ttieħdu bħala kampjun tat-tliet produtturi tal-Unjoni ma pproduċewx twapet ta' bċejjeċ imqattgħin iżda pproduċew twapet tal-filament kif ukoll tipi ta' prodotti ewlenin oħra. Għalhekk, l-entitajiet fil-kampjun tqiesu li huma rappreżentattivi, anki minħabba li kienu jirrappreżentaw madwar 52 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni, 49 % tal-bejgħ kollu fuq is-suq tal-Unjoni, u kienu jirrappreżentaw firxa ġeografika tajba. Il-fatt li waħda mll-varjetajiet wiesgħa ta' tipi ta' prodotti ma ġiex prodotta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma jbiddilx din il-konklużjoni.

6.2.   Kampjunar tal-importaturi applikabbli għaż-żewġ investigazzjonijiet

(26)

Biex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn ta' kampjunar u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu.

(27)

Peress li żewġ importaturi mhux relatati biss wieġbu għall-formola ta' kampjunar, ma kien hemm bżonn ta' ebda kampjunar.

6.3.   Kampjunar ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ applikabbli għaż-żewġ investigazzjonijiet

(28)

Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifiki ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni Permanenti tar-RPĊ għall-Unjoni sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(29)

Tmien produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat taw l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament antisussidji bażiku u l-Artikolu 17(1) tar-Regolament antidumping bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet li setgħu jiġu investigati b'mod raġonevoli fi ħdan iż-żmien disponibbli. Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament antisussidji bażiku u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament antidumping bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufin kollha kkonċernati ġew mistiedna biex jikkummentaw fuq il-kampjun magħżul b'mod provviżorju. Ma sar ebda kumment. B'hekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-kampjun propost u l-partijiet interessati kollha ġew informati kif xieraq dwar il-kampjun finali magħżul.

(30)

Il-kampjun tal-produtturi esportaturi jew gruppi ta' produtturi esportaturi huwa li ġej:

iċ-Chongqing Polycomp International Corporation (“CPIC”),

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd (“OCH”) u l-kumpaniji relatati tagħha; Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd (“NCH”) and Changzhou Tianma Group Co., Ltd (“Tianma”). Dawn it-tliet kumpaniji f'daqqa jissejħu l-“Jiangsu Changhai Group”;

Jushi Group Co., Ltd, u l-kumpaniji relatati tagħha; Jushi Group Chengdu Co., Ltd and Jushi Group Jiujiang Co., Ltd. Dawn it-tliet kumpaniji huma msejħa il-Jushi Group.

(31)

Il-kampjun kien jirrappeżenta 78 % tal-bejgħ totali minn esportazzjonijiet mir-RPĊ fil-volum lill-Unjoni matul il-PI, fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-formoli ta' kampjunar.

7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta' verifika

(32)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-gvern tar-RPĊ, lill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kienu talbuhom, kif ukoll lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ li daħlu f'kuntatt fi ħdan il-limiti ta' żmien stipulati fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu.

(33)

It-tweġibiet għall-kwestjonarji daħlu mingħand il-gvern, it-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun, it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, 14-il utent u żewġ importaturi mhux relatati. Madankollu, it-tweġiba ta' wieħed mill-utenti ma kinitx biżżejjed u b'hekk il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq analiżi sinifikanti ta' din id-dejta minkejja li bagħtet bosta tfakkiriet.

(34)

Barra minn hekk, assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-industriji tal-ħġieġ 'Glass Alliance Europe' daħlet f'kuntatt bħala parti interessata f'isem il-membri tagħha u ssottomettiet dikjarazzjoni tal-pożizzjoni.

(35)

Daħlu wkoll sottomissjonijiet bil-miktub mingħand bosta assoċjazzjonijiet tal-utenti, b'mod partikolari d-“Danish Wind Industry Association”, id-“Danish Plastics Federation” u l-“Groupement de la Plasturgie Industrielle et des Composites (GPIC)”, kif ukoll mingħand Siemens Wind Power AG.

(36)

Barra minn hekk, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni/Esportazzjoni ta' Prodotti Industrijali Żgħar & Prodotti Artistiċi u Artiġjanali (“CCCLA”) ressqu l-kummenti tagħhom.

(37)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja sabiex tistabbilixxi jekk hemmx provi ta' sussidjar, dannu u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 26 tar-Regolament antisussidji bażiku saru fil-bini tal-Gvern tar-RPĊ u fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni:

3B Fibreglass SPRL, il-Belġju;

Owens Corning Fibreglass France, Franza;

Johns Manville Slovakia a.s., is-Slovakkja.

 

Produtturi esportaturi fir-RPĊ:

Chongqing Polycomp International Corporation;

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd;

Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd;

Changzhou Tianma Group Co., Ltd;

Jushi Group Co., Ltd;

Jushi Group Chengdu Co., Ltd;

Jushi Group Jiujiang Co., Ltd.

 

Negozjanti relatati mal-produtturi esportaturi li jinsabu fir-RPĊ:

China National Building Materials and Equipment Import and Export Corporation (“CMBIE”);

China National Building Materials International Corporation (“CNBMIC”).

 

Negozjanti relatati mal-produtturi esportaturi li jinsabu fl-Unjoni:

Jushi Italia Srl;

Jushi Spain SA;

Jushi France SAS.

 

Importazzjonijiet mhux relatati:

Helm AG, il-Ġermanja.

 

Utenti:

Basell Polyolefine, il-Ġermanja;

DSM, Il-Pajjiżi l-Baxxi;

DuPont de Nemours, Il-Belġju;

Exel Composites, il-Belġju;

Fiberline Composites, Id-Danimarka;

Formax, Ir-Renju Unit;

Polyone, Il-Ġermanja;

Vestas Wind Systems, id-Danimarka.

(38)

Fi ftit kliem, il-gvern tar-RPĊ iddikjara li nkisru d-drittijiet ta' difiża tiegħu b'rabta mal-aċċess għall-fajl miftuħ għal spezzjoni mill-partijiet interessati għaliex kien hemm informazzjoni nieqsa mill-fajl mhux kunfidenzjali mingħajr ma ngħatat “motivazzjoni tajba” jew inkella ma kinux ipprovduti sommarji ddettaljati biżżejjed, jew f'ċerti eċċezzjonijiet, ma ngħatawx ir-raġunijiet għaliex ma ġiex ipprovdut sommarju mhux kunfidenzjali.

(39)

Il-Kummissjoni qieset li l-fajl mhux kunfidenzjali miftuħ għal spezzjoni mill-partijiet interessati kien fih biżżejjed informazzjoni sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jispezzjonaw id-dejta li ntużat mill-Kummissjoni fl-analiżi tagħha u għalhekk l-istqarrija tqieset li mhijiex immotivata. Il-gvern kien informat dwar ir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni qieset li l-istqarrijiet ma kinux immotivati.

(40)

Wara divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ, kif ukoll produttur esportatur wieħed tennew li d-dispożizzjoni tal-kunfidenzjalità ġiet użata b'mod estensiv wisq u talbet id-divulgazzjoni tat-tipi ta' prodott mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll il-kwantitajiet totali għal kull PCN.

(41)

Il-Kummissjoni tqis li ma kienx hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża peress li l-produtturi esportaturi kollha rċevew divulgazzjoni speċifika tal-PCNs prodotti mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li kien hemm kompetizzjoni mar-RPĊ. B'hekk din it-talba twarrbet.

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(42)

Il-prodott ikkonċernat miż-żewġ investigazzjonijiet huwa l-istess bħall-prodott iddefinit fir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 u deskritt fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu, jiġifieri trofof imqattgħin tal-fibra tal-ħġieġ, b'tul ta' mhux iktar minn 50 mm; ftietel tal-fibra tal-ħġieġ, għajr ftietel tal-fibra tal-ħġieġ li huma mxappin u miksijin u għandhom telf mat-tqabbid ta' iktar minn 3 % (kif stipulat mill-Istandard tal-ISO 1887); u twapet magħmulin minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ għajr twapet tal-ħġieġ f'forma ta' fibri (“il-prodott ikkonċernat” jew “prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 u 7019 31 00 (l-aħħar kodiċi ħa post 7019 31 10 fl-1.1.2014) u li joriġinaw mir-RPĊ.

(43)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-materjal mhux maħdum li l-aktar jintuża għat-tisħiħ ta' reżini termoplastiċi u termoriġidi (thermoplastic and thermoset) fl-industrija tal-materjali komposti. Il-materjali kompożiti li jirriżultaw (filamenti tal-plastik imsaħħaħ bil-fibra tal-ħġieġ) jintużaw f'numru kbir ta' industriji: l-industrija awtomobilistika, tal-elettriku/elettronika, l-irdieden tal-imtieħen tar-riħ, il-bini/kostruzzjoni, tankijiet/pajpijiet, oġġetti tal-konsum, ajruspazjali/militari, eċċ.

(44)

Hemm tliet tipi bażiċi ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament koperti minn dan il-proċediment — jiġifieri trofof imqattgħin (11), ftietel (12) u twapet (13) (għajr ħġieġ f'forma ta' fibri). L-investigazzjoni wriet li, minkejja differenzi fid-dehra u differenzi possibbli fl-applikazzjonijiet finali ta' bosta tipi, it-tipi differenti kollha tal-prodott ikkonċernat jaqsmu l-istess karatteristiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bejniethom u bażikament jintużaw għall-istess skopijiet.

2.   Talbiet ta' esklużjoni ta' prodotti

2.1.   Kodiċi tan-NM 7019 31 90

(45)

Wara l-pubblikazzjoni taż-żewġ Notifiki ta' Bidu, is-CCCLA kkummentat li ż-żewġ Notifiki ta' Bidu rreferew għall-kodiċi tan-NM 7019 31 10, filwaqt li l-ilmentatur irrefera għall-kodiċi tan-NM 7019 31 00 u li dan l-aħħar kodiċi ma għadux jeżisti. Iddikjaraw li l-prodotti kklassifikati qabel taħt il-kodiċi tan-NM 7019 31 00 issa huma kklassifikati taħt żewġ kodiċijiet differenti tan-NM: 7019 31 10 (twapet tal-fibra tal-ħġieġ tal-filamenti) u 7019 31 90 (twapet tal-fibra tal-ħġieġ ta' oħrajn). Peress li l-investigazzjonijiet attwali jkopru ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament, is-CCCLA temmen li l-prodotti kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM 7019 31 90, jiġifieri “twapet magħmulin mill-fibra tal-ħġieġ mingħajr filament”, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(46)

Din l-istqarrija titbiegħed mill-punt għaliex it-tali prodott mhuwiex il-prodott ikkonċernat oriġinarjament.

(47)

L-ilmentatur irrefera għall-kodiċi tan-NM ex 7019 31 00 u qal b'mod espliċitu li t-twapet tal-ħġieġ f'forma ta' fibri (jiġifieri twapet oħrajn jew twapet magħmulin mill-fibra tal-ħġieġ mingħajr filament) huma esklużi. Din hija r-raġuni għaliex tinkiteb “ex” qabel il-kodiċi tan-NM.

(48)

Iż-żewġ Notifiki ta' Bidu ġew ippubblikati f'Diċembru 2013 u stipulaw “bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM […] 7019 31 10”. Peress li mill-1 ta' Jannar 2012, il-prodotti li qabel kienu jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 7019 31 00 tqassmu bejn il-kodiċijiet tan-NM 7019 31 10 u 7019 31 90, in-Notifika ta' Bidu ma tinkludix “twapet magħmulin mill-fibra tal-ħġieġ mingħajr filament” peress li stipulat “li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM […] 7019 31 10”.

(49)

Madankollu, ir-Regolament attwali jistipula “li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM […] 7019 31 00” peress li ż-żewġ kodiċijiet tan-NM 7019 31 10 u 7019 31 90 reġgħu ngħaqdu mill-1 ta' Jannar 2014 peress li fil-prattika l-kodiċi tan-NM 7019 31 90 tħalla vojt (hekk kif, minflok, twapet tal-fibra tal-ħġieġ ta' oħrajn, jiġifieri twapet tal-ħġieġ f'forma ta' fibri, ġew ikklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM 7019 39 00).

(50)

Għaldaqstant, it-talba għall-esklużjoni tal-kodiċi tan-NM 7019 31 90 mhijiex relevanti.

2.2.   Ftietel minsuġin

(51)

Utent minnhom talab it-tneħħija tal-ftietel minsuġin (14) mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott fuq il-bażi tal-fatt li l-manifatturi tal-filament bil-fibra tal-ħġieġ fl-Unjoni ma jipproduċuhomx.

(52)

Madankollu, ġew identifikati tliet kumpaniji fl-Unjoni li jipproduċu ftietel minsuġin b'kapaċità biżżejjed li jaqdu l-ħtiġijiet tas-suq. L-investigazzjonijiet urew li, minkejja differenzi possibbli fl-applikazzjonijiet finali, it-tipi differenti kollha tal-prodott ikkonċernat jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u bażikament jintużaw għall-istess skopijiet. Għaldaqstant ma ġietx aċċettata t-talba ta' esklużjoni tal-ftietel minsuġin mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott.

(53)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ sostna li l-ftietel minsuġin għandhom jiġu esklużi peress li (i) produttur wieħed biss tal-Unjoni forna l-ftietel minsuġin għas-suq fi kwantitajiet limitati u li għalhekk kwalunkwe importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti ma setgħetx tkun ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni, (ii) il-fatt li l-ftietel minsuġin huma differenti minn ftietel diretti peress li dawn tal-aħħar għandhom saħħa direzzjonali trasversali aħjar ta' profil kompożitu pultruded u proċess ta' produzzjoni differenti u (iii) bil-maqlub ta' dak li kien sar fl-investigazzjoni antidumping oriġinali fil-kuntest tal-ħjut, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sostitwibbiltà limitata mhijiex fattur sinifikanti li tippermetti li l-ftietel minsuġin jiġu esklużi.

(54)

Fir-rigward tal-ewwel stqarrija, il-Kummissjoni ttenni li hemm diversi produtturi fl-Unjoni li għandhom il-kapaċità li jipprovdu l-ħtiġijiet tas-suq għall-ftietel minsuġin, iżda wieħed biss bħalissa qed ibigħ dan it-tip ta' prodott. L-argument tal-Gvern tar-RPĊ li produttur wieħed tal-Unjoni biss verament ibigħ il-prodott huwa pjuttost indikazzjoni ta' ħsara peress li dan ifisser li l-utenti qalbu għal fornituri oħra barra mill-Unjoni, b'mod partikolari mir-RPĊ.

(55)

Rigward it-tieni dikjarazzjoni, il-proċess ta' produzzjoni għall-ftietel minsuġin huwa identiku għal dak tal-ftitetel “normali”, bl-eċċezzjoni li hemm pass iżjed ta' infiħ tal-arja ġewwa l-ftila, li jirrikjedi biss tagħmir relattivament irħis addizzjonali u ma jbiddilx il-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi essenzjali tal-prodott. Il-ftila msawra sempliċiment tidher kemxejn iffullata aktar mill-ftila “normali”.

(56)

Fir-rigward tat-tielet dikjarazzjoni, il-Kummissjoni segwiet l-istess approċċ bħal fl-investigazzjoni preċedenti fejn il-ftietel minsuġin kienu wkoll parti mill-prodott ikkonċernat u talba biex jiġu esklużi ma ġietx aċċettata. Ma ġie ppreżentat l-ebda argument li jista' jwassal għal konklużjoni differenti.

(57)

Għaldaqstant ma ġietx aċċettata t-talba ta' esklużjoni tal-ftietel minsuġin mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott.

2.3.   Prodotti li għalihom l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex kompetizzjoni mir-RPĊ

(58)

Il-gvern tar-RPĊ talab sabiex il-prodotti li għalihom l-industrija tal-Unjoni ma taffaċċjax kompetizzjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi (kif stipulat fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment antisussidji) jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott. Il-prodotti msemmija kienu trofof imqattgħin għal użu fl-imxarrab (WUCS) u twapet.

(59)

Id-WUCS għandhom żmien tal-ħżin limitat u spejjeż tat-trasport ogħla minħabba l-piż addizzjonali tal-kontenut ta' ilma. Minkejja dan, id-WUCS huma nnegozjati fuq livell globali. L-investigazzjoni wriet li, minkejja xi differenzi fid-dehra u differenzi possibbli fl-applikazzjonijiet finali, it-tipi differenti kollha tal-prodott ikkonċernat jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u bażikament jintużaw għall-istess skopijiet. Id-WUCS u t-twapet, bħal kwalunkwe tip ieħor ta' prodott tal-prodott ikkonċernat, jintużaw bħala materjal ta' tisħiħ. Barra minn hekk, l-istqarrija tal-gvern tar-RPĊ li ċerti prodotti tal-fibra tal-filament tal-ħġieġ miċ-Ċina għadhom mhumiex preżenti fi kwantitajiet kbar fis-suq tal-Unjoni ma jipprekludix bidla fl-imġiba kummerċjali futura fl-esportazzjonijiet ta' dawn it-tipi partikolari. Għaldaqstant, it-talba li dawn il-prodotti jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott ġiet miċħuda.

(60)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ iddikjara li (i) produttur wieħed biss tal-Unjoni qed jipproduċi l-WUCS u li għalhekk kwalunkwe importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti ma setgħetx tkun ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni, (ii) il-produtturi tal-Unjoni mhumiex qed ibatu l-ebda ħsara fuq prodotti msemmija hawn fuq kif l-industrija tal-Unjoni ddikjarat fil-verżjoni miftuħa tal-ilment li huma jistgħu jagħmlu profitt ta' 'l fuq minn 8 % sa 10 % fuq dawk il-prodotti, (iii) il-fatt li l-WUCS għandhom kwantità ikbar ta' kontenut ta' ilma, ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa limitata u proċess ta' produzzjoni differenti u fiżikament u kimikament differenti mit-trofof imqattgħin u (iv) bil-maqlub ta' dak li sar fl-investigazzjoni preċedenti fil-kuntest ta' ħjut, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sostiwibbiltà limitata mhijiex fattur sinifikanti biex tippermetti l-esklużjoni tal-WUCS u t-twapet.

(61)

L-ewwel dikjarazzjoni mhijiex aċċettata peress li bosta produtturi tal-Unjoni jbiegħu WUCS u għalhekk l-industrija tal-Unjoni mhijiex eskluża minn ħsara fuq dan it-tip ta' prodott.

(62)

Fir-rigward tat-tieni dikjarazzjoni, il-fatt li xi tipi ta' prodotti f'ċerti perjodi ta' żmien huma profittabbli, mhijiex raġuni biżżejjed biex jiġu esklużi dawk it-tipi ta' prodotti. Barra minn hekk, il-WUCS jiġu importati fl-Unjoni fi kwantitajiet ferm aktar baxxi minn prodotti oħra tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament. Il-marġni ta' profitt unikament għal din it-tip ta' prodott huwa għalhekk mhux rappreżentattiv għall-prodott ikkonċernat.

(63)

Fir-rigward tat-tielet dikjarazzjoni, il-prodott ikkonċernat mhuwiex definit b'referenza għall-kontenut tal-ilma tiegħu. Il-kontenut tal-ilma tal-WUCS għalhekk ma jiġġustifikax l-esklużjoni tiegħu. Barra minn hekk, il-proċess tal-produzzjoni tal-WUCS huwa l-istess bħal dak għal użu xott ta' trofof imqattgħin (DUCS), b'pass anqas ta' produzzjoni li jikkonsisti fil-fażi tat-tnixxif.

(64)

Fir-rigward tar-raba' dikjarazzjoni, il-Kummissjoni segwiet l-istess approċċ bħal fl-investigazzjoni preċedenti ta' kontrqa d-dumping fejn il-WUCS kienu wkoll parti mill-prodott ikkonċernat. Ma ġie ppreżentat l-ebda argument li jista' jwassal għal konklużjoni differenti.

(65)

Għaldaqstant, it-talba biex il-WUCS jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott mhijiex aċċettata.

3.   Prodott simili

(66)

B'mod simili għall-investigazzjoni antidumping ta' qabel, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tar-RPĊ, kif ukoll il-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament prodotti u mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni nstabu li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u użi. Għaldaqstant, dawn il-prodotti huma prodotti simili għall-finijiet tal-investigazzjonijiet attwali skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 2(c) tar-Regolament antisussidji bażiku.

C.   SUSSIDJU

1.   Introduzzjoni

(67)

It-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina jenfasizza l-viżjoni strateġika tal-gvern tar-RPĊ għat-titjib u l-promozzjoni ta' industriji ewlenin, jinkludi, fost l-oħrajn, il-produzzjoni ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ. B'mod partikolari, il-Kapitolu 9 tat-12-il Pjan ta' Ħames snin, li jikkonċerna t-trasformazzjoni u t-titjib tal-industrija tal-manifattura jiddikjara:

“Aħna se niffokaw fuq l-iżvilupp ta' materjali ġodda bħal ħġieġ fotovoltajku, ħġieġ sottostrat irqiq ħafna, fibra speċjali tal-ħġieġ u ċeramika speċjali.”

(68)

It-Taqsima 3 tal-Kapitolu 9 tal-Pjan imsemmi hawn fuq dwar l-immodernizzar teknoloġiku tal-intrapriżi jgħid speċifikament li l-gvern tar-RPĊ “… se jinkoraġġixxi l-intrapriżi biex isiru aktar kapaċi jiżviluppaw prodotti ġodda, iżidu l-kontenut teknoloġiku u l-valur miżjud tal-prodotti tagħhom u jaġġornaw u jtejbu l-prodotti tagħhom aktar malajr.”

(69)

Barra minn hekk, il-Kapitolu 10, Sezzjoni 1 tal-istess Pjan jistipula dan li ġej:

“L-enfasi tal-iżvilupp għall-industrja materjali l-ġdida se tkun fuq materjal funzjonali ġdid, materjal strutturalment avvanzat, fibri ta' prestazzjoni għolja, u l-materjal imħallat magħmul minnhom, u materjal bażiku ta' skop ġenerali”

.

(70)

L-importanza tal-innovazzjoni u tal-materjal il-ġdid b'mod ġenerali hi spjegata b'mod ċar kemm fit-12-il Programm ta' Ħames Snin għall-Innovazzjoni ta' Teknoloġija Industrijali kif ukoll “fil-Pjan Nazzjonali fit-TUL għall-Iżvilupp tax-Xjenza u t-Teknoloġija (2006-2020)”.

(71)

Barra minn hekk, Il-Katalgu ta' Gwida għar-Ristrutturar Industrijali 2011 (Deċiżjoni Nru 9) jsemmi espliċitament bħala industrija inkoraġġuta “trafilaġġ tal-forn tal-fibra tal-ħġieġ-E […], żvilupp u produzzjoni ta' fibra tal-ħġeġ ta' prestazzjoni għolja u prodotti tagħha.” Addizzjonalment, il-“Katalgu ta' Gwida għall-Industrijali tal-Investiment Barrani”, li jelenka l-industriji li fihom huwa inkoraġġit l-invrestiment barrani (15), jirreferi espliċitament għall-produzzjoni ta' prodotti ta' fibra tal-ħġieġ u fibra tal-ħġieġ speċjali.

(72)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li dawn il-pjanijiet huma biss gwida u mhumiex vinkolanti. Madankollu, kif hu spjegat b'mod ċar fit-12-il Pjan ta' Ħames Snin dan huwa legalment vinkolanti:

“Dan il-Pjan, wara deliberazzjoni u approvazzjoni mill-Kungress Popolari Nazzjonali, iġorr miegħu validità legali.”

(73)

Wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-RPĊ argumenta li l-prodott ikkonċernat huwa biss prodott standard tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament (ħġieġ-E) u mhux il-fibra tal-ħġeġ ta' prestazzjoni għolja teknoloġikament aktar avvanzat (fibra tal-ħġieġ b'għan speċjali jew ħġeġ S). Għalhekk, il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni ma jaqax fl-ambitu tal-industriji inkoraġġiti peress li huma biss il-fibri speċjali ħġieġ jew fibri ta' prestazzjoni għolja fost dawk l-industriji li huma inkoraġġiti. Il-gvern tar-RPĊ jirreferi fost l-oħrajn għat-12-il Pjan ta' Ħames Snin li jirreferi biss għal “fibri ta' prestazzjoni għolja” u “fibri tal-ħġeġ speċjali”.

(74)

L-ewwel nett, il-prodott ikkonċernat huwa ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament. Id-definizzjoni tal-prodott ma tagħmilx distinzjoni jekk dawk il-prodotti humiex magħmula minn fibri standard tal-fibra tal-ħġieġ (minn hawn' il quddiem msemmija bħala ħġieġ-E) jew fibra tal-ħġieġ speċjali (ħġeġ-S). Fit-tieni lok, l-ebda parti interessata ma ressqet talba għal esklużjoni ta' prodott fejn qalet li l-fibra tal-ħġieġ speċjali ma għandhiex tkun parti mill-ambitu tal-prodott. It-tielet, il-gvern tar-RPĊ ma kkontestatx il-fatt li l-gvern qed jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' “fibri tal-ħġieġ speċjali”. Tabilħaqq, anki prodotti tal-fibra tal-ħġieġ standard huma msemmija bħala industrija li għaliha huwa inkoraġġit investiment barrani (ara l-premessa (71)).

(75)

Fi kwalunkwe każ, anki jekk wieħed kellu jaċċetta li huwa biss l-iżvilupp ta' fibra tal-ħġeġ ta' prestazzjoni għolja (eż. ħġieġ-S) li huwa inkoraġġit mill-gvern tar-RPĊ, l-investigazzjoni ma ddivulgat ebda distinzjoni bejn l-industrija standard tal-fibra tal-ħġieġ fuq naħa waħda u l-industrija tal-ħġieġ tal-fibra speċjali min-naħa l-oħra. Għall-kuntrarju, prodotti tal-fibra tal-ħġieġ, kemm jekk magħmula minn ħġieġ-E jew minn fibri tal-ħġieġ ta' prestazzjoni għolja, bħall-ħġieġ-S, huma kollha prodotti mill-istess industrija tal-fibra tal-ħġieġ. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat, b'mod partikolari, li produtturi esportaturi kollha Ċiniżi inklużi fil-kampjun jużaw kemm fibra tal-ħġieġ standard (ħġieġ-E) kif ukoll fibra tal-ħġieġ ta' prestazzjoni għolja (eż. ħġieġ-S) fil-proċess ta' produzzjoni tagħhom, u li ma jeżisti ebda mekkaniżmu li jillimita l-appoġġ ipprovdut, f'forma ta' self preferenzjali jew il-forniment ta' drittijiet ta' użu tal-art, għal segment wieħed tal-produzzjoni. Allura huwa raġunat li l-inkoraġġiment espliċitu għall-iżvilupp ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ ta' prestazzjoni għolja ma jistax, bil-liġi jew fil-fatt, jeskludi l-industrija tal-fibri tal-ħġieġ bażiċi mill-politika strateġika ġenerali li tinkoraġġixxi intrapriżi biex isiru aktar kapaċi jiżviluppaw prodotti ġodda, jiżdied il-kontenut teknoloġiku u l-valur miżjud tal-prodotti tagħhom u jaġġornaw u jtejbu l-prodotti tagħhom aktar malajr.

(76)

Minn dan ta' hawn fuq isegwi li t-talba li l-prodott ikkonċernat ma tifformax parti minn industrija inkoraġġuta hija mingħajr bażi u għaldaqstant mhix qed tiġi aċċettata.

(77)

Barra minn hekk, id-“Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-‘Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali’” (li, flimkien mad-“Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali” jissejħu d-“Deċiżjoni Nru 40”) tistipula li l-gvern tar-RPĊ ser isostni b'mod attiv l-iżvilupp ta' tipi differenti ta' industriji (16).

(78)

Għad li d-Deċiżjoni Nru 40 ma tirreferix b'mod espliċitu għall-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament jew b'mod iktar ġenerali għall-industrija tal-materjali l-ġodda, xorta waħda tordna lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha sabiex jipprovdu appoġġ kredizju lil proġetti mħeġġin biss u tipprevedi l-implimentazzjoni ta' “politiki preferenzjali oħrajn dwar il-proġetti mħeġġin” (17). Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 40 kienu applikabbli għall-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament.

(79)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li d-Deċiżjoni Nru 40 timplika biss li l-industriji mħeġġin għandhom jirċievu appoġġ kredizju “skont il-prinċipji dwar il-kreditu” u li ma jistax jiġi supponut li t-tali appoġġ għandu jingħata fuq bażi preferenzjali.

(80)

L-investigazzjoni wriet li l-kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn politiki ta' self preferenzjali. Tabilħaqq, uħud mill-kumpaniji li kienu qed jagħmlu telf baqgħu jiksbu finanzjament b'termini preferenzjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiċħad id-dikjarazzjoni tal-gvern tar-RPĊ li s-self lill-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament ingħata “skont il-prinċipji tal-kreditu”. Il-punt ewlieni jibqa' li skont id-Deċiżjoni Nru 40, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha għandhom jipprovdu kreditu lill-industriji mħeġġin, li fosthom hemm l-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament, u li dak l-appoġġ huwa pprovdut de facto b'termini preferenzjali.

(81)

Barra minn hekk, fil-“Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp fix-Xjenza u t-Teknoloġija fit-Terminu Medju u fit-Tul (2006 — 2020)” huwa ddikjarat l-impenn li “jingħata l-ewwel post lill-finanzjament tal-politika”, “l-istituzzjonijiet finanzjarji jitħeġġu jagħtu appoġġ kredizju preferenzjali lil proġetti teknoloġiċi u xjentifiċi nazzjonali kbar”, li “L-istituzzjonijiet finanzjarji jitħeġġu jtejbu u jsaħħu s-servizzi finanzjarji lil impriżi tat-teknoloġija avvanzata” u li “jiġu implimentati politiki fiskali preferenzjali sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta' impriżi tat-teknoloġija avvanzata”.

(82)

Il-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament taqa' taħt id-deskrizzjoni ta' impriża tat-teknoloġija avvanzata, kif muri min-numru ta' manifatturi bi status ta' Teknoloġija Ġdida u Avvanzata fir-RPĊ. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li uħud mill-kumpaniji fil-kampjun irċivew iċ-ċertifikat ta' Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, u b'hekk jistgħu jibbenefikaw mit-trattament preferenzjali spjegat fil-“Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp fix-Xjenza u t-Teknoloġija fit-Terminu Medju u fit-Tul (2006 — 2020)” imsemmi iktar 'il fuq.

2.   Nuqqas ta' kooperazzjoni u użu tal-fatti disponibbli

2.1.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament antisussidji bażiku għal produttur esportatur wieħed

(83)

Matul iż-żjara ta' verifika f'waħda mill-kumpaniji fir-RPĊ, instab li l-kumpanija kienet bidlet id-dikjarazzjoni finanzjarja awditjata li oriġinarjament issottomettiet lill-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju antisussidji. Il-kumpanija ma ddivulgatx din l-informazzjoni minn jeddha u l-eżistenza ta' dikjarazzjoni finanzjarja awditjata differenti ħarġet fil-beraħ biss meta l-kumpanija ntalbet tipprovdi kopja oriġinali tad-dikjarazzjoni finanzjarja. Barra minn hekk, din id-dikjarazzjoni l-ġdida tqiegħdet għad-dispożizzjoni biċ-Ċiniż biss. Peress li ċ-ċirkolazzjoni ta' żewġ settijiet ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' awditu huwa bi ksur tal-istandards internazzjonali tal-Awditjar (Nr. 560: dwar “avvenimenti sussegwenti”), it-tim tal-awditjar enfasizza li dan kien ta' tħassib serju minħabba li jitfa' dubji dwar il-kredibilità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji sottomessi. Il-kumpanija spjegat li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati inizjalment sottomessi fit-tweġiba għall-kwestjonarju kien fihom l-iżbalji u għalhekk kienu ġew sostitwiti ma' verżjoni ġdida maħruġa mill-istess kumpanija tal-awditjar u datata lura u maħruġa mill-ġdid bl-istess numru sekwenzjali bħar-rapport tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji oriġinali li kien inqered.

(84)

Wara ż-żjara ta' verifika u ladarba kienet disponibbli t-traduzzjoni tat-“tieni” sett ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-kumpanija li fiha spjegat ir-raġunijiet speċifiċi u ddettaljati għaliex qieset li partijiet mid-dejta pprovduta fil-kwestjonarju ma jistgħux jitqiesu vverifikati. Il-kumpanija ġiet mgħarrfa li l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament antisussidji bażiku u ngħatat l-opportunità li tikkummenta.

(85)

Il-kumpanija pprovdiet il-kummenti tagħha kemm bil-miktub kif ukoll matul seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta. It-tweġiba tagħha indikat l-eżistenza ta' saħansitra dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati oħrajn (it-tielet) (fil-format użat għall-kumpaniji elenkati). Għad li ma kienx jidher li kien hemm differenzi sostanzjali bejn it-“tieni” u t-“tielet” dikjarazzjonijiet, il-verżjoni tal-aħħar però kienet ferm iktar iddettaljata, u komprensiva. Diġà kienet inħarġet u għad li kienet disponibbli għall-kumpanija matul iż-żjara ta' verifika (18) lanqas l-eżistenza ta' din id-dikjarazzjoni finanzjarja ma kienet żvelata lill-Kummissjoni fi żmien il-verifika. Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji l-oħrajn, din it-“tielet” verżjoni elenkat b'mod espliċitu u fid-dettall is-sussidji kollha (inklużi l-bażijiet legali tagħhom) li l-kumpanija kienet irċiviet matul il-PI. Għalhekk, eżaminazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni finanzjarja kienet tkun ferm siewja matul iż-żjara ta' verifika sabiex tiġi kontroverifika l-informazzjoni kollha sottomessa dwar l-iskemi ta' sussidju individwali riċevuti mill-kumpanija.

(86)

Id-dikjarazzjoni finanzjarja awditjata hija dokument essenzjali sabiex tkun tista' ssir verifika xierqa tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija lill-Kummissjoni fir-rigward ta', fost l-oħrajn, għotjiet, self, drittijiet ta' użu tal-art, differimenti ta' taxxa, eċċ.

(87)

Kif inhu spjegat iktar 'il fuq, il-kooperazzjoni tal-kumpanija ma kinitx mill-aqwa u ħolqot xkiel serju għal verifika xierqa tal-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni, li għaldaqstant ma setgħetx tivverifika kif suppost l-informazzjoni riċevuta rigward, fost l-oħrajn, il-livell ta' sussidji riċevuti mill-kumpanija. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma setgħetx tasal għal sejba preċiża b'mod raġonevoli, b'mod partikolari fir-rigward tas-sussidji riċevuti. Tqies li l-kumpanija pprovdiet informazzjoni qarrieqa u naqset milli tikkoopera b'mod adegwat.

(88)

Huwa meqjus li kumpanija pprovdiet tagħrif qarrieqi u naqset milli tikkoopera b'mod adegwat. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji. Peress li l-kumpanija kienet parti minn grupp, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament antisussidji bażiku kienu applikabbli għall-grupp sħiħ.

(89)

Madankollu, rigward l-istabbiliment tal-livell ta' sussidjar għall-grupp, il-Kummissjoni użat id-dejta propja taż-żewġ kumpaniji fi ħdan il-grupp li kienu kkooperaw bis-sħiħ fiż-żewġ investigazzjonijiet u li l-informazzjoni tagħhom tqieset affidabbli fir-rigward tal-livelli ta' sussidjar tagħhom. Rigward il-kumpanija fi ħdan il-grupp li pprovdiet informazzjoni qarrieqa, id-determinazzjoni tal-livell ta' sussidjar ġie bbażat fuq il-fatti disponibbli. Fl-istabbiliment tal-livell ta' sussidjar għal dik l-entità ġuridika, il-fatti disponibbli użati mill-Kummissjoni kienu l-ogħla livell ta' sussidjar misjub għal kull skema ta' sussidjar għal kwalunkwe waħda mill-entitajiet legali li jappartjenu għall-kumpaniji jew grupp ta' kumpaniji fil-kampjun misemmijin fil-premessa (30) u li kienu kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni.

(90)

Wara d-divulgazzjoni, l-ilmentatur iddikjara li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-livell ta' sussidjar tal-grupp ma kinitx korretta. Huwa sostna li peress li marġini ta' sussidju tal-grupp huwa s-somma tal-ogħla marġini ta' sussidju misjub għal kull skema ta' sussidju għal xi kumpaniji li kkooperaw għandu jkun ħafna ogħla.

(91)

Dan l-argument huwa bbażat fuq nuqqas ta' ftehim. Il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-livell ta' sussidjar, deskritti fil-premessa (89) hawn fuq, ġiet applikata biss lill-kumpanija (fi ħdan il-grupp) li pprovdiet informazzjoni qarrieqa u mhux il-grupp kollu. It-talba kienet għalhekk ma kinitx aċċettata.

(92)

Il-kumpanija li pprovdiet informazzjoni qarrieqa ma kinetx qed tesporta l-prodott ikkonċernat. Fi ħdan il-grupp, li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat saru permezz ta' waħda mill-kumpaniji relatati tiegħu. Dan tal-aħħar madankollu kkoopera bis-sħiħ fiż-żewġ investigazzjonijiet u pprovda informazzjoni affidabbli dwar il-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp. Għaldaqstant, l-informazzjoni sottomessa ntużat għas-sejbiet definittivi tal-Kummissjoni f'dik il-proċedura.

(93)

Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur iddikjara li l-Kummissjoni wettqet żball fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji.

(94)

L-ewwel nett, kien argumentat li fl-ittra mibgħuta lill-kumpanija li fiha l-Kummissjoni spjegat ir-raġunijiet dettaljati għall-applikazzjoni proposta tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji, hija qatt ma ddikjarat li ma setgħetx tivverifika l-informazzjoni dwar sussidji. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq din l-argumentazzjoni fil-konklużjonijiet definittivi tagħha peress li l-kumpanija ma kinitx ingħatat l-opportunità biex tikkummenta dwar dan l-argument.

(95)

Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Il-Kummissjoni fl-ittra kienet iddikjarat b'mod espliċitu li hija “ma tistax tikkonkludi li l-informazzjoni dwar il-livell ta' sussidji riċevuti mill-[kumpanija] ġiet verifikata”. Fi kwalunkwe każ, il-kumpanija ġiet infurmata kompletament dwar l-applikazzjoni tal-aqwa fatti disponibbli fid-dokument finali ta' informazzjoni u mogħtija l-opportunità biex tikkummenta dwar dan, u dan għamiltu wkoll.

(96)

It-tieni, il-produttur esportatur argumenta li anki li kieku l-Kummissjoni kellha tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji, il-Kummissjoni m'għandhiex tirreferi għad-dejta ta' kumpaniji oħra bħala l-bażi għad-determinazzjoni tal-livell ta' sussidju iżda pjuttost għandha tibbaża fuq is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati attwali tal-kumpanija peress li dan għadha l-informazzjoni “l-aktar xierqa” u “l-aktar adattata” dwar il-livell ta' sussidju tal-kumpanija.

(97)

Kif spjegat fil-premessi (83)-(88) hawn fuq, il-Kummissjoni għandha dubji serji dwar il-kredibilità ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji sottomessi u għalhekk ma tistax torbot fuqhom biex tivverifika li l-livell ta' sussidji għal skemi differenti/u/jew il-programmi ta' sussidju bħal self preferenzjali u drittijiet ta' użu tal-art b'remunerazzjoni inqas minn adegwata. Fil-fatt, dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati affidabbli huma kruċjali biex tiġi vverifikata l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta mod ieħor. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-aħjar fatti disponibbli biex jiġi ddeterminat il-livell ta' sussidju, li f'dan il-każ kienet l-informazzjoni vverifikata rilevanti dwar skemi ta' sussidju minn entitajiet oħra li kkooperaw. Għalhekk, din il-dikjarazzjoni mhix aċċettata

(98)

Il-kumpanija ddikjarat ukoll li l-Kummissjoni, b'mod żbaljat, applikat l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (“IAS”) bħala kriterju biex tirrifjuta s-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati. Skont il-kumpanija għandha ssir distinzjoni bejn ir-rwol tas-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati u r-rilevanza tal-IAS fil-valutazzjoni tat-trattament tal-ekonomija tas-suq fil-kuntest fi proċeduri antidumping, minn naħa, u ta' proċediment antisussidji, min-naħa l-oħra. Ksur tal-IAS ma jistax jikkostitwixxi raġuni biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji.

(99)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ksur ta' standards internazzjonali tal-kontabilità li ġie skopert matul l-investigazzjoni ma kienx per se raġuni għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji. Ir-raġuni kienet il-fatt li verżjonijiet differenti tas-sett dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati kienu pprovduti lill-Kummissjoni li tefa' dubji fuq il-kredibilità tagħhom u b'hekk wasslu lill-Kummissjoni għall-konklużjoni li informazzjoni oħra rigward il-livell ta' sussidju ma setgħetx tiġi vverifikata. Għalhekk, din il-dikjarazzjoni mhix aċċettata

(100)

Il-kumpanija affermat ukoll li l-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-marġni tas-sussidju li kien jikkonsisti f'li tittieħed l-ogħla rata kompensatorja għal kull skema kif misjub għal kull entità legali li kkooperat (u mhux kull grupp) ma kinetx ġustifikata. Il-kumpanija sostniet li din il-metodoloġija hija żbaljata peress li l-kumpaniji fi ħdan l-istess grupp jistgħu jiddeċiedu li jikkonċentraw is-sussidji f'entità waħda speċifika għall-benefiċċju tal-grupp kollu.

(101)

Kif spjegat fil-premessa (89), fil-kalkolu tal-livell ta' sussidjar fi ħdan il-grupp, il-Kummissjoni użat id-dejta attwali ta' żewġ kumpaniji oħra fi ħdan il-grupp li kienu kkooperaw fiż-żewġ investigazzjonijiet meta jiġi kkalkulat il-livell tas-sussidju għall-grupp kollu kemm hu. Il-fatti disponibbli kienu applikati biss għal entità legali waħda fi ħdan il-grupp li pprovdew informazzjoni qarrieqa. Sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' sussidju ta' entità legali fi ħdan il-grupp, il-Kummissjoni sabet li kien l-aktar xieraq li tibbaża l-kalkoli fl-istess livell fi ħdan l-istruttura korporattiva u tieħu l-ogħla livell ta' sussidjar misjub għal kwalunkwe waħda mill-entitajiet legali (fi ħdan il-grupp jekk applikabbli), li tkun proprjetà ta' kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji fil-kampjun. Għalhekk, din il-dikjarazzjoni mhix aċċettata

2.2.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament antisussidji bażiku għal banek tal-istat

(102)

Il-Kummissjoni ma rċevietx kooperazzjoni minn xi banek tal-Istat fir-RPĊ. Kienu mistiedna jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-finijiet tal-investigazzjoni antisussidji billi jimlew kwestjonarju. Għalhekk, il-Kummissjoni nnotifikat lill-gvern tar-RPĊ li kienet ser tikkunsidra jekk tibbażax is-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament antisussidji bażiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni marbuta mal-banek tal-istat.

(103)

Fit-tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni u sussegwentement wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-RPĊ oġġezzjona għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji safejn kella x'taqsam l-informazzjoni mitluba minn banek tal-Istat. Hi argumentat li ammont kbir ta' informazzjoni ġiet ipprovduta mill-Gvern tar-RPĊ f'din l-investigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li dik l-informazzjoni ma setgħetx tieħu post kompletament tweġiba mill-banek tal-istat għall-kwestjonarji speċifiċi. Il-gvern tar-RPĊ ma kkontestax il-fatt li l-banek tal-istat ma kinux issottomettew tweġiba għall-kwestjonarju, u lanqas li l-banek kienu tal-istat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kellha toqgħod fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar il-banek tal-istat.

3.   L-iskemi investigati

(104)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-gvern tar-RPĊ, li inkludew kwestjonarji maħsubin għall-banek tal-Istat, u l-produtturi esportaturi fil-kampjun, u fihom talbet informazzjoni fuq l-iskemi li allegatament involvew l-għoti ta' sussidji lill-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament. Ġew investigati l-iskemi li ġejjin:

(a)

Self skont il-politika preferenzjali, garanziji u assigurazzjonijiet lill-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament:

Self ta' politiki preferenzjali

Programmi ta' sussidju tal-kreditu għall-esportazzjoni

Garanziji u assigurazzjonijiet għall-esportazzjonijiet għal materjali ġodda

Benefiċċji mill-aċċess għal kumpaniji azzjonarji offshore u ripagamenti tas-self mill-gvern

(b)

Programmi ta' għotjiet:

Sussidji għall-iżvilupp ta' “marki popolari” u “marki miċ-Ċina rinomati madwar id-dinja”

Għotjiet mill-gvern ċentrali

Għotjiet mill-gvern subċentrali

Fondi għall-espansjoni 'l barra tal-industriji fil-Provinċja ta' Guandong

(c)

Il-forniment ta' riżorsi mill-gvern b'remunerazzjoni inqas minn adegwata (“LTAR”)

Forniment mill-gvern ta' enerġija,

Forniment mill-gvern tal-ilma

Forniment ta' materja prima mill-gvern

Forniment tal-art mill-gvern għal-LTAR

(d)

Programmi ta' tnaqqis u eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul u minn taxxi diretti oħrajn

Programm ta' “Tnejn b'Xejn, Tlieta bin-Nofs” għal Impriżi Investiti Barranin (“FIEs”)

Tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu għal FIEs orjentati lejn l-esportazzjoni

Benefiċċji fit-Taxxa fuq id-Dħul għal FIEs fuq il-bażi tal-post ġeografiku

Programmi lokali ta' tnaqqis u eżenzjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul għal FIEs “produttivi”

Tnaqqis tat-taxxa għal FIEs li jixtru tagħmir magħmul iċ-Ċina

Kumpens għat-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp mill-FIEs

Rifużjonijiet tat-taxxa għal investiment mill-ġdid tal-profitti tal-FIEs f'impriżi orjentati lejn l-esportazzjoni

Programmi ta' taxxa preferenzjali għal FIEs rikonoxxuti bħala Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata jew Ġdida

Tnaqqis ta' taxxa għall-Impriżi ta' Teknoloġija Ġdida involuti fi proġetti magħżula

Politika preferenzjali dwar it-Taxxa fuq id-Dħul għal impriżi fir-Reġjun tal-Grigal

Programmi tat-taxxa tal-provinċja ta' Guangdong

Eżenzjoni fuq id-dividendi bejn l-intrapriżi residenti ikkwalifikati

Rati mnaqqsin tat-taxxa għall-korporazzjonijiet

(e)

Programmi tat-taxxa indiretta u tat-tariffi tal-importazzjoni:

Eżenzjonijiet tal-VAT għall-użu ta' tagħmir importat

Roħsijiet tal-VAT fuq xirjiet mill-FIEs ta' tagħmir magħmul iċ-Ċina

Eżenzjonijiet mill-VAT u t-tariffi għal xirjiet ta' assi fissi skont il-programm tal-Fondi ta' Żvilupp tal-Kummerċ Barrani

4.   Self tal-politika, finanzjament ieħor, garanziji u assigurazzjoni preferenzjali

4.1.   Self preferenzjali

(a)   Introduzzjoni

(105)

Is-sejbiet marbutin ma' banek tal-Istat saru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament antisussidji bażiku kif spjegat fis-sezzjoni C.2.2.

(b)   Bażi ġuridika

(106)

Id-dispożizzjonijiet legali li ġejjin jipprovdu għal self preferenzjali fir-RPĊ: Il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali (“il-liġi dwar il-banek”) [2003], Ir-Regoli Ġenerali dwar is-Self promulgati mill-Bank Popolari taċ-Ċina (“PBOC”) fit-28 ta' Ġunju 1996 u d-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

Eżistenza ta' sussidju

(107)

Filwaqt li l-awtoritajiet Ċiniżi pprovdew biss informazzjoni limitata rigward l-azzjonisti/is-sjieda tal-banek fir-RPĊ, l-investigazzjoni stabbilixxiet, abbażi tal-fatti disponibbli, li s-suq finanzjarju Ċiniż huwa kkaratterizzat minn influwenza u kontroll sinifikanti min-naħa tal-gvern. Meta analizzat jekk il-banek għandhomx awtorità governattiva, humiex vestiti biha jew jeżerċitawhiex (jiġifieri jekk humiex korpi pubbliċi), il-Kummissjoni użat l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħha li ma kinitx tikkonċerna biss is-sjieda tal-gvern tal-banek iżda anki karatteristiċi oħrjn bħall-preżenza tal-gvern fil-bord tad-diretturi, l-influwenza tal-gvern u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-banek, is-segwitu ta' politiki jew l-interessi tal-gvern u jekk l-entitajiet tal-bank inħolqux bi statut.

(108)

Mill-informazzjoni disponibbli huwa konkluż li l-banek kompletament tal-istat b'bord tad-diretturi ddominati mill-gvern tar-RPĊ għandhom l-ikbar sehem mis-suq u huma l-atturi predominanti fis-suq finanzjarju Ċiniż. Il-banek tal-istat huma soġġetti għal regoli legali li, fost l-oħrajn, jesiġu li jwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali, jipprovdu appoġġ kredizju lil proġetti mħeġġin (19) jew jagħtu prijorità lill-iżvilupp ta' industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida (20).

(109)

Sinjal ieħor ta' involviment mill-Istat fis-suq finanzjarju Ċiniż huwa r-rwol tal-PBOC fl-istabbiliment ta' limiti speċifiċi fuq il-mod kif inhuma stabbiliti u kif jiċċaqilqu r-rati tal-imgħax (21). L-istituzzjonijiet finanzjarji jintalbu jipprovdu rati ta' self fi ħdan ċerta medda tar-rata ta' mgħax normattiva tas-self tal-PBOC. Għal self preferenzjali, ir-rati tal-imgħax ma jistgħux jiżdiedu. Il-limiti fuq ir-rati tal-imgħax għas-self flimkien mal-limiti massimi imposti fuq ir-rati tad-depożiti joħolqu sitwazzjoni li fiha l-banek għandhom aċċess iggarantit għal kapital orħos (minħabba r-regolament dwar ir-rati tad-depożiti) u jistgħu jisilfu lill-industriji magħżulin b'rati favorevoli skont il-politika tal-gvern li tordna lill-banek sabiex jaġixxu b'tali mod li jappoġġjaw b'mod partikolari lil ċerti industriji mħeġġin u/jew tat-teknoloġija avvanzata, bħall-industrija tal-filament tal-fibra tal-ħġieġ.

(110)

Il-Kummissjoni talbet kjarifiki mill-gvern tar-RPĊ fuq id-definizzjoni u t-test taċ-Ċirkulari 251 kif ukoll il-leġiżlazzjoni ta' qabel (Ċirkulari tal-PBOC dwar l-espansjoni tal-Medda ta' Ċaqliq tar-Rata tal-Imgħax tas-Self tal-Istituzzjoni Finanzjarja — YinFa [2003] Nru 250). Madankollu, kif spjegat fis-sezzjoni C.2.2 iktar 'il fuq, il-gvern tar-RPĊ ma pprovdiex dawn iċ-Ċirkulari. Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara li ċ-Ċirkulari 250 ġiet sostitwita miċ-Ċirkolari 251 u li r-rati minimi ta' għoti b'self tneħħew minn Lulju tal-2013 u għalhekk ma hemmx involviment mill-Istat fis-settur bankarju.

(111)

L-abolizzjoni ta' r-rati minimi ta' għoti b'self seħħew madankollu matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għaldaqstant, il-PBOC influwenzat l-iffissar tar-rati tal-imgħax mill-banek tal-Istat għall-parti l-kbira tal-perjodu tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma wriet l-ebda effett immedjat mit-tneħħija self riċevut mill-produtturi fil-kampjun. Xorta waħda l-minimu fuq ir-rati tal-imgħax li kien jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni mhuwiex l-uniku argument għaliex il-Kummissjoni tqis li l-banek tal-Istat huma korpi publiċi.

(112)

Is-sejbiet stabbiliti fl-investigazzjonijiet antisussidji rigward il-Pannelli Solari (22) u l-Ħġieġ Solari (23), fejn ġie stabbilit li banek tal-Istat fir-RPĊ jaġixxu bħala korpi pubbliċi (ara l-premessi (158) sa (168) tar-Regolament dwar il-pannelli solari u l-premessa (73) tar-Regolament dwar il-Ħġieġ Solari) huma wkoll fatti disponibbli f'din l-investigazzjoni fir-rigward ta' status ta' korp pubbliku ta' banek tal-Istat. Dawn il-fatti huma miġbura fil-qosor kif ġej.

Il-banek tal-Istat għandhom l-akbar sehem mis-suq u huma l-atturi predominanti fis-suq fir-RPĊ;

Fuq il-bażi ta' fatti disponibbli il-banek tal-Istat huma kkontrollati mill-gvern permezz ta' sjieda u kontroll amministrattiv tal-imġiba kummerċjali tagħhom inklużi l-limiti fuq ir-rati tal-imgħax li jistgħu joffru;

Il-liġi bankarja u l-liġijiet u r-Regolamenti oħra jeżiġu li l-banek isellfu skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali, jipprovdu appoġġ ta' kreditu biex jiskoraġġixxu l-proġetti, u jagħtu prijorità lil intrapriżi ta' teknoloġija għolja u ġdida.

(113)

Fuq il-bażi ta' dan t'hawn fuq, huwa konkluż li l-banek tal-istat iwettqu funzjonijiet governattivi f'isem il-gvern tar-RPĊ, jiġifieri l-promozzjoni obbligatorja ta' ċerti setturi tal-ekonomija b'konformità mad-dokumenti dwar il-politika u l-ippjanar tal-istat. Is-sjieda estensiva tal-gvern fil-banek tal-istat tikkonferma li l-banek huma kkontrollati mill-gvern fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom. Il-gvern tar-RPĊ għandu kontroll sinifikanti fuq il-banek tal-istat permezz tal-involviment omnipreżenti tal-gvern fis-settur finanzjarju u r-rekwiżit għall-banek tal-istat li jsegwu l-politiki tal-gvern. Għaldaqstant, il-banek tal-Istat jitqiesu li huma korpi pubbliċi għaliex għandhom awtorità governattiva, huma vestiti biha u jeżerċitawha.

(114)

Wara l-id-divulgazzjoni il-gvern tar-RPĊ ma qabilx ma' din il-konklużjoni filwaqt li stqarr li l-Kummissjoni ma kinitx esponiet ir-raġunijiet għalfejn hija qieset li l-banek tal-Istat kienu korpi pubbliċi. Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-fatti esposti f'dawn il-premessi jiġġustifikaw il-konklużjoni li banek tal-Istat huma korpi pubbliċi.

(115)

Filwaqt li l-biċċa l-kbira tas-self riċevut mill-produtturi esportaturi fil-kampjun huma pprovduti minn banek tal-Istat, l-investigazzjoni żvelat li ammont żgħir ta' self huwa pprovdut minn banek privati. Il-Kummissjoni għalhekk analizzat ukoll jekk il-banek privati fiċ-Ċina humiex fdati u/jew diretti mill-gvern tar-RPĊ sabiex jipprovdu self preferenzjali lill-produtturi tal-filament tal-fibra tal-ħġieġ, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku antisussidji.

(116)

L-Artikolu 34 tal-liġi dwar il-banek jistipula li anki banek privati huma ordnati “jwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u fl-ispirtu tal-politiki industrijali tal-istat” (24).

(117)

L-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi fil-kampjun tar-rati tal-imgħax applikati minn banek privati u tal-Istat ġeneralment kienu f'livelli simili ħafna. Dan jindika li banek tal-Istat, li huma l-atturi dominanti fis-suq bankarju u dak tas-self fir-RPĊ, jistabbilixxu livelli r-rati ta' imgħax u li l-banek privati sempliċiment isegwu r-rati stabbiliti mill-banek tal-Istat (korpi pubbliċi).

(118)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, huwa konkluż li l-banek privati ma jistabbilixxux ir-rati tagħhom b'mod indipendenti minn kull interferenza mill-Istat u li l-istrateġija ta' self tal-banek privati tiġi diretta mill-gvern tar-RPĊ.

(119)

Wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-RPĊ ma qabilx mal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-Artikolu 34 tal-liġi bankarja, fejn stqarr li “il-Kummissjoni qed tinterpreta t-tifsira tal-Artikolu 34 a li b'mod ċar mhux attribwibbli lilu”. Il-gvern tar-RPĊ ġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal artikoli oħra dwar il-Liġi Bankarja, jiġifieri l-Artikoli 4, 5 u 7, li għandhom jiżguraw li s-self isir mingħajr indħil u wara valutazzjoni ta' kreditu.

(120)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li jeżistu dawn l-Artikoli iżda tqis li dawn għandhom jinftehmu u jinqraw fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34. F'dan ir-rigward, ta' min ifakkar li la l-Gvern tar-RPĊ, u lanqas il-banek jew il-kumpaniji fil-kampjun kkonċernati ma kienu kapaċi juru li s-selfiet saru mingħajr interferenza jew b'valutazzjoni ta' kreditu xierqa. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni żvelat li wieħed mill-produtturi esportaturi kien qed iġarrab telf iżda xorta waħda rnexxielu jirċievu self minn banek b'rati ta' mgħax normali mingħajr ebda żieda fuq il-prezz minħabba r-riskju marbut mas-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tiegħu.

(121)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li banek privati huma inkarigati jew iggwidati mill-gvern sabiex jipprovdu finanzjament preferenzjali b'mod simili għal dak ipprovdut mill-banek tal-Istat u b'hekk, teżisti kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku antisussidji.

Speċifiċità

(122)

Fir-rigward tal-banek li pprovdew self lill-esportaturi produtturi li kkooperaw, il-maġġoranza tagħhom huma banek tal-istat u fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati mill-gvern tar-RPĊ. Dawn jinkludu l-banek kummerċjali u tal-politiki ewlenin fir-RPĊ bħaċ-China Development Bank, l-EXIM Bank, l-Agricultural Bank of China, il-Bank of China, iċ-China Construction Bank u l-Industrial and Commercial Bank of China.

(123)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-gvern tar-RPĊ jordna self preferenzjali lil numru limitat ta' industriji. Pereżempju, id-Deċiżjoni Nru 40 tistipula li l-gvern tar-RPĊ ser jappoġġja b'mod attiv l-iżvilupp ta' industriji tal-materjali ġodda u l-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament titqies bħala industrija tal-materjali ġodda. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha huma ordnati jagħtu appoġġ kredizju biss lil proġetti mħeġġin, il-kategorija li fiha jaqgħu l-proġetti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament. Din id-Deċiżjoni twiegħed ukoll l-implimentazzjoni ta' “politiki preferenzjali oħra dwar il-proġetti mħeġġa”.

(124)

Il-Gvern tar-RPĊ afferma li l-Kummissjoni bbażat ruħha inġustament fuq id-Deċiżjoni 40 billi l-prodott ikkonċernat mhuwiex ikklassifikat bħala industrija inkoraġġita. Barra minn hekk anke jekk wieħed jaċċetta li l-industrija hija inkoraġġita, il-Gvern iddikjara li d-dipendenza fuq id-Deċiżjoni Nru 40 ma tistax tiġi estiża lil industrija li mhijiex elenkata fid-Deċiżjoni Nru 9 (“il-Katalgu ta' Gwida għar-Ristrutturar Industrijali tal-2011”).

(125)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun jappartjenu għall-kategoriji ta' proġetti inkoraġġiti kif stabbilit hawn fuq (premessi (67) -(76)) kif ukoll għall-industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida. Barra minn hekk, bil-kontra ta' dak li allega l-gvern, il-fibra tal-ħġieġ spejali u l-prodotti tagħha kif ukoll fran għall-produzzjoni tal-ħġieġ-E huma espliċitament elenkati fil-Kapitolu XII Punt 6 tad-Deċiżjoni Nru 9 (25). Għalhekk id-dikjarazzjoni hija bla bażi.

Benefiċċju.

(126)

Jeżisti benefiċċju sal-punt li s-self tal-gvern, jew self minn korpi privati inkarigati jew diretti mill-gvern, jingħataw f'termini iktar favorevoli minn dawk li r-riċevitur jista' jikseb fis-suq.

Il-ħtieġa ta' bbażar fuq il-valur normattiv

(127)

Il-Kummissjoni ħadet impenn sabiex tivverifika l-valutazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu mwettqin mill-banek li taw self lill-produtturi esportaturi fil-kampjun tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Uħud mill-produtturi esportaturi kienu qed jagħmlu t-telf. Xorta waħda rnexxilhom jiksbu self mill-banek bir-rata normattiva mingħajr ebda żieda għar-riskju marbut mat-tgħarriq tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha raġuni għaliex tixħet dubju fuq jekk is-self lil kumpaniji tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kienx ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju diliġenti, u jekk ir-rata tal-imgħax ġietx stabbilita bħala riżultat tat-tali eżerċizzju.

(128)

Kif spjegat iktar 'il fuq, peress li s-self ipprovdut mill-banek Ċiniżi jirrifletti intervent sostanzjali mill-gvern fis-settur bankarju u ma jirriflettix rati li kienu jinstabu f'suq bankarju li jiffunzjona, inbena valur normattiv xieraq tas-suq billi ntuża l-metodu deskritt hawn taħt. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-gvern tar-RPĊ, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-fatti disponibbli sabiex tistabbilixxi rata ta' mgħax normattiva xierqa.

(129)

Meta jissawwar punt ta' riferiment xieraq għal self denominat f'RMB, jitqies raġonevoli li jiġu applikati r-rati tal-imgħax taċ-Ċina, aġġustati biex jirriflettu r-riskju normali tas-suq. Tabilħaqq, f'kuntest li fih l-istat finanzjarju attwali tal-esprotaturi ġie stabbilit f'suq ta' self bankarju b'distorsjonijiet u ma hemm ebda informazzjoni affidabbli mill-banek Ċiniżi fuq il-kejl tar-riskju u l-istabbiliment tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jitqies neċessarju li l-affidabbiltà kredizja tal-esportaturi Ċiniżi ma tiġix aċċettata hekk kif inhi, iżda għandha tiġi applikata żieda li tirrifletti l-impatt potenzjali tas-suq Ċiniż b'distorsjonijiet fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.

(130)

L-istess sitwazzjoni tapplika għas-self denominat f'muniti barranin. Il-bonds korporattivi klassifikati BB b'denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-PI intużaw bħala punt ta' riferiment.

(131)

Kif spjegat iktar 'il fuq, kemm il-gvern tar-RPĊ kif ukoll il-produtturi esportaturi li kkooperaw intalbu jipprovdu informazzjoni dwar il-politiki ta' self tal-banek Ċiniżi u l-mod li bih is-self ġie attribwit lill-produtturi esportaturi. Madankollu t-tali informazzjoni ma ġietx ipprovduta. Għaldaqstant, fid-dawl ta' dan in-nuqqas ta' kooperazzjoni u l-fatti kollha disponibbli, u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(6) tar-Regolament bażiku, jitqies xieraq li jiġi kkunsidrat li l-azjendi kollha fiċ-Ċina jingħataw l-ogħla grad ta' bonds “Mhux ta' livell ta' investiment” biss (BB skont Bloomberg) u li jiġi applikat il-primjum xieraq mistenni fuq il-bonds maħruġa mill-azjendi b'din il-klassifikazzjoni lir-rata ta' self standard tal-People's Bank of China.

(132)

Għalhekk biex tiġi kkalkulata r-rata tal-imgħax tal-istandard għal self lill-kumpaniji fil-kampjun matul il-PI, ġie kklakulat primjum ta' riskju billi tintuża d-differenza bejn ir-rati tal-imgħax fuq bonds maħruġa minn kumpaniji bi klassifikazzjoni BB u bonds maħruġa minn kumpaniji bi klassifikazzjoni AAA (li hija l-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq bonds maħruġa minn mir-RPĊ), kif irreġistrat minn Bloomberg. Dan il-primjum ta' riskju kien mbagħad miżjud mar-rati tas-self ippubblikati tal-PBOC għall-bonds ikklassifikati BB bil-kunsiderazzjoni taż-żmien tas-self.

(133)

Il-benefiċċju għall-produtturi esportaturi ġie mbagħad ikkalkulat bħala d-differenza bejn l-imgħax effettivament imħallas matul il-PI mill-kumpaniji u l-interess li kienu jitħallsu jekk ir-rata tal-interess ta' riferiment kienet applikata għas-self. Dan il-benefiċċju kien imbagħad espress bħala perċentwal tal-valur totali tal-bejgħ ta' kull produttur esportatur li kkoopera.

(134)

Wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-RPĊ afferma li l-Kummissjoni ma misshiex semmiet ebda parametru referenzjarju għall-kalkolu tal-benefiċċju peress li ddikjarat li s-self ingħata fuq termini tas-suq u għalhekk l-ebda benefiċċju ma ngħata.

(135)

Kif spjegat fil-premessi (127)-(130), is-suq għal self mill-banek fir-RPĊ huwa distort u għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-fatt li wieħed jirrikorri għal parametru referenzjarju huwa kompletament ġustifikat.

(136)

Barra minn hekk il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-għażla tal-Kummissjoni ta' dan il-parametru referenzjarju partikolari ma kienx motivat biżżejjed.

(137)

Il-Kummissjoni tqis li meta tistabilixxi parametru referenzjarju xieraq għas-self, jitqies raġonevoli li jiġu applikati r-rati tal-imgħax taċ-Ċina, aġġustati biex jirriflettu r-riskju normali tas-suq. F'kuntest fejn il-qagħda finanzjarja attwali tal-esportaturi tkun ġiet stabbilita f'suq mgħawweġ u ma jkun hemm l-ebda informazzjoni kredibbli mill-banek Ċiniżi dwar il-kejl tar-riskju u l-istabbiliment tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, huwa meqjus neċessarju li tiġi applikata żieda biex tirrifletti l-impatt potenzjali tas-suq mgħawweġ Ċiniż fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.

(d)   Konklużjoni

(138)

Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament fir-RPĊ ibbenefikat minn self preferenzjali matul il-PI, kemm mingħand il-banek tal-istat kif ukoll mingħand banek privati. Il-finanzjament tal-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament tikkostitwixxi sussidju skont it-tifsira tar-Regolament antisussidji bażiku peress li hemm

(a)

kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern kif stipulat fl-Artikolu 3(1)(a)(i),

(b)

inkarigu u ordni mill-gvern kif stipulat fl-Artikolu 3(1)(a)(iv), u

(c)

b'hekk jingħata benefiċċju kif meħtieġ mill-Artikolu 3(2).

(139)

Fid-dawl tal-eżistenza ta' kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju għall-produtturi esportaturi u speċifiċità, dan is-sussidju huwa kumpensatorju.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(140)

L-Artikolu 6(b) tar-Regolament antisussidji bażiku jistipula li l-benefiċċju fuq self preferenzjali għandu jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn l-ammont tal-imgħax imħallas u l-ammont li kien jitħallas għal self kummerċjali paragunabbli li l-kumpanija setgħet tikseb mis-suq. Kif stipulat, fin-nuqqas ta' kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju sinifikanti, il-Kummissjoni stabbilixxiet valur referenzjarju tas-suq għal self kummerċjali paragunabbli.

(141)

Il-benefiċċju ġie kkalkolat għall-PI bħala d-differenza bejn l-imgħax li fil-fatt tħallas matul il-PI, u l-imgħax li kien jitħallas bl-użu tal-valur referenzjarju.

(142)

Wieħed mill-produtturi esportaturi stqarr li l-Kummissjoni użat ħażin ir-rata tal-imgħax attwalment imħallsa mill-kumpanija għal self wieħed meta jiġi kkalkulat il-benefiċċju. Din id-dikjarazzjoni ġiet aċċettata u l-Kummissjoni rrevediet il-kalkolu. Il-kalkolu rivedut madankollu ma kellu l-ebda effett fuq il-marġini ta' sussidju misjub.

(143)

Il-marġnijiet tas-sussidju kkalkolati għall-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija huma kif ġej:

Self preferenzjali

Isem il-Kumpanija

Marġni ta' sussidju

Chongqing Polycomp International Corporation

6,3 %

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd (26)

2,6 %

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

7,4 %

4.2.   Skemi oħra ta' self preferenzjali

(144)

Matul il-PI, il-produtturi esportaturi fil-kampjun ma rċivew ebda kontribuzzjoni finanzjarja oħra mill-iskemi ta' self preferenzjali li fadal imsemmijin fis-sezzjoni C.3 iktar 'il fuq.

5.   Programmi ta' għotjiet

(145)

Il-kumpaniji fil-kampjun ma rċivew ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-programmi ta' “Marki Popolari”, “Marki Rinomati mad-Dinja miċ-Ċina” jew “Fondi għal Espansjoni 'l Barra tal-Industriji fil-Provinċja ta' Guangdong” matul il-PI.

5.1.   Programmi ta' għotjiet u għotjiet speċifiċi

(a)   Introduzzjoni

(146)

DaIl-kumpaniji fil-kampjun irċivew għotjiet ta' darba mingħand bosta awtoritajiet governattivi f'livelli differenti li rriżultaw fir-riċevuta ta' benefiċċju matul il-PI. Dawn l-għotjiet jitqiesu li jaqgħu taħt l-allegazzjonijiet ta' programmi ta' għotjiet fl-ilment peress li l-ilment allega li l-produtturi tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament irċivew għotjiet ta' darba mingħand korpi lokali u provinċjali tal-gvern u li dawn taw benefiċċju peress li l-flejjes ġew riċevuti mingħajr kunsiderazzjoni adegwata.

(147)

Il-Kummissjoni offriet konsultazzjonijiet mal-gvern tar-RPĊ dwar dawn l-għotjiet speċifiċi.

(148)

Il-gvern tar-RPĊ oppona l-konsultazzjonijiet u ddikjara li dawn ma kinux ikunu konformi mal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji (“ASCM”) peress li t-tali konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma bdiet l-investigazzjoni u għaliex inkella jkun qed jixħet piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet Ċiniżi sabiex jivverifikaw l-informazzjoni rigward kull skema waħda, waħda.

(149)

Ħafna mill-għotjiet kienu jikkonċernaw ammonti negliġibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni ma komplietx tinvestigahom iktar.

(150)

Madankollu, il-Kummissjoni investigat għotja partikolari relattivament kbira għall-fini ta' bini ta' dormitorji għall-impjegati tal-kumpaniji li ngħatat lil waħda minn dawn il-kumpaniji fil-kampjun u tqieset marbuta mal-allegazzjonijiet ta' programmi ta' għotjiet fl-ilment.

(b)   Konklużjoni

(151)

Il-karattru ad hoc tal-għotja msemmija iktar 'il fuq wera biċ-ċar li ma kinitx disponibbli għal kumpaniji oħrajn u għaldaqstant kienet speċifika kif stipulat fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament antisussidji bażiku. Fuq il-bażi tal-evidenza miġbura fir-rigward tar-riċevuta ta' din l-għotja u fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, il-Kummissjoni qieset li din l-għotja hija sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u (2) tar-Regolament antisussidji bażiku u għaldaqstant ingħata benefiċċju lill-produttur esportatur ikkonċernat.

(152)

Wara d-divulgazzjoni, il-kumpanija li tirċievi l-għotja iddikkjarat li l-għotjaingħatat lill-kumpanija għar-rinnovazzjoni ta' assi fissi, li huma amortizzati f' 50 sena. Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jkun allokat fuq perjodu ta' 50 sena u għandu jiġi kkunsidrat biss il-proporzjon 1/50 li jikkorrispondi mal-benefiċċju riċevut matul il-PI fil-kalkolu tal-marġni ta' sussidju.

(153)

Il-kumpanija ma pprovdietx provi li jiġġustifikaw perjodu ta' deprezzament ta' 50 sena għal investiment f'assi fissi, f'dan il-każ bini użat bħala dormitorju għall-persunal. Il-perjodu attwali ta' deprezzament tal-assi fissi ta' kumpanija huwa normalment ħafna iqsar u jikkorrispondi għal perjodu minn 10 sa 20 sena. Abbażi ta' dan il-benefiċċju mġarrab minn din l-għotja huwa negliġibbli u għalhekk ma għandhux jiġi kkumpensat.

6.   Programmi ta' tnaqqis u eżenzjoni tat-taxxa diretta

6.1.   Il-programm “tnejn b'xejn, tlieta bin-nofs” għal impriżi investiti barranin

(a)   Introduzzjoni

(154)

Il-programm “tnejn b'xejn, tlieta bin-nofs” jintitola lil impriżi investiti barranin (“FIEs”) sabiex ma jħallsu ebda taxxa korporattiva fuq id-dħul għall-ewwel sentejn, u jħallsu biss 12,5 % minflok 25 % għat-tliet snin ta' wara.

(b)   Bażi ġuridika

(155)

Il-bażi legali ta' dan il-programm huwa l-Artikolu 8 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal Impriżi b'Investiment Barrani u Impriżi Barranin (il-“Liġi dwar it-Taxxa għall-FIEs”) u l-Artikolu 72 tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina fuq l-Impriżi b'Investiment Barrani u Impriżi Barranin. Skont il-gvern tar-RPĊ, dan il-programm ġie tterminat skont l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul għall-Impriżi (“Liġi dwar l-EIT”) tal-2008 b'perjodu transitorju sa tmiem l-2012. Il-liġi għalhekk tagħmilha ċara li jkun hemm benefiċċju b'din l-iskema fis-sena fiskali 2012.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(156)

Din l-iskema ta' “tnejn b'xejn, tlieta bin-nofs” tat benefiċċji lill-kumpaniji matul is-sena fiskali tal-2012 u, wara din is-sena, skont il-gvern tar-RPĊ, l-iskema ġiet irtirata. Xorta waħda l-ebda mill-kumpaniji fil-kampjun ma hija impriża b'sidien barranin li kienet tkun eliġibbli għal din l-iskema tat-taxxa matul il-PI.

(d)   Konklużjoni

(157)

Il-kumpaniji fil-kampjun ma rċivew ebda kontribuzzjoni finanzjarja minn dan il-programm matul il-PI. Il-kumpaniji fil-kampjun ma rċivew ebda kontribuzzjoni finanzjarja minn dan il-programm matul il-PI.

6.2.   Intrapriżi ta' Teknoloġija Avvanzata u Ġdida.

(a)   Introduzzjoni

(158)

Dan il-programm jippermetti sabiex il-kumpaniji li jistgħu juru li jissodisfaw ċertu sett ta' kriterji jiġu rikonoxxuti bħala “Impriża tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida” bl-għan li jirċievu tnaqqis għal 15 % fit-taxxa korporattiva fuq id-dħul tagħhom, meta mqabbla mar-rata standard ta' 25 %.

(b)   Bażi ġuridika

(159)

Il-bażijiet legali ta' dan il-programm huma l-Artikolu 28(2) tal-Liġi tal-2008 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul għall-Impriżi (“il-Liġi dwar l-EIT”), flimkien mal-“Miżuri Amministrattivi għad-Determinazzjoni tal-Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida” (Guo Ke Fa Huo [2008] Nru 172); u l-Artikolu 93 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul għall-Impriżi, flimkien mal-Avviż tal-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-Ħlas tat-Taxxa fuq id-Dħul għall-Impriżi mill-Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (Guo Shui Han [2008] Nru 985).

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(160)

Din l-iskema tapplika għal Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida rikonoxxuti bħala tali mill-gvern tar-RPĊ. Biex ikunu eliġibbli għal din l-iskema, l-impriżi għandu jkollhom drittijiet tal-proprjetà intellettwali indipendenti ċentrali u jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin stipulati fil-bażi legali u miġburin fil-qosor kif ġej:

(a)

il-produzzjoni tagħhom hija inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni tal-prodotti fl-“Oqsma tat-Teknoloġija Avvanzata b'Appoġġ Importanti mill-Istat”;

(b)

l-ispejjeż totali tagħhom għar-R&Ż għandhom jammontaw għal 3-6 % tad-dħul totali tagħhom mill-bejgħ;

(c)

id-dħul tagħhom minn prodotti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida għandu jammonta għal iktar 60 % mid-dħul totali tagħhom mill-bejgħ;

(d)

il-persunal attiv fir-R&Ż għandu jammonta għal 10 % mill-persunal totali;

(e)

huma ssodisfati r-rekwiżiti l-oħrajn stabbiliti mil-“Liġi tal-2008 dwar il-Miżuri Amministrattivi għal Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida”.

(161)

Instab li uħud mill-produtturi esportaturi fil-kampjun kienu qed jużaw din l-iskema, u b'hekk kienu qed iħallsu taxxa korporattiva fuq id-dħul ta' 15 % biss minflok 25 %. Dawn il-kumpaniji kienu applikaw sabiex isiru Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida u rċivew notifika uffiċjali li kellhom jissodisfaw il-kriterji tal-iskema u għaldaqstant kienu jkunu intitolati li jimlew id-dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva tagħhom kif xieraq.

(d)   Konklużjoni

(162)

Il-Kummissjoni tqis li din l-iskema hija sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament antisussidji bażiku għaliex hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-gvern tar-RPĊ li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri jissarraf f'taxxa ffrankata.

(163)

Dan is-sussidju huwa speċifiku kif iddefinit fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament antisussidji bażiku peress li huwa limitat għall-impriżi li jirċievu ċ-ċertifikazzjoni tal-Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida u jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-miżuri amministrattivi tal-2008. Il-produtturi esportaturi kkonċernati fil-kampjun irċivew it-tali ċertifikazzjoni. La l-leġiżlazzjoni u lanqas l-awtorità awtorizzanti ma stabbilixxew xi kriterji oġġettivi għall-eliġibbiltà.

(164)

Wara d-divulgazzjoni il-Gvern tar-RPĊ kkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, billi sostna li l-kriterji ta' eliġibbiltà kienu oġġettivi u japplikaw bl-istess mod għall-kumpaniji kollha fir-RPĊ. Għalhekk dawn ma jissodisfawx il-kriterju tal-ispeċifiċità.

(165)

Il-Kummissjoni ma taċċettax din id-dikjarazzjoni. L-għtja hi disponibbli biss għal kumpaniji b'karatteristiċi speċifiċi (impriżi ta' Teknoloġija Avvanzata u Ġdida) u mhux għall-industriji kollha u għas-setturi kollha. Barra minn hekk, l-eliġibilità wkoll mhijiex awtomatika, iżda tiddependi mill-għoti ta' ċertifikat ta' Intrapriża ta' Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, li jinħareġ wara proċedura diskrezzjonali mill-awtorità kompetenti. Għalhekk l-iskema hija speċifika fin-natura.

(166)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra dan is-sussidju bħala kumpensabbli.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(167)

Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidju kumpensatorju bħala d-differenza bejn l-ammont ta' taxxa li normalment kellu jitħallas matul il-PI u l-ammont ta' taxxa fil-fatt imħallas matul il-PI mill-kumpaniji kkonċernati.

Intrapriżi ta' Teknoloġija Avvanzata u Ġdida.

Isem il-Kumpanija

Marġni ta' sussidju

Chongqing Polycomp International Corporation

0,0 %

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd (27)

1,3 %

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

0,8 %

6.3.   Tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul għal FIEs li jixtru tagħmir magħmul iċ-Ċina

(a)   Introduzzjoni

(168)

Dan il-programm jippermetti lil kumpanija sabiex titlob krediti tat-taxxa fuq ix-xiri ta' tagħmir domestiku jekk proġett ikun konsistenti mal-politiki industrijali tal-gvern tar-RPĊ. Kreditu tat-taxxa li jasal sa 40 % tal-prezz tax-xiri tat-tagħmir domestiku jista' japplika għaż-żieda inkrementali fl-obbligazzjoni tat-taxxa mis-sena ta' qabel.

(b)   Bażi ġuridika

(169)

Il-bażijiet legali ta' dan il-programm huma l-miżuri Provviżorji dwar il-kreditu tat-taxxa fuq id-dħul tal-impriżi għal investiment f'tagħmir prodott domestikament għal proġetti ta' rinnovazzjoni teknoloġika mill-1 ta' Lulju 1999 u l-Avviż tal-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa dwar it-Twaqqif tal-Implimentazzjoni tal-Politika ta' Eżenzjoni u Tnaqqis tat-Taxxa fuq id-Dħul għall-Impriżi tal-Investimenti ta' Impriża fix-Xiri ta' Tagħmir Magħmul Domestikament, Nru 52 [2008] tal-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(170)

Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara li dan il-programm ilu mitmum minn Jannar 2008 skont l-Avviż imsemmi Nru 52. Madankollu l-investigazzjoni sabet li waħda mill-kumpaniji fil-kampjun kienet ibbenefikat minn dan il-programm matul il-PI.

(d)   Konklużjoni

(171)

Dan il-programm jikkostitwixxi sussidju peress li jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-gvern tar-RPĊ skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dan il-programm jipprovdi benefiċċju lir-riċevituri għal ammont li jissarraf f'taxxa ffrankata skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku antisussidji. Dan is-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament bażiku antisussidji peress li t-taxxi ffrankati huma kontinġenti fuq l-użu ta' prodotti domestiċi u mhux importati.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(172)

Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidju kumpensatorju bħala d-differenza bejn l-ammont ta' taxxa li normalment kellu jitħallas matul il-PI u l-ammont ta' taxxa fil-fatt imħallas matul il-PI mill-kumpaniji kkonċernati.

(173)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' dan is-sussidju matul il-PI għal Jiangsu Changhai Group ammontat għal 0.2 %.

(174)

Wara d-divulgazzjoni, produttur esportatur wieħed stqarr li ma kienx eliġibbli għal xi kontribuzzjoni finanzjarja taħt l-iskema “Tnaqqis tat-taxxa tad-dħul għal FIEs li jixtru tagħmir magħmul iċ-Ċina” peress li mhuwiex kumpanija li taqa' taħt investiment barrani. Għalhekk il-Kummissjoni allokat bi żball benefiċċju taħt din l-iskema għalih abbażi tal-fatti disponibbli. Iddikjara wkoll li nstabu xi żbalji minuri fil-kalkoli. Iż-żewġ talbiet ġew aċċettati u l-kalkolu tal-marġini tas-sussidju ġew riveduti skont dan.

6.4.   Skemi ta' eżenzjoni u programmi ta' tnaqqis tat-taxxa diretta oħrajn

(175)

Il-kumpens tat-taxxa għar-R&Ż ġie investigat ukoll. Madankollu din il-miżura kienet tikkonċerna ammonti negliġibbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma komplietx tinvestigah iktar.

(176)

Matul il-PI, il-produtturi esportaturi fil-kampjun ma rċivew ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-programmi ta' eżenzjoni mit-taxxa li fadal imsemmijin fis-sezzjoni C.3 iktar 'il fuq.

7.   Programmi tat-Tariffi ta' Importazzjoni u t-Taxxa Indiretta

7.1.   Eżenzjonijiet mill-VAT u rifużjonijiet tat-tariffa ta' importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat

(a)   Introduzzjoni

(177)

Dan il-programm jipprovdi eżenzjoni mill-VAT u tariffi ta' importazzjoni favur FIEs jew impriżi domestiċi għal importazzjonijiet ta' tagħmir kapitali użat fil-produzzjoni tagħhom. Biex jibbenefikaw mill-eżenzjoni, it-tagħmir ma jistax ikun jaqa' taħt lista ta' tagħmir mhux eliġibbli u l-impriża li titlob l-eżenzjoni trid tikseb Ċertifikat ta' proġett Imħeġġeġ mill-Istat maħruġ mill-awtoritajiet Ċiniżi jew l-NDRC skont il-leġiżlazzjoni relevanti dwar l-investiment, it-taxxa u d-dwana.

(b)   Bażi ġuridika

(178)

Il-bażijiet legali ta' dan il-programm huma Ċirkulari tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aġġustament tal-Politiki Fiskali fuq Tagħmir Importat, Guo Fa Nru 37/1997, Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Doganali Ġenerali u l-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa dwar l-Aġġustament ta' Ċerti Politiki Preferenzjali ta' Dazju fuq l-Importazzjoni, it-Tħabbira tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Doganali Ġenerali u l-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa [2008] Nru 43, l-Avviż tal-NDRC dwar il-kwistjonijiet relevanti li jikkonċernaw l-Immaniġġjar tal-Ittra ta' konferma dwar Proġetti Domestiċi jew Iffinanzjati minn Barranin imħeġġin mill-Istat sabiex jiġu żviluppati, Nru 316 2006 tat-22 ta' Frar 2006 u l-Katalogu dwar il-Prodotti importati li ma jistgħux jiġu eżentati mid-dazju għall-FIEs jew l-impriżi domestiċi, 2008.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(179)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun ibbenefikaw minn din l-iskema.

(d)   Konklużjoni

(180)

Dan il-programm jitqies li jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-gvern tar-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) peress li FIEs u impriżi domestiċi eliġibbli oħrajn ma jħallsux VAT u/jew tariffi li kienu jkunu dovuti. Għaldaqstant, jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċeventi skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament antisussidji bażiku. Il-programm huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament antisussidji bażiku peress li l-leġiżlazzjoni li fuq il-bażi tagħha topera l-awtorità awtorizzanti tillimita l-aċċess tiegħu għal impriżi li jinvestu f'kategoriji kummerċjali speċifiċi ddefiniti b'mod eżawstiv mil-liġi u li jappartjenu jew għall-kategorija mħeġġa jew inkella għall-kategorija ristretta B fil-Katalogu għall-gwida tal-industriji għal investiment barrani u trasferiment tat-teknoloġija jew dawk li huma konformi mal-Katalogu tal-industriji, il-prodotti u t-teknoloġiji ewlenin li l-iżvilupp tagħhom huwa mħeġġeġ mill-Istat.

(181)

Wara d-divulgazzjoni il-Gvern tar-RPĊ kkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, billi sostna li l-kriterji ta' eliġibbiltà kienu oġġettivi u japplikaw bl-istess mod għall-kumpaniji kollha fir-RPĊ. Għalhekk dawn ma jissodisfawx il-kriterju tal-ispeċifiċità. Il-Gvern tar-RPĊ madankollu ma indika ebda dispożizzjoni partikolari fil-leġiżlazzjoni li tissostanzja l-opinjonijiet tiegħu u ma pprovda l-ebda evidenza konklużiva li l-eliġibbiltà hija awtomatika.

(182)

Il-Gvern tar-RPĊ, kif ukoll wieħed mill-produtturi esportaturi iddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni ma tistax tikkumpensa xi benefiċċji potenzjali tal-VAT li setgħu kienu waslu għand tliet kumpaniji fil-kampjun peress li l-eżenzjonijiet tal-VAT mogħtija fil-passat ma setgħux jibqgħu jintużaw b'effett mis-sena 2009. Għalhekk, anki jekk wieħed jassumi l-medja ta' perijodu ta' deprezzament minn 5 sa 10 snin għat-tagħmir importat in kwistjoni, l-allegat benefiċċju jew se jiskadi qabel l-impożizzjoni tal-miżuri jew aktarx ma jitkompliex matul il-ħames snin sħaħ tal-miżuri.

(183)

Il-Kummissjoni tinnota li l-perjodu ta' deprezzament ta' xi tagħmir importat huwa itwal minn 10 snin u jista' jdum għal 15 jew 20 sena f'xi każijiet. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma għandhiex tikkumpensa kwalunkwe benefiċċju li jasal minn xi xiri wara l-2009 ta' tagħmir importat. Barra minn hekk, il-gvern tar-RPĊ jirrikonoxxi li l-kumpaniji setgħu baqgħu jibbenefikaw mill-iskema “ftit wara” l-impożizzjoni tal-miżuri. Għalhekk dan l-argument ma ġiex aċċettat.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(184)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju huwa kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li eżista matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tal-VAT u d-dazji eżentati fuq it-tagħmir importat. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont kumpensatorju jkopri biss il-perjodu tal-IP, il-benefiċċju riċevut ġie ammortizzat tul il-ħajja tat-tagħmir skont il-proċeduri kontabilistiċi normali tal-produttur esportatur.

(185)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Eżenzjonijiet mill-VAT u rifużjonijiet tat-tariffa ta' importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Chongqing Polycomp International Corporation

0,5 %

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd (28)

0,1 %

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

0,5 %

7.2.   Programmi ta' tnaqqis u skemi ta' eżenzjoni oħrajn tat-taxxa indiretta

(186)

Ma ġiet riċevuta ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-produtturi esportaturi fil-kampjun mill-programmi li jifdal ta' eżenzjoni mit-taxxa indiretta msemmijin fis-sezzjoni C.3 iktar 'il fuq matul il-PI.

8.   Forniment mill-gvern ta' prodotti u servizzi għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

8.1.   Forniment tal-materja prima, forniment tal-elettriku, forniment tal-ilma

(187)

Ma nstab ebda sussidju marbut max-xiri ta' materja prima, l-ilma jew l-elettriku mill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-PI.

8.2.   Forniment ta' drittijiet ta' użu tal-art

(a)   Introduzzjoni

(188)

Il-kumpaniji mhumiex awtorizzati jixtru art direttament fir-RPĊ, iżda jixtru biss dritt ta' użu tal-art mingħand l-awtoritajiet lokali.

(b)   Bażi ġuridika

(189)

Il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Art tar-RPĊ tistipula li l-art kollha tappartjeni għan-nies, u ma tistax tinxtara jew tinbiegħ, iżda tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom id-drittijiet ta' użu tal-art jistgħu jinbiegħu lil negozji permezz ta' offerti, kwotazzjoni jew irkant.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(190)

Fil-prinċipju, sistema ta' rkant tippermetti lis-suq jiġġudika l-prezz ta' dritt ta' użu tal-art partikolari, u għaldaqstant, il-prezz jiġi stabbilit b'mod indipendenti. Madankollu, il-gvern tar-RPĊ iddikjara li xorta jistabbilixxi prezzijiet minimi għal kull grad ta' art (l-art hija ggradata minn 1 sa 15 fuq il-bażi tal-kwalità tal-ħabel art) u l-prezzijiet għad-dritt ta' użu tal-art ma jistgħux jinżlu iktar minn dan il-minimu.

(191)

Il-gvern tar-RPĊ jikkontrolla wkoll il-provvista tal-art, billi jillimita l-kwota taż-żona ta' art li għaliha jistgħu jinbiegħu d-drittijiet ta' użu tal-art għal skopijiet industrijali jew residenzjali, skont il-provinċja u skont is-sena.

(192)

Xorta waħda, għal kull xirja ta' dritt ta' użu tal-art mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Kummissjoni ma sabet ebda evidenza ta' proċess ta' rkant li jistabbilixxi b'mod indipendenti l-prezz tad-dritt ta' użu tal-art. Il-produttur esportatur mogħti l-art offra l-prezz tal-bidu u, peress li kien l-uniku offerent, ingħata d-dritt ta' użu tal-art. Wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-RPĊ stqarr li hu ma jaqbilx mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li ma hemmx suq funzjonanti għall-bejgħ ta' drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ. Madankollu ma pprovda l-ebda argument ġdid biex jappoġġja din il-fehma.

(193)

Is-sejbiet tal-investigazzjoni jikkonfermaw li s-sitwazzjoni rigward il-forniment u x-xiri tal-art fir-RPĊ mhijiex ċara u mhijiex trasparenti u l-prezzijiet spiss jiġu stabbiliti b'mod arbitrarju mill-awtoritajiet. L-awtoritajiet jistabbilixxu l-prezzijiet skont is-Sistema ta' Evalwazzjoni tal-Art Urbana li fost kriterji oħrajn tordnalhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-politika industrijali wkoll meta jistabbilixxu l-prezz tal-art industrijali (29).

(194)

Barra minn hekk, l-informazzjoni indipendenti disponibbli pubblikament tissuġġerixxi li l-art fir-RPĊ hija pprovduta b'rati inqas minn dawk normali tas-suq (30).

(195)

Għaldaqstant, fil-verità l-kumpaniji fil-kampjun ħallsu l-prezz stabbilit mill-gvern tar-RPĊ. Id-dritt ta' użu tal-art huwa pprovdut għal remunerazzjoni inqas minn adegwata meta mqabbel mal-valur referenzjarju tas-suq, li huwa stipulat fis-sezzjoni (e) iktar 'l isfel.

(196)

Is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-art fir-RPĊ hija diskussa wkoll fid-Dokument ta' Ħidma tal-FMI li jikkonferma li l-forniment tad-drittijiet ta' użu tal-art lil industriji Ċiniżi ma jirrispettax il-kundizzjonijiet tas-suq (31).

(d)   Konklużjoni

(197)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għoti ta' drittijiet ta' użu tal-art mill-gvern tar-RPĊ għandu jitqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament antisussidji bażiku fil-forma ta' forniment ta' prodotti li jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji. Peress li l-investigazzjoni ma sabitx l-eżistenza ta' suq funzjonanti għall-bejgħ ta' drittijiet ta' użu tal-art fir-RPĊ, l-użu ta' valur referenzjarju estern (ara s-sezzjoni (e) iktar 'l isfel) juri li l-ammont imħallas għad-drittijiet ta' użu tal-art mill-esportaturi fil-kampjun huwa inqas mir-rata tas-suq.

(198)

Is-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) u 4(2)(c) tar-Regolament antisussidji bażiku għaliex id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat tesiġi li l-awtoritajiet pubbliċi jiżguraw li l-art tiġi pprovduta lil industriji mħeġġin, li fosthom hemm dik tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kif spjegat fil-premessi (67) u (82). L-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Nru 40 jagħmilha ċara li l-industriji li huma “ristretti” mhuwiex ser ikollhom aċċess għal drittijiet ta' użu tal-art.

(e)   Kalkolu tal-marġni tas-sussidju

(199)

Il-benefiċċju huwa d-differenza bejn il-prezz imħallas għad-dritt ta' użu tal-art, u valur referenzjarju estern xieraq.

(200)

Il-Kummissjoni tqis it-Tajpej Ċiniż bħala valur referenzjarju estern xieraq għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

il-livell paragunabbli ta' żvilupp ekonomiku, il-PDG u l-istruttura ekonomika tat-Tajpej Ċiniż u tal-parti l-kbira mill-provinċji u l-ibliet fir-RPĊ fejn huma bbażati l-produtturi esportaturi fil-kampjun;

(b)

il-qrubija fiżika tar-RPĊ u t-Tajpej Ċiniż;

(c)

il-grad għoli ta' infrastruttura industrijali kemm fit-Tajpej Ċiniż kif ukoll f'ħafna provinċji tar-RPĊ;

(d)

ir-rabtiet ekonomiċi u l-kummerċ transfruntier b'saħħithom bejn it-Tajpej Ċiniż u r-RPĊ;

(e)

id-densità għolja ta' popolazzjoni f'ħafna mill-provinċji tar-RPĊ u fit-Tajpej Ċiniż;

(f)

ix-xebh bejn it-tip ta' art u t-tranżazzjonijiet użati għat-tiswir tal-valur referenzjarju relevanti fit-Tajpej Ċiniż ma' dawk tar-RPĊ; u

(g)

il-karatteristiċi demografiċi, lingwistiċi u kulturali komuni bejn it-Tajpej Ċiniż u r-RPĊ.

(201)

Wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-RPĊ ma qabilx mal-użu ta' Taipei fiċ-Ċina bħala valur referenzjarju u ddikjara li d-densità tal-popolazzjoni f'Taipei fiċ-Ċina hija ħafna drabi ogħla milli fir-RPĊ u allura s-sitwazzjoni tal-art u l-prezzijiet fiż-żewġ pajjiżi mhumiex komparabbli. Il-Kummissjoni tqis madankollu li għal ħafna raġunijiet spjegati fil-premessa ta' qabel il-punt referenzjarju ġie magħżul b'mod raġonevoli.

(202)

Barra minn hekk wara d-divulgazzjoni wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun issuġġerixxa li l-użu ta' Taipei fiċ-Ċina ma kienx adattat għall-kundizzjonijiet ekonomiċi fil-provinċja partikolari li fiha kien jinsab, iżda ma ssuġġerixxa l-ebda alternattiva oħra. Iddikjara wkoll li l-prossimità fiżika bejn ir-RPĊ u Taipei m'għandhiex titqies bħala kriterju validu li l-għażla ta' dan il-valur referenzjarju partikolari iżda naqas milli jissostanzja l-allegazzjoni tiegħu. Minħabba n-nuqqas ta' suġġerimenti għal valur referenzjarju alternattiv, l-użu tat-Tajpej Ċiniża ġie kkonfermat.

(203)

Filwaqt li jitqiesu dawn il-fatturi kollha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet tad-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ, jekk il-kondizzjonijiet tas-suq jipprevalu, għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, ikunu simili ħafna għal prezzijiet tal-art fit-Taipei Ċiniża.

(204)

Il-prezzijiet medji tal-art fit-Tajpej Ċiniża għall-2012 ittieħdu mill-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u ġew aġġustati lura għall-inflazzjoni u t-tkabbir tal-PDG biex jiġi ffissat prezz referenzjarju għall-art għal kull sena kalendarja. Billi d-drittijiet għall-użu tal-art huma validi għal 50 sena u deprezzati fuq din il-bażi, il-benefiċċju fil-PI ikun 1/50 tad-differenza bejn il-prezz referenzjarju u l-prezz attwalment imħallas.

(205)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita għall-forniment tal-art b'remunerazzjoni inqas minn adegwata hija kif ġej:

Forniment tal-art b'LTAR

Isem il-Kumpanija

Marġni ta' sussidju

Chongqing Polycomp International Corporation

2,9 %

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd (32)

1,6 %

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

1,6 %

9.   Konklużjoni dwar is-sussidjar

(206)

Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidju kumpensatorju skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament antisussidji bażiku għall-kumpaniji investigati skema, skema, u għoddot dawn il-figuri flimkien biex tikkalkola ammont totali tas-sussidju għal kull produttur esportatur għall-PI.

(207)

Biex tikkalkola l-marġnijiet tas-sussidju ġenerali ta' hawn taħt, il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkolat is-sussidjar f'perċentwal, li huwa l-ammont tas-sussidju fuq il-fatturat totali tal-kumpanija. Imbagħad, dan il-perċentwal intuża biex jiġi kkalkolat is-sussidju allokat għal esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI.

(208)

Imbagħad ġie kkalkolat l-ammont tas-sussidju għal kull tunnellata tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni matul il-PI, u l-marġnijiet ta' hawn taħt ġew ikkalkolati bħala perċentwal tal-valur tal-Ispejjeż, l-Assigurazzjoni u l-Merkanzija (“CIF”) tal-istess esportazzjonijiet għal kull tunnellata.

(209)

Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament antisussidji bażiku, il-marġni tas-sussidju totali għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-marġni totali medju ponderat tas-sussidju stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw bl-esklużjoni tal-Grupp li għalih jappartjeni l-produttur esportatur soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1).

Isem il-Kumpanija

Marġni ta' sussidju

Chongqing Polycomp International Corporation

9,7 %

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd (33)

5,8 %

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

10,3 %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

10,2 %

D.   DANNU

1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(210)

Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn tmien produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-'industrija tal-Unjoni' skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 9(1) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(211)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ġiet stabbilita għal bejn 530 000 u 580 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-figura fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni kif ipprovduta mill-APFE. Kif indikat fil-premessa (17), fil-kampjun intgħażlu l-impjanti ta' manifattura tat-tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 52 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

(212)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fl-ilment/talba għal rieżami fejn ġew ddivulgatilati l-indikaturi makroekonomiċi propji tal-ilmentaturi/applikanti, u l-fatt li huwa biss numru ferm limitat ta' produtturi tal-Unjoni ma kinux jagħmlu parti mill-ilmentaturi/applikanti, jidher xieraq li ma jiġux iddivulgati l-indikaturi makroekonomiċi aggregati propji marbutin mal-produtturi kollha tal-Unjoni peress li kwalunkwe parti interessata tkun tista' ssib il-figuri neqsin speċifiċi għall-kumpaniji ta' dawk li mhumiex l-ilmentaturi/applikanti.

(213)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ oġġezzjona għal trattament kunfidenzjali u l-provvista ta' firxiet għall-konsum totali tal-Unjoni kif ukoll għal dejta indikatriċi ta' ħsara makroekonomika oħra.

(214)

Wara t-talba biex tagħmel dan u meta ingħatat kawża ġusta, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tirrispetta d-dejta kunfidenzjali tal-produtturi li ma kinux dawk li għamlu l-ilment. Id-divulgazzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi preċiżi tippermetti l-identifikazzjoni tad-dejta kunfidenzjali ta' dawn il-produtturi u tista' tkun ta' ħsara għall-interessi tagħhom. Għaldaqstant, il-dikjarazzjoni mhux aċċettata.

2.   Konsum fl-Unjoni

(215)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi ta' (i) il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-APFE u (ii) l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' dejta estratta mill-Eurostat (COMEXT).

(216)

Il-konsum fl-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati metriċi)

 

2010

2011

2012

PI

Konsum totali tal-Unjoni

700 000 — 750 000

680 000 — 730 000

710 000 — 760 000

720 000 — 770 000

Indiċi (2010 = 100)

100

97

101

103

Sors: Dejta pprovduta minn APFE Eurostat (COMEXT)

(217)

Bejn l-2010 u l-PI, il-konsum fl-Unjoni żdied bi 3 %.

(218)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, utent wieħed saħaq li l-konsum tal-Unjoni naqas bi kważi 30 % fl-2009. F'dik il-perspettiva, isostni li żieda ta' 3 % mill-2010 mhijiex sinifikanti. Madankollu, il-Kummissjoni ma kinitx tikkwalifika din iż-żieda bħala sinifikanti iżda nnutat li l-konsum żdied matul il-perjodu kkunsidrat.

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji

(219)

L-analiżi ta' hawn taħt tkopri kemm l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji billi ssegwi l-istess produtturi fil-kampjun fir-RPĊ u l-istess perjodu tal-PI.

(220)

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi), sehem mis-suq

 

2009

2010

2011

2012

PI

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati)

98 916

152 514

109 172

125 781

130 958

Indiċi (2010 = 100)

65

100

72

82

86

Indiċi (2009 = 100)

100

154

110

127

132

Sehem mis-suq

13 % - 18 %

19 % - 24 %

13 % - 18 %

15 % - 20 %

15 % - 20 %

Indiċi (2010 = 100)

87

100

73

81

83

Indiċi (2009 = 100)

100

115

84

93

97

Sors: Eurostat (COMEXT)

(221)

Il-volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ naqas b'14 % tul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tagħhom bi 17 %. Madankollu, l-2010 mhijiex sena ta' referenza xierqa u x-xejriet tal-importazzjoni jiġu analizzati bi preċiżjoni ikbar meta titqies anki s-sena ta' qabel, l-2009, kif muri fit-tabella ta' hawn fuq. L-2010 kienet ikkaratterizzata minn ħżin sinifikanti mill-importaturi tal-Unjoni ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament miċ-Ċina qabel ma ġew imposti d-dazji provviżorji f'Settembru 2010. Tabilħaqq, l-investigazzjoni uriet li matul l-ewwel disa' xhur tal-2010 ġew importanti kwantitajiet ferm ikbar mis-soltu mir-RPĊ. L-importazzjonijiet mir-RPĊ ammontaw għal madwar 99 000 tunnellata fl-2009, filwaqt li fl-2010 saru iktar minn 152 000 tunnellata u mbagħad naqsu fl-2011 għal madwar 109 000 tunnellata. Ix-xejra turi żieda ċara fl-importazzjonijiet mill-2009 'il quddiem. Mill-2011 l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b'20 % f'termini ta' volum u dan wassal għal gwadann mill-ġdid ta' 2 punti perċentwali fis-sehem mis-suq.

(222)

Bosta partijiet tennew id-dikjarazzjonijet tagħhom li l-importazzjonijiet mir-RPĊ u s-sehem mis-suq tagħha naqsu bejn l-2010 u tmiem il-PI u li għalhekk ebda żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet ma ġiet issodisfata kif meħtieġ mill-Artikolu 3(2) tal-ADA u l-Artikolu 15(2) tal-ASCM. Barra minn hekk, huma jiddikjaraw li l-2009 mhijiex sena referenzjarja xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: i) ma hemm l-ebda bażi legali fir-Regolament bażiku tal-antidumping u antisussidji u l-Mexico-Steel Pipes and Tubes Panel iddeċieda li “awtorità ta' investigazzjoni hija prekluża milli tuża sottogruppi temporali fi żmien perjodu”, ii) ma hemm l-ebda evidenza għad-dikjarazzjoni li l-importazzjonijiet fl-2010 kienu riżultat ta' kumulazzjoni ta' stokk u iii) dejta tal-2009 ma ġietx ikkunsidrata għal kwalunkwe aspett ieħor tal-valutazzjoni tal-ħsara, li allura rrendiet il-valutazzjoni bħala mhux oġġettiva.

(223)

Fir-rigward tal-ewwel u tat-tielet dikjarazzjoni, ir-Regolament bażiku tal-antidumping u r-Regolament bażiku antisussidji, li huma l-liġi applikabbli, ma jidħlux fid-dettall dwar liema perijodu għandu jiġi kkunsidrat sabiex issir analiżi tax-xejriet. Għalhekk m'hemm l-ebda raġuni għalfejn is-sena 2009 ma tistax tiġi kkunsidrata sabiex jiġu analizzati x-xejriet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Dan ma jagħmilx l-analiżi mhux oġġettiva, għall-kuntrarju, hija tikkompleta ulterjorment l-analiżi li saret rigward tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Huwa biss fir-rigward tal-indikaturi speċifiċi tal-ħsara relatati mal-importazzjonijiet Ċiniżi, li tqieset is-sena 2009 flimkien mal-perjodu kkunsidrat kif spjegat hawn fuq fil-premessa (219). Għal indikaturi oħra ta' ħsara, ma kien hemm l-ebda raġuni oġġettiva għaliex mhux kull sena tal-perjodu kkunsidrat tkun tista' tiġi kkunsidrata kompletament.

(224)

Rigward it-tieni dikjarazzjoni, l-effett tal-istokkjar huwa muri b'mod ċar ħafna fid-dejta tal-importazzjoni ta' kull xahar miksuba mid-database kif stabbilit skont l-Artikolu 14. 6 tar-Regolament bażiku antidumping (ara l-Grafika 1 hawn taħt) (34). Qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdiedu b'mod qawwi fit-tieni u t-tielet kwart tal-2010 (għal konsum qabel tmiem 2010/bidu tal-2011 minħabba l-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa limitata). Din ma tikkorrispondix ma' żieda simili fil-konsum, li tindika li dawn l-importazzjonijiet saru bl-iskop li jsir l-istokk fl-antiċipazzjoni ta' miżuri li għandhom jiġu imposti. Il-Gvern tar-RPĊ ma pprovda ebda spjegazzjoni oħra għal din iż-żieda u għaldaqstant il-Kummissjoni tista' raġonevolment tqis li l-akkumulazzjoni saret qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji fi tmiem l-2010. Dan jidher ukoll mill-fatt li l-livell tal-importazzjonijiet tar-RPĊ fil-perjodu bejn miżuri provviżorji u definittivi (ir-raba' trimestru tal-2010 u l-ewwel trimestru tal-2011) kien baxx ħafna. Meta l-miżuri tnaqqsu fl-istadju definittiv (f'Marzu 2011), il-livelli tal-importazzjoni ta' kull xahar reġgħu żdiedu għal livell stabbli.

Grafika 1

importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ (Kwantità ta' kull xahar)

Image

Sors: Bażi ta' dejta tal-Artikolu 14(6)

3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji

(225)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (għajr id-dazji antidumping fis-seħħ) żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjonijiet

 

2010

2011

2012

PI

Prezz medju CIF (EUR/tunnellata)

911

877

892

834

Indiċi (2010 = 100)

100

96

98

92

Sors: Eurostat (COMEXT)

(226)

Il-prezzijiet CIF tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (għajr dazji antidumping fis-seħħ) evolvew minn 911-il EUR/tunnellata għal 834 EUR/tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. Dan jirrappreżenta tnaqqis ta' 8 % tul il-perjodu kkunsidrat.

(227)

Il-gvern tar-RPĊ u utent iddikjaraw li tqabbil tal-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet fin-nuqqas ta' analiżi tat-taħlita ta' prodotti kien qarrieqi. Il-gvern tar-RPĊ kompla jiddikjara li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kienet tikkonsisti fl-irħas tip ta' prodott, jiġifieri ftietel.

(228)

Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni, it-taħlita ta' prodotti ttieħdet f'kunsiderazzjoni fl-analiżi hekk kif il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet ta' bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi ma' dawk tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għal kull tip ta' prodott. Fl-investigazzjoni oriġinali ntuża l-istess approċċ.

(229)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ talab il-prezzijiet ta' importazzjoni Ċiniżi għal kull tip ta' prodott f'tabella 3, peress li d-dejta għal kull tip ta' prodott kienet użata għat-twaqqigħ fil-prezz u l-kalkoli tal-marġini tal-ħsara.

(230)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi mit-tabella 3 jintuża biex juri t-tendenza matul il-perjodu kkunsidrat. Għal dan l-għan li jintwerew ix-xejriet, l-użu tal-prezzijiet medji huwa xieraq. Għad-determinazzjoni tat-twaqqigħ fil-prezz u l-kalkoli tal-marġini tal-ħsara, ġiet użata d-dejta għal kull tip ta' prodott.

(231)

Sabiex jiġi stabbilit it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitlubin lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi fil-kampjun lill-ewwel konsumatur indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, bl-aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali, id-dazji antidumping u l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni. It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip, tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell tan-negozju. Ir-riżultat tal-paragun ingħata bħala perċentwal tal-prezz medju ponderat mill-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Għal esportatur kbir miċ-Ċina li jesporta lejn l-Unjoni, dan wera marġni ta' twaqqigħ ta' 2 % minkejja l-miżuri tal-antidumping (u d-dazji doganali) attwali li żiedu mal-prezz tal-importazzjonijiet. Il-maġġoranza l-kbira tal-importazzjonijiet oħra saru b'livelli ta' prezz komparabbli mal-prezzijiet tal-Unjoni.

(232)

Wara l-id-divulgazzjoni definittiva definittiv, wieħed mill-produtturi esportaturi ddikjara li kien hemm xi nuqqas ta' preċiżjoni bil-valuri CIF ta' 3 PCN's.

(233)

Id-dikjarazzjoni ġiet ikkoreġuta u l-Kummissjoni aġġustat il-valuri CIF rispettivi li wasslu għal bidla żgħira fil-prezz u l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz għal dan il-produttur esportatur (ara l-premessa (440)).

(234)

Bosta partijiet iddikjaraw li ma kien hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezz sinjifikanti matul il-PI. Huma stqarru li l-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz ta' 2 % għal esportatur uniku hu kważi wieħed de minimis u ma jistax jitqies bħala sinjifikanti. Barra minn hekk, jirreferu għal prassi tal-Kummissjoni fejn twaqqigħ tal-prezz limitat jew twaqqigħ tal-prezz ta' 6 % kienu meqjusa bħala bla effett fuq il-livell ġenerali tal-prezzijiet fl-Unjoni minħabba l-volum limitat ta' esportazzjonijiet.

(235)

Minkejja tad-dazji attwali ta' anti-dumping, xorta għad hemm twaqqigħ tal-prezz. Ir-referenza għal il-prattika tal-Kummissjoni hija qarrieqa. Fil-każ tal-'karbonat dens tas-sodju' (35), it-twaqqigħ tal-prezz ta' 6 % kien meqjus bħala wieħedx li prattikament ma kellu l-ebda effett fuq livelli ġenerali ta' prezzijiet minħabba l-volum limitat tal-importazzjonijiet ikkombinati ma' sehem mis-suq ta' 1,4 % min-naħa tal-pajjiż esportatur. B'paragun, is-sehem mis-suq tar-RPĊ waqt il-PI kien bejn 15 % u 20 %. Il-każ ta' “Ċerti sistemi ta' qari ottiku bil-lażer” (36) irrefera għal t-twaqqigħ tal-prezz limitat tal-importazzjonijiet ikkonċernati fid-dawl ta' (i) żieda kbira fil-konsum tal-Unjoni (129 %) u (ii) in-natura tal-prodott konċernat, prodott mhux omoġenju b'varjetà kbira ta' karatteristiċi u differenzi tekniċi u soġġett għal żvilupp teknoloġiku rapidu. Fl-investigazzjonijiet kurrenti, is-suq tal-prodott ikkonċernat huwa ta' natura totalment differenti u b'hekk il-kobor tat-twaqqigħ tal-prezz għandu jitqies f'dak il-kuntest partikolari tas-suq. Il-prodott ikkonċernat huwa t-tisħiħ omoġenju tal-prodott f'suq li huwa pjuttost stabbli. Dan is-suq huwa iktar sensittiv għal differenzi fil-prezzijiet u anke differenza iżgħar tal-prezz jista' jkollha impatt kbir fuq is-suq. Il-fatt li ma kienx hemm twaqqigħ kbir, għalhekk, ma jbiddilx il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. Għall-kuntrarju, dan l-element kien kompletament ikkunsidrat fil-kuntest tal-evalwazzjoni. Fi kwalunkwe każ, kull każ jiġi vvalutat fuq il-merti tiegħu stess u l-istampa tal-ħsara hi magħmula minn ħafna indikaturi u l-ebda wieħed minnhom ma jista' jkun ta' importanza deċiżiva.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(236)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku antisussidji, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom impatt fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(237)

Kif intqal fil-premessi (17) sa (25), il-kampjunar intuża għas-sejbien tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(238)

Għas-sejbien tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn indikaturi tad-dannu makroekonomiku u mikroekonomiku. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta pprovduta fl-ilment u fit-talba ta' rieżami kif ukoll f'sottomissjonijiet u ċċekkjati fejn possibbli ma' statistiki sussegwenti. Id-dejta marbuta mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Instab li ż-żewġ settijiet ta' dejta huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(239)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: produzzjoni, kapaċità produttiva, użu tal-kapaċità, volum ta' bejgħ, sehem mis-suq, tkabbir, impjiegi, produttività, daqs tal-marġnijiet ta' dumping u sussidju, u rkupru minn dumping jew sussidju fl-imgħoddi.

(240)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: prezzijiet ta' unità medji, kost ta' unità, kostijiet lavorattivi, inventarji, profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti, u ħila ta' żieda tal-kapital.

5.   Indikaturi makroekonomiċi

5.1.   Produzzjoni, kapaċità produttiva u użu tal-kapaċità

(241)

Varjazzjoni fil-produzzjoni annwali hija komuni lill-industrija tal-Unjoni peress li l-fran iridu jerġgħu jinbnew kull 7 sa 10 snin, u dan joħoq volum ta' produzzjoni ikbar fis-sena ta' qabel biex jinbena l-istokk, u volum ta' produzzjoni inqas fis-sena meta l-forn ma jkunx qed jaħdem sakemm jerġa' jinbena. Kull meta forn ma jkunx qed jaħdem sabiex jerġa' jinbena, il-kapaċità produttiva ta' dik is-sena partikolari ser tkun inqas ukoll.

(242)

Filwaqt li ġew ikkunsidrati dawn ir-raġunijiet leġittimi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 4

Produzzjoni, kapaċità produttiva u użu tal-kapaċità

 

2010

2011

2012

PI

Volum ta' produzzjoni (f'tunnellati)

560 000 — 610 000

580 000 — 630 000

510 000 — 560 000

530 000 — 580 000

Indiċi

100

103

92

95

Kapaċità ta' produzzjoni (f'tunnellati)

670 000 — 720 000

680 000 — 730 000

650 000 — 700 000

640 000 — 690 000

Indiċi

100

101

97

96

Utilizzazzjoni ta' kapaċità

84 %

86 %

81 %

84 %

Indiċi

100

102

95

99

Sors: Dejta pprovduta minn APFE

(243)

Fil-kuntest ta' konsum fl-Unjoni li kien qed jikber (bi 3 %), il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili naqset bejn l-2010 u l-PI b'5 %. Il-kapaċità produttiva naqset ukoll bejn l-2010 u l-IP, b'madwar 4 %. L-użu tal-kapaċità baqa' kemxejn stabbli tul il-perjodu kkunsidrat bl-eċċezzjoni ta' tnaqqis fl-2012.

(244)

Bejn l-2011 u l-2012 setgħu jiġu osservati tnaqqis ta' 11-il punt perċentwali fil-produzzjoni u tnaqqis ta' 4 punti perċentwali fil-kapaċità produttiva. Dan kien ir-riżultat ta' ristrutturar tal-industrija tal-Unjoni u l-għeluq ta' wħud mill-impjanti tagħha. Il-produttur tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament Ahlstrom waqqaf il-produzzjoni fi tmiem l-2011 u l-impjant ta' Owens Corning Vado Ligure fl-Italja għalaq fl-2012 peress li ma rnexxilhomx jirkupraw mill-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni temmen li wara r-ristrutturar u ladarba jerġgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi, din tista' tibqa' industrija vijabbli, u dan jispjega għaliex l-industrija tal-Unjoni għadha tinvesti fil-bini mill-ġdid tal-fran eżistenti.

(245)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ afferma li l-Kummissjoni rreferiet għal medda tal-ħajja iqsar mill-medja ta' fran u li għalhekk hemm ineffiċjenzi sostanzjali fl-investimenti u/jew l-użu tal-fran tal-produtturi tal-Unjoni.

(246)

Intwera li d-deċiżjonijiet ta' bini mill-ġdid tal-fran mill-industrija tal-Unjoni kienu meħuda fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet ta' produzzjoni u ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-medda tal-ħajja tal-forn kif applikat mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, ma kinitx il-prattika tajba fis-settur u b'konformità mar-rekwiżiti ta' it-taħlita tal-prodott.

(247)

Bosta partijiet iddikjaraw li għandu jiġi kkunsidrat perjodu itwal mill-2010 sal-IP partikolarment minħabba l-ispejjez tal-bini mill-ġdid tal-forn li jaffettwaw lill-indikaturi ekonomiċi kollha kemm dawk makro kif ukoll mikro. Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara li l-ebda dejta jew informazzjoni ma ngħatat dwar is-snin li fihom il-produtturi tal-Unjoni impenjaw ruħhom biex jibnu l-fran mill-ġdid.

(248)

Il-bini mill-ġdid tal-fran hu inerenti għall-industrija u rikorrenti. Dawn huma essenzjali biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operazzjonijiet u biex tinżamm il-kapaċità. L-investimenti tar-R&Ż li saru huma marbuta direttament mal-kapaċità operattiva u biex wieħed ikun f'pożizzjoni li jiżviluppa prodotti magħmula apposta għall-bżonnijiet tal-konsumatur. Għalhekk, dawn l-investimenti mhumiex eċċezzjonali għall-perijodu kkunsidrat. Ikun xi jkun il-perjodu kkunsidrat, dejjem se jkun hemm effetti ta' tiswijiet jew bini ġdid tal-fran fuq il-volum tal-produzzjoni. Informazzjoni speċifika għall-kumpaniji meta jkunu wettqu xi bini mill-ġdid hija kkunsidrata bħala kunfidenzjali.

(249)

Utent wieħed iddikkjara wkoll li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tevita kwalunkwe effett ta' ħsara (ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati) peress li l-użu tal-kapaċità baqa' pjuttost stabbli matul il-perjodu mill-2010 sa tmiem il-PI.

(250)

Il-produzzjoni tal-prodott simili huwa proċess kontinwu li ma jistax jiġi addattat għal ċaqliq f'terminu qasir fid-domanda. L-utilizzazzjoni tal-kapaċità pjuttost stabbli għandha tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ntlaqatx.

5.2.   Volum ta' bejgħ u sehem mis-suq

(251)

Il-volumi tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kif ukoll il-volumi ta' bejgħ fis-suq ristrett fuq is-suq tal-Unjoni u l-ishma tas-suq rispettivi żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 5

Volum ta' bejgħ u sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

PI

Volum ta' bejgħ tas-suq ħieles fis-suq tal-Unjoni (f'tunnellati)

420 000 — 470 000

390 000 — 440 000

400 000 — 450 000

420 000 — 470 000

Indiċi

100

94

96

99

Is-sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles

58 % - 63 %

56 % - 61 %

55 % - 60 %

56 % - 61 %

Indiċi

100

96

95

97

Volum ta' bejgħ tas-suq magħluq fis-suq tal-Unjoni (f'tunnellati)

20 000 — 70 000

30 000 — 80 000

30 000 — 80 000

30 000 — 80 000

Indiċi

100

114

123

121

Is-sehem mis-suq tal-bejgħ tas-suq magħluq

4 % - 9 %

5 % - 10 %

5 % - 10 %

5 % - 10 %

Indiċi

100

117

122

118

Sors: Dejta pprovduta minn APFE

(252)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum ta' bejgħ tas-suq ħieles mill-industrija tal-Unjoni ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament (jiġifieri lil konsumaturi mhux relatati) naqas ftit b'1 % tul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, fil-kuntest ta' żieda fil-konsum fl-Unjoni bi 3 %, dan irriżulta fi tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 58 % – 63 % fl-2010 għal 56 % – 61 % matul il-PI. Il-volum ta' bejgħ inqas fl-2011 huwa konsegwenza tal-effett ta' ħżin tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2010, li ddaħħlu fis-suq b'mod gradwali fl-2011.

(253)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kapaċità ta' bejgħ tas-suq ristrett tal-industrija tal-Unjoni rrappreżenta bejn 11 % u 14 % tal-bejgħ totali (suq ħieles u risrett) tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Il-bejgħ tas-suq ristrett kellu xejra ta' żieda bejnl-2010 u l-2012, u mbgħagħad isir stabbli fil-PI. Iż-żieda tal-bejgħ fis-suq ristrett bejn l-2010 u l-2011 hi limitata meta wieħed iħares lejha f'ċifri assoluti.

5.3.   Impjiegi u produttività

(254)

L-impjiegi u l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

L-impjiegi u l-produttività

 

2010

2011

2012

PI

Numru ta' impjegati

3 450 — 3 950

3 350 — 3 850

3 200 — 3 700

3 000 — 3 500

Indiċi

100

97

95

89

Produttività (unità/impjegat)

153

163

150

164

Indiċi

100

106

98

107

Sors: Dejta pprovduta minn APFE

(255)

Il-livell ta' impjiegi tal-produtturi tal-Unjoni juri li l-industrija tal-Unjoni ppruvat tirrazzjonalizza l-produzzjoni tul il-perjodu kkunsidrat bl-għan li tnaqqas l-ispejjeż tal-manifattura. Tabilħaqq, tul il-perjodu kkunsidrat, in-numru ta' impjegati naqas bi 11 %.

(256)

L-effett ikkombinat ta' bidla fl-għadd ta' impjegati u l-volum tal-produzzjoni matul l-istess perjodu kkunsidrat, rriżultaw f'żieda fil-produttività tal-ħaddiema tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, ta' 7 % bejn l-2010 u l-PI.

5.4.   Tkabbir

(257)

Kif stipulat fil-premessa (217) iktar 'il fuq, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 3 % tul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba l-ħafna applikazzjonijiet tal-prodott simili, l-industrija tal-Unjoni u l-utenti jistennew li din ix-xejra tat-tkabbir ser tkompli għaddejja fil-futur qarib.

5.5.   Daqs tal-marġni ta' dumping u sussidju u rkupru mid-dumping u s-sussidju fl-imgħoddi

(258)

L-industrija tal-Unjoni baqgħet iġġarrab dannu minħabba l-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping mir-RPĊ sal-2011 meta ddaħħlu d-dazji fis-seħħ. Id-dazji fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet mir-RPĊ tfasslu sabiex jipprovdu kundizzjonijiet ekwi li bihom l-industrija tal-Unjoni setgħet tikkompeti b'mod ġust ma' dawn l-importazzjonijiet u tirkupra mid-dannu mġarrab.

(259)

Madankollu, dan ma seħħx. L-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf mill-ġdid u baqgħet titlef is-sehem mis-suq, anki jekk żdied il-konsum fl-Unjoni. L-importazzjonijiet mir-RPĊ baqgħu jidħlu bi prezzijiet baxxi ħafna u ggwadanjaw sehem mis-suq. Fil-perjodu tal-investigazzjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien 3 punti perċentwali ogħla mil-livell qabel l-impożizzjoni tad-dazji (37). L-industrija tal-Unjoni rristrutturat u għalqet uħud mill-impjanti tagħha (ara l-premessa (244) iktar 'il fuq). Jidher ċar li l-irkupru mid-dumping fl-imgħoddi ma seħħx.

(260)

Minħabba d-daqs tal-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ, u wara li tqiesu l-marġnijiet eżistenti tad-dumping (9,6 % u 29,7 %) (38), l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jista' jitqies li huwa sinifikanti.

(261)

Peress li din hija l-ewwel investigazzjoni antisussidji rigward il-prodott ikkonċernat, l-irkupru mis-sussidju tal-imgħoddi mhuwiex ikkonċernat fil-valutazzjoni.

6.   Indikaturi mikroekonomiċi

6.1.   Prezzijiet

(262)

Il-prezzijiet ta' unità medji ponderati tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles kif ukoll dak nagħluq fl-Unjoni

 

2010

2011

2012

PI

Prezz medju ta' bejgħ mill-fabbrika ta' unità fis-suq ħieles fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

1 061

1 144

1 070

1 035

Indiċi (2010 = 100)

100

108

101

98

Prezz medju ta' bejgħ mill-fabbrika ta' unità fis-suq magħluq fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

1 006

1 031

1 027

989

Indiċi (2010 = 100)

100

103

102

98

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(263)

Il-prezzijiet ta' bejgħ ta' unità fis-suq ħieles naqsu bi 2 % tul il-perjodu kkunsidrat. Peress li d-dazji provviżorji daħlu fis-seħħ f'Settembru 2010, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-prezzijiet tagħha fl-2011. Madankollu, mill-2011 il-prezzijiet ta' bejgħ ta' unità naqsu b'10 %.

(264)

Dwar il-prezzijiet tal-bejgħ ta' unità fis-suq ristrett (jiġifieri l-prezzijiet ta' trasferiment), dawn segwew l-istess tendenza bħall-prezzijiet tal-bejgħ ta' unità fis-suq ħieles fejn l-industrija tal-Unjoni żiedet il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fis-suq ristrett fl-2011 fejn wara dawk il-prezzijiet tal-bejgħ ta' unità naqsu b' 4 %.

6.2.   Kost medju ta' produzzjoni ta' unità

(265)

Il-kost tal-produzzjoni ta' unità żviluppa kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Il-kost tal-produzzjoni ta' unità

 

2010

2011

2012

PI

Spiża għal kull unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellati)

964

990

1 032

976

Indiċi (2010 = 100)

100

103

107

101

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(266)

Il-kost medju tal-produzzjoni ta' unità żdied bejn l-2010 u l-2012. Wara l-2012, il-kost medju tal-produzzjoni ta' unità naqas mill-ġdid kważi sal-livell tal-2010. Il-quċċata milħuqa fl-2012 hija attribwita għal sitwazzjoni partikolari fl-investimenti ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Matul il-perjodu kollu kkunsidrat, l-ispiża medja ta' unità tal-produzzjoni żdiedet b' 1 % biss.

(267)

Diversi utenti sostnew li s-sitwazzjoni ta' kumpanija partikolari ma tistax tiġġustifika konklużjonijiet ġenerali. Il-konklużjoni rigward il-kost tal-produzzjoni ta' unità kienet li huwa pjuttost stabbli. Il-quċċata tal-2012 ma tbddilx il-konklużjonijiet ġenerali.

(268)

Il-kost tal-produzzjoni ta' unità huwa bbażat fuq il-volumi ġenerali ta' produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-prezz ta' bejgħ ta' unità fit-Tabella 7 huwa bbażat fuq il-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati. B'hekk, iż-żewġ indikaturi għandhom bażi differenti u mhumiex direttament paragunabbli.

(269)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCLA sostniet li huwa essenzjali għall-Kummissjoni li tipprovdi biżżejjed dejta kumparabbli biex tivvaluta jekk il-varjazzjoni fl-ispejjeż tal-produzzjoni tistax tispjega t-tnaqqis żgħir fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni.

(270)

Dawn iż-żewġ indikaturi għandhom bażi differenti u billi ċ-ċifri assoluti ma jistgħux jitqabblu direttament, it-tendenzi jistgħu.

6.3.   Kostijiet lavorattivi

(271)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2010

2011

2012

PI

Pagi medji għal kull impjegat (EUR)

40 518

41 590

42 310

42 917

Indiċi (2010 = 100)

100

103

104

106

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(272)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat kellhom xejra ta' żieda gradwali (+ 6 %) matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien konformi mal-indiċi tal-kost lavorattiv fil-pajjiżi fejn jinsabu l-produtturi tal-kampjun (39).

6.4.   Inventarji

(273)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2010

2011

2012

PI

Stokkijiet tal-għeluq (f'tunnellati)

18 539

46 585

50 198

52 805

Indiċi (2010 = 100)

100

251

271

285

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(274)

L-istokk tal-għeluq l-ewwel żdied b'mod sinifikanti fl-2011 u mbagħad kompla jiżdied tul il-perjodu kkunsidrat.

(275)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-varjazzjonijiet fl-istokk irrapportati fid-dejta pprovduta mill-APFE jixħtu dawl fuq bejgħ mhux irrapportat u ma kinux jindikaw dannu meta mqabblin mal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(276)

Id-dikjarazzjoni għandha tiġi injorata. Il-Kummissjoni għamlet l-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi bħal-livelli ta' stokk fuq il-bażi tad-dejta propja pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma sabet ebda bejgħ mhux irrapportat.

(277)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, utent wieħed allega li l-2010 mhix referenza adatta billi l-livelli tal-ħażniet tal-istokkijiet kienu żgħar ħafna meta mqabbla mal-perjodu 2006 sa Ottubru 2009 (il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali ta' antidumping).

(278)

Id-dikjarazzjoni mhijiex aċċettata peress li entitajiet li ttieħdu bħala kampjun fl-investigazzjonijiet kurrenti huma differenti mill-kampjun fl-investigazzjoni preċedenti u għalhekk id-dejta mhix kumparabbli. Il-Kummissjoni llimitat l-eżami tagħha għall-perijodu kkunsidrat, b'mod partikolari fir-rigward tad-dejta mikroekonomika, u ma għandhiex dejta fil-pussess tagħha rigward il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu qabel il-perjodu kkunsidrat. Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara li l-livelli tal-istokkijiet fl-2011 huma wkoll ogħla minħabba tnaqqis ta' 3 % fil-konsum tal-Unjoni dik is-sena. Madankollu, dan l-element ma jkollux effett fuq ix-xejra matul il-perjodu kkunsidrat.

6.5.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u ħila ta' żieda tal-kapital

(279)

Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2010

2011

2012

PI

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% mill-fatturat tal-bejgħ)

3 %

2 %

– 6 %

– 4 %

Indiċi (2010 = 100)

100

66

– 200

– 134

Fluss tal-flus (EUR)

32 847 910

10 978 839

– 1 297 704

14 660 203

Indiċi (2010 = 100)

100

33

– 4

45

Investimenti (EUR)

7 729 022

9 721 478

30 738 820

32 511 238

Indiċi (2010 = 100)

100

126

398

421

Redditu fuq l-investimenti

2 %

2 %

– 4 %

– 3 %

Indiċi (2010 = 100)

100

69

– 184

– 137

Sors: Id-dejta tal-produtturi tal-unjoni inklużi fil-kampjun

(280)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi tat il-profitt qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun naqset b'mod konsiderevoli minn 3 % għal – 4 %.

(281)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-ħila tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus naqas b'mod sinifikanti tul il-perjodu kkunsidrat (– 55 %).

(282)

Il-livell ta' investimenti li saru mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun segwa xejra li tiżdied tul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda kienet ikbar fl-2012 u l-IP. L-ispejjeż għoljin tal-investimenti kienu marbutin ma' bini mill-ġdid tal-fran. F'din l-industrija intensiva fl-użu tal-kapital, il-fran iridu jerġgħu jinbnew kull 7 sa 10 snin u l-ispejjeż marbutin mal-bini mill-ġdid ta' forn jistgħu jammontaw għal EUR 8 miljun — EUR 13-il miljun (medda mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità). L-investimenti jinkludu wkoll spejjeż sostanzjali tal-investiment strutturali marbutin mal-konsum tal-liga mill-boxxliet u l-bini mill-ġdid rikorrenti tagħhom.

(283)

Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment segwa xejra negattiva ċara fil-profittabilità. It-tgħarriq tar-redditu fuq l-investiment huwa indikazzjoni ċara tat-tgħarriq tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(284)

Is-sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa msemmija hawn fuq seħħet minkejja ż-żieda fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat kif deskritt fil-premessa (217) iktar 'il fuq, u l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex tirrazzjonalizza l-ispejjeż ta' produzzjoni, kif deskritt fil-premessi (244) iktar 'il fuq u (337) iktar 'l isfel.

(285)

L-investigazzjonijiet ma kixfu ebda diffikultà serja affaċċjata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fiż-żieda ta' kapital.

(286)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet innutaw li l-livelli ta' investiment kienu għoljin għall-perjodi 2012 u l-PI, u li dawn l-ispejjeż għoljin tal-investimenti setgħu kienu r-raġuni għaliex l-industrija tal-Unjoni ma kinitx qed tagħmel profitt matul il-PI. Il-gvern tar-RPĊ iddikjara wkoll li t-tnaqqis fil-profittabilità hu marbut direttament maż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni li rriżulta mill-bini mill-ġdid tal-ifran.

(287)

L-ewwel, EUR 32 miljun ta' investimenti matul il-PI mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 in parti jirfes fuq it-EUR 30 miljun fis-sena 2012. It-tieni, l-investimenti li saru f'dawn il-perjodi kienu essenzjali biex il-fran jinbnew mill-ġdid u huma rikorrenti għan-negozju u meqjusa li kienu qed isiru matul il-kors normali tan-negozju kif stipulat fil-premessi (241) — (250). It-tielet, il-livell ta' investimenti kellu impatt fuq ir-riżultati tal-industrija tal-Unjoni minħabba li kien qed jiġġenera spejjeż addizzjonali. Madankollu, l-effetti prinċipali tal-investimenti huma riflessi fil-karta tal-bilanċ u mhux fid-dikjarazzjoni tal-Profitt u t-Telf, li turi l-ispejjeż standard rikorrenti tad-deprezzament, u għalhekk ma jistgħux jispjegaw fihom nfushom is-sitwazzjoni ta' operat b'telf. Dwar l-affermazzjoni tal-Gvern tar-RPĊ, il-bini mill-ġdid tal-ifran huma ppjanati b'attenzjoni minn qabel. Il-kontinwità tal-provvista lill-konsumaturi hija żgurata billi jinbnew stokkijiet ta' bafer. Fl-aħħar, l-impatt ta' dawn l-investimenti fuq l-ispejjeż u r-riżultati tal-kumpanija huma mifruxa fuq bosta snin.

(288)

Barra minn hekk, bosta partijiet argumentaw li (i) l-ispejjeż kapitali akbar huma riflessi f'inqas dħul mill-investiment għas-snin 2012 u l-PI (minħabba li xi investimenti ma wasslux għal redditi immedjati) u (ii) ma tagħmilx sens li tieħu ritratt ta' sentejn mgħobbija żżejjed b'investimenti kbar u tikkonkludi li l-industrija tal-Unjoni marret lura fuq dik il-bażi.

(289)

L-investimenti fil-fran mhumiex eċċezzjonali għall-perijodu kkunsidrat. L-investigazzjoni żvelat li sa mill-2004, l-investimenti tal-fran ilhom isiru kważi kull sena mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, ikun xi jkun il-perjodu kkunsidrat, dejjem se jkun hemm effetti ta' tiswijiet jew bini ġdid tal-fran fuq il-volum tal-produzzjoni u r-redditu fuq l-investiment. Id-deterjorazzjoni tal-profitabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun indikat li huma ma setgħux jitolbu prezzijiet għall-prodott simili li jippermettu investimenti essenzjali għall-kontinwità tan-negozju.

(290)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li industrija l-ewwel tuża l-kontanti disponibbli qabel ma tuża fondi misselfa u li għalhekk hu normali li l-fluss tal-flus iddeterjora meta l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun investew bil-kbir fl-2012 u l-PI. Barra minn hekk, huma ddikjaraw li industrija li tkun qed tagħmel it-telf ma setgħetx investiet daqs il-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

(291)

L-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament hija negozju globali b'mekkaniżmi ta' finanzjament li jestendu lil hinn mir-responsabbiltà finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Is-sitwazzjonijiet ta' investiment mhux neċessarjament għandhom impatt fuq il-fluss ta' flus. Għalhekk dawn it-tabiet huma riġettati.

7.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(292)

Is-sejbiet tal-investigazzjoni jikkonfermaw li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kif iddefinit mill-Artikolu 3(5) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 8(4) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(293)

L-impożizzjoni ta' miżuri tal-antidumping ippermettiet lill-industrija tal-Unjoni sabiex iżżid il-prezzijiet tagħha fl-2011. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni għamlet sforzi biex iżżid l-effiċjenza u l-produttività. Għad li l-konsum fl-Unjoni qabad jiżdied, l-industrija tal-Unjoni ma kellha ebda għażla ħlief li tnaqqas il-prezzijiet ta' bejgħ ta' unità tagħha mill-ġdid mill-2012 sabiex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha.

(294)

L-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz, ara l-premessa (231), u x-xejra li qed tonqos tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, ara l-premessa (263), turi b'mod ċar li l-produtturi tal-Unjoni ppruvaw jikkompetu bil-prezz mal-importazzjonijiet Ċiniżi u għalqu d-diskrepanza fil-prezzijiet. Madankollu, dan wassal għal tgħarriq qawwi tar-riżultati finanzjarji tal-produtturi tal-Unjoni, bl-industrija tal-Unjoni li ilha tirrapporta telf mill-2012. Din is-sitwazzjoni mhijiex sostenibbli fit-terminu qasir u medju.

(295)

Hemm ukoll indikaturi oħrajn żviluppaw b'mod negattiv, anki wara l-impożizzjoni ta' miżuri kontra r-RPĊ, bħall-produzzjoni, il-kapaċità produttiva, l-impjiegi, l-inventarji u l-fluss tal-flus.

(296)

Is-sejbiet taż-żewġ investigazzjonijiet jikkonfermaw ukoll li ċ-ċirkustanzi mibdulin li ġġustifikaw il-bidu tar-rieżami interim parzjali tal-antidumping, jiġifieri r-ristritturar u l-għeluq ta' uħud mill-impjanti fl-Unjoni kif spjegat fil-premessa (244) iktar 'il fuq, huma ta' għamla sostanzjali u dejjiema. Wara l-għeluq ta' impjant, l-impjant jiżżarma kompletament. Barra minn hekk, il-bini ta' forn ġdid jieħu ħafna kapital u żmien u ma jistax isir fuq medda qasira ta' żmien. Għaldaqstant ma għandux jiġi sottovalutat iż-żmien u l-ispejjeż biex jinfetaħ impjant ġdid bi fran. Għalhekk, ir-ristrutturar u l-għeluq ta' uħud mill-impjanti jista' jitqies li huwa ta' għamla sostanzjali u dejjiema.

(297)

Bosta partijiet iddikjaraw li kien hemm sinjali ċari ta' nuqqas ta' dannu. Id-dikjarazzjonijiet huma indirizzati fil-premessi li ġejjin.

(298)

Is-CCCLA ddikjarat li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni, 3B Fibreglass, inxtrat fl-2012 mill-grupp Binani u li l-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni kellha tkun tajba għax l-ebda operatur ekonomiku razzjonali ma kien jinvesti f'industrija li ma tkunx qed tirnexxi. Jikkwotaw ukoll ir-Rapport annwali tal-2013 ta' Braj Binani li “l-prestazzjoni ġenerali taż-2 unitajiet tal-manifattura fil-Belġju u n-Norveġja titqies tajba”. Barra minn hekk, is-CCCLA iddikjarat ukoll li l-fatturat taż-żewġ produtturi tal-Unjoni żdied bejn l-2010 u l-PI u li, għaldaqstant, jidher ċar li l-industrija tal-Unjoni ma hija qed iġġarrab ebda dannu.

(299)

L-Indian Binani Group tabilħaqq akkwista lil 3B Fibreglass fl-2012. Madankollu, kienu x'kienu l-motivazzjonijiet kummerċjali individwali tal-Binani Group, il-Kummissjoni tirreferi għas-sejbiet tal-investigazzjoni tagħha li l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq u profittabilità. Il-kwotazzjoni għandha titqiegħed f'kuntest u meta tinqara sħiħa tgħid hekk: “Il-prestazzjoni globali taż-żewġ (2) unitajiet ta' manifattura fil-Belġju u n-Norveġja hi meqjusa bħala tajba u l-kapaċità kient parzjalment kostretta li tlaħħaq mad-domanda tas-suq. It-tisħiħ tal-produzzjoni biex tilħaql-effiċjenzi normali sar tajjeb. Madankollu r-realizzazzjoni medja kienet pjuttost baxxa minħabba l-importazzjonijiet irħas mill-Asja.”

(300)

Id-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni mhijiex qed iġġarrab dannu għaliex żewġ produtturi tal-Unjoni żiedu l-fatturat bejn l-2010 u l-PI hija qarrieqa u żbaljata. Is-CCCLA bbażat lilha nfisha għal din l-analiżi fuq il-fatturat mogħti f'kg. Madankollu, il-ġbid ta' konklużjonijiet wara qari tal-kwantitajiet ta' bejgħ superjuri biss mhuwiex preċiż peress li ma jiħux f'kunsiderazzjoni l-livell tal-prezz ta' dak il-bejgħ u, għaldaqstant, l-impatt fuq il-profittabilità tal-kumpanija.

(301)

Il-gvern tar-RPĊ ddikjara li peress li hemm membri tal-APFE li qegħdin jinvestu f'żidiet fil-kapaċità fl-Unjoni u barra minnha (eż. ir-RPĊ, ir-Russja, l-Indja u t-Tuneżija), dan huwa sinjal ċar ta' nuqqas ta' dannu.

(302)

Din l-investigazzjoni tad-dannu hija marbuta mal-prestazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Kif deher fit-tabella 4 iktar 'il fuq, l-industrija tal-Unjoni kellha żieda żgħira ta' 1 % fil-kapaċità fl-2011 u mbagħad wara l-kapaċità naqset b'5 punti perċentwali lejn tmiem il-PI.Għaladqstant, ma hemm ebda żieda fil-kapaċità fl-Unjoni. Madankollu, peress li ħafna mill-produtturi tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament huma kumpaniji multinazzjonali, mhijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn li dawn il-kumpaniji jinvestu barra l-Unjoni fejn hemm opportunità kummerċjali. L-investiment f'kapaċità żejda barra l-Unjoni jsir biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-swieq emerġenti u bil-prospettiva li jsir profitt. It-twaqqif ta' impjanti f'dawn ir-reġjuni jagħmel sens ukoll fil-kuntest ta' qrubija għal dawk il-konsumaturi. Madankollu, id-deċiżjoni kummerċjali ta' wieħed jiftaħx impjant barra l-Unjoni hija kompletament separata mill-fatt li l-produtturi tal-Unjoni qed iġarrbu dannu. Allegazzjonijiet simili fuq investimenti kbar li sar mill-industrija tal-Unjoni huma indirizzati fis-sezzjoni dwar id-dannu awtoinflitt iktar 'il quddiem.

(303)

Bosta partijiet iddikjaraw li hemm nuqqas ta' dannu peress li ċerti produtturi tal-Unjoni ħabbru li l-prezzijiet tal-prodott simili tagħhom ser jiżdiedu minn Jannar 2014 sabiex jikkumpensaw għaż-żieda ssoktata fl-ispejjeż marbutin mal-materja prima, l-enerġija u t-trasport.

(304)

L-ewwel nett, il-livelli tal-prezzijiet tal-2014 huma marbutin ma' avvenimenti li seħħew wara l-PI. It-tieni, tul l-aħħar snin l-industrija tal-Unjoni kienet qed tassorbi l-parti l-kbira tat-tali żidiet fil-prezz permezz ta' żidiet fil-produttività. Madankollu, jasal punt li fih isir ferm iktar diffiċli li jiġu implimentati żidiet ulterjuri fil-produttività fit-terminu qasir. Peress li fil-PI l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel it-telf u l-assorbiment ta' dawn iż-żidiet fil-prezzijiet ma baqax possibbli, f'ċertu punt isir inevitabbli li t-tali żidiet jingħaddu lill-konsumaturi, f'liema każ jeżisti r-riskju li jkompli jintilef iktar sehem mis-suq. Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet ġew ma ġewx aċċettati.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(305)

Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 8(7) tar-Regolament antisussidji bażiku, ġie mistħarreġ jekk l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ ikkaġunawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni tant li tista' tiġi kklassifikata bħala materjali.

(306)

Minbarra importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping, ġew analizzati wkoll fatturi magħrufin li fl-istess ħin setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li d-dannu possibbli kkaġunat minn dawn il-fatturi l-oħrajn ma ġiex attrbiwit lill-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidju.

1.1.   L-effett tal-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u sussidju

(307)

L-investigazzjonijiet urew li, minkejja l-miżuri tal-antidumping fis-seħħ, l-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ żdiedu f'termini ta' volum (32 %) matul il-perjodu kkunsidrat meta l-2009 ittieħdet bħala sena ta' referenza. Dan irriżulta f'żieda fis-sehem mis-suq tar-RPĊ minn 13 % – 18 % fl-2009 għal 15 % – 20 % sa tmiem il-PI.

(308)

Fl-istess ħin, u minkejja ż-żieda fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni rat is-sehem mis-suq tagħha jonqos bi tliet punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

(309)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidju naqsu bi 8 % bejn l-2010 u l-PI u kienu inqas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

(310)

L-industrija tal-Unjoni kienet għadha tagħmel profitt matul l-2010 u l-2011 u bdiet tagħmel it-telf wara, u dan jaħbat bl-eżatt maż-żieda fl-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ. Anki wara li naqqset il-prezz tal-bejgħ tagħha, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha. Dan it-tnaqqis fil-prezz sar a skapitu tal-profittabilità, u dan wassal għal sitwazzjoni ta' telf.

(311)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ flimkien maż-żieda fil-volum, kellhom impatt negattiv konsiderevoli fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni u għaldaqstant kellhom rwol deċiżiv fid-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(312)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet argumentaw li hemm nuqqas ta' analiżi li turi li l-importazzjonijiet Ċiniżi ikkawżaw id-dipressjoni tal-prezzijiet mill-industrija tal-Unjoni u l-ħsara mġarrba u li l-Kummissjoni sempliċiment tistrieħ fuq il-koinċidenza fiż-żmien fl-analiżi tagħha. Dawn il-partijiet jirreferu għar-rapport tal-bord China X-Ray Equipment: “Il-Bord jirrikonixxi li korrelazzjoni ġenerali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u ħsara lill-industrija domestika jistgħu jappoġġjaw sejba ta' kawżalità. Madankollu, tali analiżi ta' koinċidenza mhix dispożittiv tal-kawżalità in kwistjoni; Il-kawżalità u l-korrelazzjoni huma żewġ kunċetti distinti. Fiċ-ċirkustanzi ta' dan il-każ, […], il-kawżalità in kwistjoni ma tiġix riżolta permezz ta' tali kostatazzjoni ġenerali ta' koinċidenza”  (40).

(313)

Madankollu, il-konklużjonijiet huma bbażati fuq analiżi ta' lista estensiva ta' indikaturi. Kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsima D, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u importazzjonijiet sussidjati kien jinkludi evalwazzjoni tal-fatti ekonomiċi rilevanti kollha u l-indiċi li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. Ħafna indikaturi ġibdu l-attenzjoni lejn sitwazzjoni ta' ħsara. F'sitwazzjoni bħal din l-unika raġuni għall-industrija tal-Unjoni biex tbaxxi l-prezzijiet hija biex iżżomm is-sehem mis-suq, jew għall-inqas ma titlifx aktar sehem mis-suq, meta tiffaċċja kompetizzjoni fuq il-prezz. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-prezzijiet tagħha fl-2011, iżda fis-snin ta' wara kellha tbaxxi l-prezzijiet tagħha billi l-ispiża tal-produzzjoni ma naqsitx. Kif spjegat aktar fil-premessi (320) — (335) hawn taħt, l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu saru bi prezzijiet għolja matul il-perijodu kollu kkunsidrat, u s-sehem mis-suq ta' pajjiż trerz baqa' pjuttost stabbli u saħansitra niżel sa mill-2011. Għalhekk l-industrija tal-Unjoni ma baxxietx il-prezzijiet tagħha minħabba l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, iżda minħabba r-rata baxxa ta' importazzjonijiet iddampjati u sussidjati mir-RPĊ. Sa mill-2011, kienu biss l-importazzjonijiet mir-RPĊ li żdiedu b'mod sinifikanti, kienu biss l-importazzjonijiet mir-RPĊ ħadu sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni, u kienu biss il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ li naqsu. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dipressjoni tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-ħsara li sofriet kienu ikkawżati miż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati mir-RPĊ. Fatturi oħra li jistgħu jiksru din ir-rabta kawżali huma analizzati hawn taħt.

(314)

Is-CCCLA u l-gvern tar-RPĊ iddikjaraw li hemm nuqqas ta' dipressjoni fil-prezz jew trażżin tal-prezz bħala “it-tnaqqis tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni mhuwiex sinifikanti peress li laħaq biss quċċata ta' 2 % matul il-perjodu kkunsidrat”. Diversi partijiet sostnew ukoll li t-tnaqqis ta' 1 % fil-bejgħ tal-Unjoni, żieda ta' 2 % fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u tnaqqis ta' 3 % fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ma jiġġustifikawx il-miżuri drastiċi proposti.

(315)

Il-Kummissjoni ttenni kif imsemmi hawn fuq li wara d-dazji proviżorji ta' Settembru tal-2010, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha fl-2011. Madankollu, mill-2011 il-prezzijiet ta' bejgħ ta' unità naqsu b'10 %. Għalhekk, huwa ċar li hemm tnaqqis sinjifikanti fil-prezzijiet tal-bejgħ. Għalkemm hemm miżuri anti-dumping fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni kompliet issofri minn tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, tal-prezz u sehem mis-suq, billi fl-istess ħin li l-importazzjonijiet Ċiniżi żiedu l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħhom sa livell kunsiderevolement ogħla minn dak il-perjodu tal-investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Normalment, ladarba jiġu imposti l-miżuri, l-industrija tal-Unjoni hija mistennija li tirkupra mill-effetti tad-dumping jew tas-sussidjar preċedenti. Dan żgur li ma kienx il-każ. Wara xi sinjali ta' rkupru immedjatament wara l-impożizzjoni ta' miżuri, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat.

(316)

Importatur wieħed mhux relatat qal li ma kienx meħtieġ għall-produtturi tal-Unjoni biex tnaqqas il-prezzijiet sal-punt li jkunu magħmula, peress li s-suq tal-Unjoni kienet aktar domanda milli ta' provvista. Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara li t-tnaqqis tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni kif ukoll it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma jistgħux jitqiesu b'mod iżolat minn żviluppi fil-prezz globali tal-prodott ikkonċernat u huma skont l-andament normali tas-suq. Barra minn hekk, il-gvern tar-RPĊ allega li l-Kummissjoni ma vverifikatx jekk is-suq jippermettix żidiet fil-prezzijiet fl-2011 (wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-investigazzjoni preċedenti) meta wieħed iqis il-kuntest globali u jekk iva, sa liema punt. Barra minn hekk, il-Kummissjoni irrifjutat b'mod żbaljat li taċċetta evidenza pprovduta dwar iż-żidiet fil-prezz wara l-PI mill-produtturi tal-Unjoni u huma b'dan jirreferu għall-każijiet tal-Ħġieġ solari u tal-Magni personali tal-fax. (41)

(317)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li d-dikjarazzjoni li d-domanda qabżet il-provvista ma kinetx sostanzjata. It-telf fis-sehem mis-suq u ż-żieda fil-livelli tal-istokkijiet ma jindikawx li d-domanda kienet ogħla mill-provvista, anzi pjuttost bil-kontra. Dwar l-affermazzjoni tal-Gvern tar-RPĊ, l-iżviluppi fil-prezzijiet meqjusa huma relatati mal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u mhux fuq livell globali. Fis-suq tal-Unjoni, il-kompetizzjoni bejn il-prodotti simili u l-prodott kkonċernat hija fil-livell tal-prezz. Kif muri hawn fuq, it-tnaqqis fil-prezz ma jistax jiġi attribwit għal fatturi oħra minn din il-kompetizzjoni fil-prezzijiet (minħabba l-ispejjeż pjuttost stabbli ta' produzzjoni u ta' konsum tal-Unjoni). Barra minn hekk, il-gvern tar-RPĊ ma pprovdiex informazzjoni ulterjuri dwar l-iżviluppi fil-prezzijiet globali. Għaldaqstant, instab li din id-dikjarazzjoni ma kinetx sostanzjata. Rigward id-dikjarazzjoni dwar iż-żidiet fil-prezz wara l-PI, l-avvenimenti ta' wara l-PI jmorru lil hinn mill-ambitu ta' din l-investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza sostanzjali ta' żidiet effettivi fil-prezzijiet li kienu jimmaterjalizzaw wara l-PI. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni mhix qed tiġi aċċettata.

(318)

Barra minn hekk, is-CCCLA sostniet li t-tnaqqis tal-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi 8 % kif imsemmi fil-premessa (226) kellu jqis il-prezzijiet aġġustati għad-dazju doganali u l-immaniġġar, id-dazju anti-dumping, il-marġini tal-profitt għall-importaturi u l-ispejjeż tal-SG&A sostnuti mill-importaturi. Dawk il-prezzijiet aġġustati mbagħad għandhom jiġu fuq livelli komparabbli mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, kif iddikjarat fit-Tabella 7, u għalhekk ma setax kellhom rwol deċiżiv fil-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(319)

Għall-analiżi tal-indikaturi il-valur CIF tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi tat-tabella 3 qed jitqabbel mal-prezz tal-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni tat-tabella 7. Dan il-metodu huwa preċiż għall-analiżi tat-tendenzi. Għall-kalkoli tat-twaqqigħ fil-prezz u l-marġini tal-ħsara, il-prezzijiet aġġustati ntużaw fil-fatt kif spjegat fil-premessa (231) hawn fuq. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenfasizza li t-twaqqigħ tal-prezzijiet huwa biss indikatur wieħed biex jiġi analizzat, iżda li l-indikaturi kollha ta' ħsara għandhom jittieħdu flimkien għall-analiżi. Għalhekk, it-talba mhijiex aċċettata.

1.2.   Effetti ta' fatturi oħrajn

1.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn

(320)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prezzijiet ta' unità medji u s-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat jintwerew fit-tabella ta' hawn taħt.

Tabella 12

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi), prezzijiet ta' unità medji (EUR/tunnellata)

 

 

2010

2011

2012

PI

Total ta' pajjiżi terzi

Volumi (tunnellati)

128 378

182 601

183 446

174 553

Indiċi (2010 = 100)

100

142

143

136

Sehem mis-suq

14 % - 19 %

22 % - 27 %

21 % - 26 %

20 % - 25 %

Il-Malasja

Volumi (tunnellati)

37 919

70 847

60 931

60 841

Prezz medju/tunnellata (EUR)

980

1 029

998

958

Sehem mis-suq

2 % - 7 %

7 % - 12 %

5 % - 10 %

5 % - 10 %

In-Norveġja

Volumi (tunnellati)

25 204

30 496

33 277

30 781

Prezz medju/tunnellata (EUR)

1 167

1 044

1 006

944

Sehem mis-suq

0 % - 5 %

1 % - 6 %

1 % - 6 %

1 % - 6 %

It-Turkija

Volumi (tunnellati)

18 430

20 017

23 235

19 233

Prezz medju/tunnellata (EUR)

1 199

1 231

1 064

1 067

Sehem mis-suq

0 % - 5 %

0 % - 5 %

0 % - 5 %

0 % - 5 %

Sors: Eurostat (COMEXT)

(321)

Minbarra r-RPĊ, il-prodott ikkonċernat huwa importat primarjament mill-Malasja, in-Norveġja u t-Turkija. Hemm xi importazzjonijiet żgħar mill-Messiku, l-Istati Uniti u t-Tajwan ukoll. Is-sehem mis-suq ġenerali tal-pajjiżi terzi kien ikkaratterizzat minn żieda qawwija bejn l-2010 u l-2011. Imbagħad, is-sehem mis-suq naqas fil-PI.

(322)

Il-parti l-kbira tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (bl-eċċezzjoni ta' xi kwantitajiet żgħar mit-Tajwan) kellhom prezzijiet ogħla b'mod sinifikanti mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, il-prezzijiet ġenerali medji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn kienu ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jew simili għalihom.

(323)

Il-Malasja kellha l-ikbar sehem mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fl-Unjoni (40 %). Madankollu, l-importazzjonijiet mill-Malasja kienu limitati għal tip wieħed ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament, jiġifieri trofof imqattgħin. Is-sehem mis-suq tal-Malasja fis-suq tal-Unjoni żdied tul il-perjodu kkunsidrat. Bħala medja, Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet it-trofof imqattgħin mill-Malasja kien ogħla wkoll minn dak mir-RPĊ u kważi daqs dak tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-Malasja ma żammewx il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni milli jiżdiedu bejn l-2010 u l-2011 meta ġew imposti dazji provviżorji kontra r-RPĊ. Li kieku l-prezzijiet tal-Malasja tassew kienu qed jikkawżaw dannu materjali fuq l-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni ma kinux ikunu jistgħu jżidu l-prezzijiet tagħhom meta ġew imposti dazji antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ. L-importazzjonijiet mill-Malasja qed jikkompetu mal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni iżda baqgħu fattur stabbli tul il-perjodu kkunsidrat, f'termini ta' prezz, tip ta' prodott u kwantitajiet.

(324)

L-importazzjonijiet min-Norveġja kellhom it-tieni l-ikbar sehem tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fl-Unjoni. Is-sehem mis-suq tan-Norveġja fis-suq tal-Unjoni baqa' stabbli tul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet medji ta' importazzjoni għal kull tip ta' prodott min-Norveġja kienu ogħla minn dawk tar-RPĊ. Dawn l-importazzjonijiet Norveġiżi huma prinċipalment ftietel magħmula minn kumpanija waħda li tappartjeni għall-istess grupp bħal wieħed mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-produzzjoni kollha Norveġiża tinbiegħ mingħand il-produttur tal-Unjoni. Għalhekk ma nqisux in-Norveġja bħala pajjiż terz kompetitur.

(325)

L-importazzjonijiet mit-Turkija kellhom it-tielet l-ikbar sehem ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fl-Unjoni. Is-sehem mis-suq tat-Turkija fis-suq tal-Unjoni baqa' stabbli tul il-perjodu kkunsidrat. Bħala medja, il-prezzijiet tal-importazzjoni skont it-tip ta' prodott tal-prodott simili kienu b'mod sinifikanti ogħla minn dawk tar-RPĊ.

(326)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara wkoll li l-istokkijiet tal-Unjoni żdiedu fl-2011 wara żieda enormi fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, filwaqt li l-imporazzjonijiet mir-RPĊ naqsu fl-istess sena.

(327)

Huwa minnu li bejn l-2010 u l-2011 naqsu l-importazzjonijiet Ċiniżi u żdiedu l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni kienet għadha qed tagħmel profitt tul l-2010 u l-2011 u bdiet tagħmel it-telf wara, u dan ħabat bl-eżatt maż-żieda fl-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqsu wara l-2011 u għaldaqstant ma setgħux kienu r-raġuni li għaliha l-industrija tal-Unjoni mbagħad bdiet tagħmel it-telf. Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, huwa raġonevoli li jiġi konkluż li filwaqt li sehem mill-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn jista' jkollu effett negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni, dan ma seħħx sal-punt li jkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ u d-dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(328)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet argumentaw li t-taħlita ta' prodotti kif użati għall-anqaliżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (tqabbil tal-prezzijiet bejn il-produtturi Ċiniżi u dawk tal-Unjoni) ma kinetx qed tintuża għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-Gvern tar-RPĊ espliċitament talab id-dettalji dwar it-taħlita tal-prodotti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li ma jistgħux joħroġu minn statistika tal-Eurostat.

(329)

Il-Kummissjoni qieset kompletament it-taħlita tal-prodotti għall-analiżi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi billi qabblet il-prezzijiet ta' pajjiżi terzi għal kull tip ta' prodott mal-prezzijiet korrispondenti tal-Unjoni għal kull tip ta' prodott. Minħabba li għat-tliet pajjiżi terzi hemm produttur wieħed biss, l-ebda djeta speċifika ma tista' tiġi ddivulgata għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

(330)

Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li parti mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi setgħet affetwat is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni iżda ma kisritx kawżali mhijiex oġġettiva, u lanqas ma kienet ibbażata fuq analiżi raġunata.

(331)

It-tliet pajjiżi terzi ewlenin li esportaw il-prodott simili lejn l-Unjoni kienu l-Malażja, in-Norveġja u t-Turkija. Kif diġà ntqal hawn fuq, l-importazzjonijiet Malasjani kienu ffokati fuq tip wieħed ta' prodott b'livelli ta' prezz komparabbli għall-industrija tal-Unjoni. Il-produttur Norveġiż mhux meqjus bħala kompetitur minn pajjiż terz għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Turkija baqa' stabbli u relattivament baxx fil-volum matul il-perjodu kkunsidrat. Id-dikjarazzjoni li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma kisrux ir-rabta kawżali b'dan mhix qed tiġi aċċettata.

(332)

Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni injorat l-effetti tal-importazzjonijiet mit-Tajwan u l-Messiku fatt li juri bidliet sinifikanti fil-prezzijiet u l-volumi.

(333)

Minħabba l-volumi limitati ta' importazzjonijiet mit-Tajwan u l-Messiku, dawn l-importazzjonijiet ma setax kisser ir-rabta kawżali.

(334)

Barra minn hekk, il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-Kummissjoni injorat fl-analiżi tagħha tal-akkumulazzjoni tal-istokkijiet taċ-Ċina, il-fatt li bejn l-2010 u l-2011, importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdiedu b'aktar minn 40 %.

(335)

L-istatistika (ara l-premessa 224) turi li l-ħana tal-istokkijiet tal-prodotti miċ-Ċina saret fit-tieni u t-tielet kwart tal-2010 (għal konsum qabel tmiem 2010/bidu tal-2011 minħabba l-ħajja limitata tal-prodott fuq l-ixkaffa). Iż-żieda fl-importazzjoni minn pajjiżi terzi ġiet irreġistrata fl-2011, meta l-effett tal-istokkijiet spiċċa u meta l-miżuri kontra l-importazzjonijiet mir-RPĊ daħlu fis-seħħ, li rriżulta li kienu ta' benefiċċju għal produtturi ta' pajjiżi terzi. Għalhekk, din il-dikjarazzjoni mhix qed tiġi aċċettata.

1.2.2.   Kost tal-produzzjoni

(336)

Bosta partijiet iddikjaraw li ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni primarjament dovuta għaż-żieda fil-kostijiet marbutin mal-materja prima, l-enerġija, it-trasport u l-persunal ħalliet impatt negattiv fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. Parti minnhom identifikat ukoll in-nuqqas tal-konsumaturi milli jirritornaw l-irkiekel bħala fattur importanti għall-kostijiet, bla ma kompliet telabora iktar fuq l-impatt fuq il-kost. Sostnew dawn id-dikjarazzjonijiet billi pprovdew kwotazzjonijiet mingħand il-produtturi tal-Unjoni li jgħidu li tabilħaqq kienu qed jaffaċċjaw żidiet fil-kostijiet.

(337)

Huwa minnu li l-industrija tal-Unjoni affaċċjat żidiet fil-kostijiet tal-materja prima, l-enerġija, it-trasport u l-persunal. Madankollu, kif jidher fit-tabella 8 iktar 'il fuq, il-kost medju tal-produzzjoni għall-industrija tal-Unjoni għal kull tunnellata żdied b'1 % biss bejn l-2010 u l-PI. Dan ifisser li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tikkumpensa għal ħafna miż-żidiet fil-kostijiet permezz ta' gwadanji fl-effiċjenza u produttività msaħħa. Għaldaqstant, huwa konkluż li ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni ma kkontribwixxietx għad-dannu u, għaldaqstant, ma setgħetx tkisser ir-rabta kawżali.

(338)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet tennew id-dikjarazzjonijiet tagħhom mingħajr ma ressqu argumenti ġodda 'l quddiem.

1.2.3.   Żvilupp tal-konsum

(339)

Kif intqal iktar 'il fuq, il-konsum fl-Unjoni żdied bi 3 % bejn l-2010 u l-PI. Il-konsum huwa mistenni jiżdied iktar minħabba l-applikazzjonijiet ġodda li fihom qed jintuża l-prodott simili, kif ġie ddikjarat kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll minn ħafna utenti. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha u tilfet parti minnu, filwaqt li l-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ kienuqed iżidu s-sehem mis-suq tagħhom mill-2011. Għalhekk, il-bidliet fil-konsum fl-Unjoni ma setgħux jikru r-rabta ta' kawżalità bejn il-ħsara u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u dawk issussidjati mir-RPĊ.

1.2.4.   Kapaċità produttiva u stokkijiet insuffiċjenti fl-Unjoni

(340)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li d-dannu, jekk jeżisti, huwa kkaġunat mill-kapaċità produttiva insuffiċjenti tal-produtturi tal-Unjoni. Il-gvern tar-RPĊ irrefera għal għadd ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji mill-produtturi tal-Unjoni. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2010 ta' 3B Fibreglass jistipulaw li “l-kapaċitajiet ta' produzzjoni limitati tagħhom ma ppermettulhomx ikabbru s-sehem mis-suq” u “ġegħluna nlaħħqu mal-evoluzzjoni tad-domanda tal-konsumaturi tagħna b'livell limitat ta' inventarju”. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2011 ta' 3B Fibreglass jistipulaw li “s-sinjali ta' rkupru tal-ekonomija fl-2010 ġew ikkonfermati fl-ewwel nofs tal-2011 iżda peress li l-livelli ta' prestazzjoni tal-produzzjoni tal-kumpanija kienu inqas minn dawk mistennijin fl-ewwel trimestru, ma stajniex nibbenefikaw bis-sħiħ mill-irpiljar tal-attività u dan wassal sabiex nillimitaw l-impenji kuntrattwali tagħna fl-2011”. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2011 ta' Lanxess jistipulaw li “Fl-2011, il-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ f'Lanxess kienet qed topera b'kapaċità massima” u “Fit-tieni trimestru tal-2012, l-għeluq ippjanat tal-forn 1 ser jieħu kważi 10 ġimgħat u għalhekk il-produzzjoni annwali ser tkun 14 % inqas fl-2012”.

(341)

Huwa minnu li l-livelli tal-istokkijiet tal-2010 kienu baxxi, ara t-tabella 10 iktar 'il fuq. Dan kien ir-riżultat ta' tnaqqis fil-livell ta' produzzjoni fl-2009 meta żżarmaw, ingħalqu b'mod temporanju jew tnaqqsu bosta linji ta' produzzjoni fid-dawl tal-erożjoni tal-prezzijiet u t-telf fis-sehem mis-suq ikkaġunati mill-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping mir-RPĊ (42). Madankollu, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-livelli tal-istokk tagħha b'iktar minn 150 % fl-2011 u baqgħet iżżidhom minn dak iż-żmien. Ir-referenza għad-dikjarazzjonijiet ta' wħud dwar l-inventarji għas-sena 2010 biss mhijiex xierqa, u minflok għandha tiġi analizzata x-xejra għall-perjodu sħiħ ikkonċernat.

(342)

Barra minn hekk, uħud mill-kwotazzjonijiet jirreferu għal-livelli mnaqqsin fil-prestazzjoni tal-produzzjoni bħala riżultat ta' tiswijiet/bini mill-ġdid tal-fran. Kif spjegat fil-premessa (241) iktar 'il fuq, it-tali tiswijiet/bini mill-ġdid huma inerenti għal dan is-settur u huwa normali li jinġema' stokk fid-dawl ta' tiswija/bini mill-ġdid ta' forn biex titkompla l-provvista lil konsumaturi importanti.

(343)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni tinvesti f'iktar kapaċità li kieku jkun hemm kundizzjonijiet iktar ekwi li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tagħmel profitt li jiġġustifika u jippermetti li ssir espansjoni tal-kapaċità.

(344)

Il-kapaċità produttiva u l-istokkijiet tal-Unjoni mhumiex meqjusin insuffiċjenti u, għalhekk, ma setgħux jikkontribwixxu għad-dannu u għaldaqstant ma setgħux ikissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

1.2.5.   L-impatt tal-kriżi ekonomika

(345)

Bosta partijiet iddikjaraw li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat mill-kriżi ekonomika li rriżultat fi tnaqqis qawwi fid-domanda mill-industriji utenti (bħall-industrija awtomobilistika u s-suq tal-enerġija mir-riħ).

(346)

Il-gvern tar-RPĊ kkwota bosta produtturi tal-Unjoni bħal pereżempju 2010 dikjarazzjonijiet finanzjarji of European Owens Corning il-fibreglass SPRL (iktar' il quddiem “EOCF”) fejn jingħad li “Dan it-tnaqqis huwa parzjalment spjegat minħabba dipendenza qawwija ta' din l-attività fuq is-suq tal-enerġija mir-riħ, id-degradazzjoni tagħhom kompliet minħabba d-diffikultà biex l-atturi involuti f'dan is-suq li jiffinanzjaw proġetti ġodda”, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2011 ta' Lanxess fejn jingħad li “wara d-dħul tal-miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi Lanxess kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Fit-tieni nofs tal-2011, madankollu, ninnutaw tnaqqis ta' 16 % meta mqabbla mal-2010 minħabba t-tendenza ekonomika negattiva” u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2012 tal-EOCF fejn jingħad li l-fatturat tal-2012 “huwa prinċipalment dovut l-kriżi ekonomika kontinwa li ma tippermettilhomx joperaw b'kapaċità sħiħa”.

(347)

Tabilħaqq, bejn l-2010 u l-2011 jista' jiġi osservat tnaqqis ta' 3 % fil-konsum fl-Unjoni ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament. Madankollu, sa tmiem il-PI, il-konsum fl-Unjoni reġa' żdied b'6 punti perċentwali.

(348)

Il-kwotazzjoni li waħda mill-kumpaniji kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha b'16 % fit-tieni nofs tal-2011 meta mqabbla mal-2010, tagħti biss kuntest parzjali tas-sitwazzjoni tal-2011. L-investigazzjoni sabet żieda ta' 8 % fil-prezzijiet ta' unità għas-sena sħiħa tal-2011 (meta mqabbla mal-2010).

(349)

Barra minn hekk, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni baqgħet tagħmel il-profitt fl-2010 u l-2011, bdiet tagħmel it-telf wara u dan ħabat maż-żieda fl-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(350)

It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku bejn l-2010 u l-2011 jista' jitqies li jikkontribwixxi għal tgħarriq tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ma jispjegax it-telf li l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel fl-2012 u l-PI. It-telf ewlieni rriżutla biss wara t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f'perjodu li fih il-konsum reġa' beda jiżdied.

(351)

Rigward il-kwotazzjoni ta' Owens Corning fl-2011, ta' min jinnota li l-kwotazzjoni ġejja mill-EOCF li hija l-entità negozjanti ta' Owens Corning għan-negozji tagħhom kollha fl-Ewropa u l-Lvant Nofsani. Minbarra l-prodott simili, matul dak il-perjodu l-EOCF biegħet ukoll prodotti mhux minsuġin, drappijiet, prodotti tas-saqqif (għudiet) u prodotti ta' iżolament, li mhumiex koperti mill-proċedura. Għaldaqstant, din il-kwotazzjoni mhijiex speċifika għall-prodott simili fuq is-suq tal-Unjoni.

(352)

Rigward il-kwotazzjoni ta' Owens Corning fl-2012, din tirreferi b'mod speċifiku għan-negozju tad-drappijiet imwettaq mill-EOCF f'wieħed mill-impjanti tagħha. Peress li d-drappijiet mhumiex parti mill-prodott simili, din il-kwotazzjoni mhijiex relevanti.

(353)

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta' hawn fuq, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku seta' affettwa b'mod negattiv l-industrija tal-Unjoni iżda mhux sal-punt li seta' jkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

1.2.6.   Kompetittività tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ

(354)

Ċerti partijiet iddikjaraw li t-teknoloġija skaduta tal-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mat-teknoloġija moderna applikata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kkaġunat id-dannu, u mhux id-dumping u s-sussidjar tal-prodott ikkonċernat.

(355)

Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li l-industrija tal-Unjoni għandha proċessi tal-produzzjoni aġġornati wkoll. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni li lil-istat tat-teknoloġija tal-industrija tal-Unjoni tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni hija mhijiex aċċettataa.

1.2.7.   Dannu awtoinflitt

(356)

Bosta partijiet iddikjaraw li d-dannu jista' jkun awtoinflitt peress li (i) il-prezzijiet offruti mill-produtturi tal-Unjoni fl-2014 kienu inqas mill-kwotazzjonijiet li t-tali partijiet irċivew mingħand il-produtturi esportaturi Ċiniżi peress li (ii) l-investimenti li saru mill-applikanti fl-aħħar snin jikkontradixxu d-dannu hekk kif l-investimenti diffiċilment jistgħu jiġu rrikonċiljati ma' nozzjoni ta' industrija li qed iġġarrab dannu u ma wasslux għal sehem mis-suq ikbar għall-industrija tal-Unjoni peress li (iii) l-investimenti li saru mill-applikanti setgħu saru fir-ristrutturar u l-installazzjoni ta' kapaċità addizzjonali għall-produzzjoni tal-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament “il-ħżiena”, pereżempju prodotti li għalihom hemm domanda iktar limitata, u mhux pereżempju fi trofof imqattgħin li għalihom il-partijiet jiddikjaraw li kien hemm domanda sinifikanti u fil-fatt nuqqas potenzjali ta' provvista fl-Unjoni.

(357)

Rigward l-ewwel dikjarazzjoni fuq il-prezzijiet irħas offruti mill-produtturi tal-Unjoni, ta' min jinnota li din l-allegazzjoni tikkonsisti f'avveniment li seħħ wara l-PI u li l-livelli tal-prezzijiet tal-2014 ma setgħux jiġu kkunsidrati. Barra minn hekk, peress li l-fran jaħdmu 24 siegħa kuljum u li t-tnaqqis tal-produzzjoni jiswa ħafna flus, l-industrija tal-Unjoni għażlet li tipprova żżomm is-sehem mis-suq billi tbiegħ bi prezzijiet orħos u għaldaqstant tibqa' tkopri parti mill-ispejjeż fissi tagħha.

(358)

Fir-rigward tal-investimenti l-kbar li għamlet l-industrija tal-Unjoni fl-aħħar snin, ta' min ifakkar li f'din l-industrija intensiva fl-użu tal-kapital, il-fran iridu jerġgħu jinbnew kull 7 sa 10 snin u l-ispejjeż marbutin mal-bini mill-ġdid ta' forn jistgħu jammontaw għal EUR 8 miljun — EUR 13-il miljun (medda mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità). Parti mdaqqsa mill-ispejjeż għoljin l-oħrajn tal-investimenti iktar strutturali hija marbuta mal-konsum tal-liga mill-boxxliet u l-bini mill-ġdid konsegwenti tal-boxxliet. Għalhekk, dawn l-investimenti huma inerenti għall-industrija u huma meħtieġa biex tinżamm il-kapaċità attwali. L-investimenti li huma ddedikati lir-R&Ż huma neċessarji wkoll sabiex jibqgħu fis-suq u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

(359)

Rigward it-tielet dikjarazzjoni dwar investimenti allegatament “żbaljati” għal prodotti oħrajn għajr trofof imqattgħin, ta' min jinnota li (i) l-industrija tal-Unjoni rristrutturat sabiex tkun tista' toffri firxa wiesgħa ta' prodotti. Ma ġiet ipprovduta ebda evidenza li t-tali ristrutturar ma kienx ekonomikament vijabbli, u (ii) il-produzzjoni mwaqqfa tat-trofof imqattgħin li seħħet minħabba r-ristrutturar tul l-aħħar snin ġiet ittrasferita f'impjant tal-produzzjoni ieħor li ġie kkonvertit.

(360)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jaħżnu stokkijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u kkwota d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2011 ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fejn huwa stipulat li: “L-inventarji tal-merkanzija (€21.4 miljun fil-31 ta' Diċembru 2011) qed jiżdiedu minħabba tnaqqis kummerċjali globali fis-setur tagħna matul it-tieni nofs tas-sena, bl-istokk li jikkonsisti sa 75 % tal-prodotti lesti importati mill-kumpanija tal-grupp […][tagħna] barra l-Ewropa, bil-bqija li primarjament huma materjali u prodotti meħtieġa għall-attività ta' Fabrics”.

(361)

Iż-żieda fil-livelli tal-istokk irrapportat fl-2011 minn dan il-produttur tal-Unjoni hija spjegata minn stokkjar sabiex iforni lil wieħed mill-impjanti mhux fl-UE tiegħu meta dan kellu jerġa' jibni forn fl-2012. Ma kienet issir ebda importazzjoni oħra minn impjanti oħrajn mhux mill-UE li kieku dawk il-prodotti għall-impjant mhux mill-UE setgħu jiġu prodotti fl-Unjoni.

(362)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ talab biex ikun ċar jekk dawn l-importazzjonijiet kinux mir-RPĊ jew minn x'imkien ieħor u kemm kienu l-volumi. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma xtrawx il-prodott ikkonċernat mir-RPĊ fil-perjodu kkunsidrat.

(363)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara wkoll li d-dannu jista' jkun awtoinflitt peress li l-produttur tal-Unjoni 3B Fibreglass iddeċieda li jerġa' jibni l-istokk għall-BASF fl-2011 fi żminijiet meta kien hemm produzzjoni nieqsa. B'hekk jikkwota mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2011 ta' 3B Fibreglass: “sabiex nerġgħu nibnu l-istokkijiet tagħna għall-BASF u biex nkampaw fit-tiswija tal-forn Nru 2.”.

(364)

Madankollu, fin-negozju hija prattika normali li wieħed jara li jkollu stokk biex ikun jista' jissodisfa obbligi kuntrattwali ma' kontijiet importanti. Barra minn hekk, il-kwotazzjoni tirreferi wkoll għal tiswija ppjanata ta' forn li teħtieġ provvisti tal-istokk biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jiġu jinqdew (u sabiex jiġu ssodisfati l-ftehimiet ta' provvista kuntrattwali ta' 3B lill-konsumaturi tagħha) matul it-tiswija.

(365)

Għaldaqstant, fid-dawl ta' dak stipulat hawn fuq, id-dikjarazzjoni ta' dannu awtoinflitt li tikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni mhijiex aċċettata.

1.2.8.   Bejgħ minn esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni u rilokazzjonijiet għall-qrubija tas-swieq

(366)

Il-gvern tar-RPĊ jiddikjara li d-dannu allegat, jekk jeżisti, kien ikkaġunat mid-deċiżjoni li jirriloka fil-post tal-industriji tal-utenti. Żied li dan ma jseħħx biss fil-livell tal-Unjoni iżda anki fuq skala globali. Il-gvern tar-RPĊ jiddikjara li l-produttur tal-Unjoni P+D espanda l-attivitajiet tiegħu fir-Russja u l-Indja, il-produttur tal-Unjoni 3B fit-Tuneżija, il-produttur tal-Unjoni PPG fir-RPĊ u l-produttur tal-Unjoni Ahlstrom ħa l-produzzjoni tiegħu mill-Ewropa għar-RPĊ kmieni fl-2011 biex jaqdi aħjar is-swieq tal-enerġija mir-riħ li qed jikbru b'mod partikolari fl-Asja u r-RPĊ.

(367)

Peress li ħafna produtturi tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament huma kumpaniji multinazzjonali, mhijiex sorpriża li dawn il-kumpaniji jinvestu wkoll barra l-Unjoni fejn ikun hemm opportunità kummerċjali. L-investiment f'kapaċità żejda barra l-Unjoni jsir biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-swieq emerġenti u bil-prospettiva li jsir profitt. Il-ftuħ ta' impjanti f'dawn ir-reġjuni tabilħaqq joqgħod fil-kuntest ta' qrubija għall-konsumaturi. Madankollu, deċiżjoni dwar jekk jinfetaħx impjant barra l-Unjoni hija kompletament separata mill-fatt li l-produtturi tal-Unjoni qed iġarrbu dannu.

(368)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ tenna l-argument tiegħu li l-investimenti barranin il-kbar ħadu l-produzzjoni, l-impjiegi u l-bejgħ għall-esportazzjoni 'il barra mill-Unjoni u għalhekk ikkawżaw il-ħsara.

(369)

Din it-talba mhijiex sostanzjata. Il-produtturi tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament joperaw skont mudell ta' prossimità reġjonali fejn il-konsumaturi huma pprovduti mill-impjant ta' produzzjoni rispettiv tagħhom fir-reġjun. L-indikaturi relatati mal-kapaċità u l-impjiegi ma jurux li saru investimenti potenzjali barranin kbar għad-detriment operazzjonijiet tal-Unjoni.

(370)

Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara wkoll li t-tnaqqis tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kellu effetti negattivi serji li ma kinux analizzati mill-Kummissjoni.

(371)

Fl-investigazzjonijiet preżenti, il-piż tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni (lil konsumaturi relatati u mhux relatati) kien jammonta għal bejn 11 % u 13 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni (lil konsumaturi relatati u mhux relatati) matul il-perjodu 2010 sa tmiem il-PI. Bl-istess mod, matul l-investigazzjoni orġiniali antidumping dan il-piż kien ivarja bejn l-10 % u l-14 % mill-2006 sa Settembru tal-2009. Peress li l-varjazzjonijiet tal-volumi tal-esportazzjoni mhumiex sinifikanti u skont il-volumi tal-esportazzjoni fl-investigazzjoni anti-dumping preċedenti, l-evoluzzjoni tal-bejgħ tal-esportazzjoni ma kellux effetti negattivi serji kif iddikjarat hawn fuq.

(372)

Għar-raġunijiet stipulati hawn fuq, il-bejgħ minn esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni u r-rilokazzjonijiet ma kkontribwixxewx għad-dannu u għaldaqstant ma jistgħux ikissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

1.2.9.   Ir-rata tal-kambju EUR/USD

(373)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-provvisti Ċiniżi jinvolvu riskji marbutin ma' kumplessità loġistika ikbar u ċaqliqiet fir-rati tal-kambju u li għalhekk il-konsumaturi jibqgħu lura milli jesponu ruħhom wisq għat-tali riskji. Utent minnhom iddikjara li l-prezzijiet tal-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament miċ-Ċina jiddependu ħafna mir-rata tal-kambju bejn l-EUR u l-USD. Peress li maż-żmien il-USD iddgħajjef meta mqabbel mal-EUR mis-sena 2000, allegatament dan seta' kisser ir-rabta kawżali.

(374)

Tabilħaqq, kmieni fis-sena 2000, l-EUR kienet iktar dgħajfa meta mqabbla mal-USD mil-lum. Madankollu, ta' min jinnota li r-rata tal-kambju EUR/USD baqgħet kemxejn stabbli tul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun xorta waħda naqset b'mod konsiderevoli minn 3 % għal -4 %. Anki jekk ir-rata tal-kambju EUR/USD tista' titqies li tikkontribwixxi għad-dannu, dan bl-ebda mod ma jista' jċekken l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li kienu s-suġġett ta' dumping mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni tul il-perjodu bejn l-2011 u tmiem il-PI.

(375)

Għaldaqstant, ir-rata tal-kambju EUR/USD ma kkontribwixxietx għad-dannu u ma setgħetx tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Konklużjonijiet dwar il-kawżazzjoni

(376)

Bħala konklużjoni, l-analiżi ta' hawn fuq uriet li kien hemm żieda fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ. Il-pressjoni eżerċitata miż-żieda fl-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji fis-suq tal-Unjoni ma ħallietx lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet ta' bejgħ tagħha skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq u ż-żidiet irreġistrati fil-kostijiet. Anki wara li naqqsu l-prezz tal-bejgħ tagħhom, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma rnexxilhomx iżommu s-sehem mis-suq. Dan it-tnaqqis fil-prezz sar b'detriment għall-profittabilità, u dan wassal għal sitwazzjoni ta' telf insostenibbli.

(377)

L-analiżi ta' hawn fuq għamlet distinzjoni u sseparat kif xieraq l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping. Fuq il-bażi ta' din l-analiżi, il-konklużjoni hija li l-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ ikkaġunaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(378)

Il-fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet issussidjati u oġġett ta' dumping, ġew evalwati kif jitlob l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku antisussidji. L-ebda wieħed minnhom, analizzati kemm individwalment kif ukoll b'mod kumulattiv, ma nstab li jiksru r-rabta kawżali ta' bejn l-importazzjonijiet sussidjati u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(379)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-Kummissjoni kull ma għamlet kien li warrbet l-argumenti tal-partijiet interessati minflok ma eżaminat il-fatturi magħrufa kollha għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li qegħdin jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(380)

Il-Kummissjoni studjat l-effett tal-fatturi l-oħrajn li ġejjin: importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, l-ispiża tal-produzzjoni, l-iżvilupp tal-konsum, il-kapaċitajiet tal-produzzjoni u l-istokkijiet, il-kriżi ekonomika, il-kompetittività tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-ħsara awtoinflitta, il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u r-rilokazzjonijiet, u r-rata tal-kambju EUR/USD. L-investigazzjoni ma żvelatx xi fatturi oħra li possibilment setgħu kisru r-rabta kawżali.

F.   INTERESS TAL-UNJONI

(381)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament antisussidji bażiku, il-Kummissjoni analizzat jekk, minkejja l-konklużjoni fuq is-sussidjar dannuż, kinux jeżistu raġunijiet validi għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ partikolari. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-bosta interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti.

(382)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jaqsmu fehemthom skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament antisussidji bażiku. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 5 importaturi indipendenti u lil 34 utent. Eventwalment, 2 importaturi u 13-il utent issottomettew tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju fi ħdan il-limiti ta' żmien stabbiliti. Barra minn hekk, bosta utenti u assoċjazzjonijiet tal-utenti daħlu f'kuntatt matul l-investigazzjoni b'ittri li fihom spjegaw l-oppożizzjoni għal kwalunkwe miżura possibbli f'dan il-każ. Il-gvern tar-RPĊ u l-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina (CCCLA) għamlu anki sottomissjonijiet b'dikjarazzjonijiet kontra kwalunkwe miżura possibbli f'dan il-każ.

(383)

Fl-investigazzjoni antidumping oriġinali, l-impożizzjoni ta' miżuri ma tqisitx li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Peress li r-rieżami interim kien limitat għad-dannu, is-sejbiet tal-interess tal-Unjoni f'dak iż-żmien għadhom validi. Għaldaqstant, l-analiżi ta' hawn taħt tikkonċerna l-investigazzjoni antisussidji.

1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(384)

Il-miżuri tal-antidumping eżistenti ma wasslux għal tnaqqis fl-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping mir-RPĊ u ma tawx nifs lill-industrija tal-Unjoni. Kif intqal iktar 'il fuq, l-industrija tal-Unjoni baqgħet iġġarrab dannu materjali wara l-erożjoni tal-prezzijiet ikkaġunata mill-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping mir-RPĊ. In-nuqqas ta' impożizzjoni ta' miżuri aktarx li jwassal għal kontribuzzjoni tax-xejra negattiva tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienet immarkata b'mod partikolari minn tnaqqis fil-profittabilità minn + 3 % fl-2010 għal – 4 % sa tmiem il-PI. Kwalunkwe tnaqqis ulterjuri fil-prestazzjoni finalment iwassal għal tnaqqis fil-linji ta' produzzjoni u l-għeluq ta' iktar siti tal-produzzjoni, u għaldaqstant jipperikola l-impjiegi u l-investimenti fl-Unjoni.

(385)

L-impożizzjoni tal-miżuri ġġib lura l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. Ix-xejra negattiva fil-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni hija l-konsegwenza tad-diffikultà tagħha biex tikkompeti mal-importazzjonijiet issussidjati u bi prezzijiet baxxi li oriġinaw mir-RPĊ. Għaladaqstant, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' miżuri kompensatorji ttemm l-għafsa fuq il-prezzijiet u t-telf fis-sehem mis-suq u li l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jibda jirkupra, b'tali mod li dan kollu jirriżulta f'titjib tal-profitabilità tal-industrija tal-Unjoni lejn livelli meqjusin neċessarji għal din l-industrija intensiva fl-użu tal-kapital.

(386)

Il-miżuri jkunu qed jagħtu lill-industrija tal-Unjoni l-opportunità li tirkupra mid-dumping dannuż li nstab matul l-investigazzjoni.

(387)

Għalhekk, huwa konkluż li jkun ċar li l-impożizzjoni ta' miżuri kompensatorji tmur kontra l-interess tal-industrija tal-Unjoni.

(388)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, assoċjazzjoni industrijali waħda iddikjarat li żieda fil-miżuri ma hi se ġġib ebda solliev għall-industrija tal-Unjoni minħabba li l-miżuri oriġinali tal-2011 apparentement ma kellhom ebda effett.

(389)

Il-Kummissjoni ma taċċettax din id-dikjarazzjoni u tirreferi għall-premessi hawn fuq fejn ġie konkluż li jekk ma jiġux imposti aktar miżuri, dan wisq probabbli jwassal għall-issoktar tax-xejra negattiva tal-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

2.   L-interess tal-importaturi

(390)

Bħalma ġie indikat hawn fuq, ma ttiħidx kampjun fil-każ tal-importaturi mhux relatati, u żewġ importaturi mhux relatati kkoperaw bis-sħiħ f'din l-investigazzjoni billi ppreżentaw kwestjonarju mwieġeb. L-attivitajiet marbutin mal-prodott ikkonċernat jirrappreżentaw biss sehem żgħir mill-fatturat globali taż-żewġ importaturi (inqas minn 0,5 %). It-tnejn li huma kienu kontra żieda potenzjali fil-miżuri tal-antidumping peress li qiesu li din tista' twassal għal waqfien tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ.

(391)

F'daqqa, l-importazzjonijiet iddikjarati minn dawn iż-żewġ importaturi kienu jirrappreżentaw sehem konsiderevoli mill-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ tul il-PI u b'hekk tqiesu li huma rappreżentattivi tal-importaturi fl-Unjoni. Ebda importatur ieħor ma kkoopera billi ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju jew kummenti sostanzjati. Fuq dik il-bażi, huwa konkluż li, minħabba s-sehem limitat tal-prodott ikkonċernat fl-attività globali tal-importaturi, l-impożizzjoni tal-miżuri mhuwiex ser ikollha effetti negattivi sinifikanti fuq l-interess ġenerali tal-importaturi tal-Unjoni.

3.   Interess tal-utenti

(392)

Il-prodott simili jintuża għal numru kbir ta' applikazzjonijiet bħal applikazzjonijiet tal-industrija awtomobilistika, it-turbini tal-enerġija mir-riħ, marittimi, tat-trasport, ajruspazjali u infrastrutturali. Il-kooperazzjoni nkisbet minn firxa wiesgħa ta' utenti li tqassmu fi gruppi skont is-settur li joperaw fih: manifatturi ta' kompożiti, manifatturi ta' materjali kompożiti, nissieġa tad-drapp multiassjali u manifatturi tat-turbini tar-riħ. Dan ippermetta sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-impatt tal-miżuri miżjudin fuq tipi differenti ta' utenti.

(393)

L-utenti li kkooperaw xtraw madwar 13 % tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ matul il-PI. Skont dan, il-maġġoranza l-kbira tal-prodott ikkonċernat inxtrat minn sorsi oħra bħal pajjiżi terzi u l-industrija tal-Unjoni. Kienu biss ftit minnhom li kienu jixtru l-prodott ikkonċernat esklussivament mir-RPĊ.

(394)

Hemm firxa wiesgħa ta' industriji downstream li jużaw il-prodott simili u jvarjaw fid-daqs ukoll, tant li jvarjaw minn kumpaniji globali sa SMEs. Mill-informazzjoni sottomessa matul l-investigazzjoni, jidher ukoll li l-industrija tal-utenti tal-Unjoni tħaddem numru sinifikanti ta' nies, stmat għal madwar 100 000 ruħ, għad li ma ġiet sottomessa ebda dejta komprensiva u sostanzjata.

3.1.   L-impatti possibbli tal-miżuri fuq il-profittabbiltà tal-utenti

(395)

B'mod ġenerali, fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju, instab li l-industriji tal-utenti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kienu f'qagħda relattivament tajba. Tabilħaqq, ħafna mill-utenti li kkooperaw irrapportaw profitti fuq il-bejgħ tal-prodotti tagħhom li użaw il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li kienu biss ftit l-utenti li rrapportaw telf f'din l-attività matul il-PI, il-profitt ta' ħafna oħrajn varja bejn 2 % u 22 %. Għalhekk, anki bil-miżuri attwali, l-industriji tal-utenti kien qed jirnexxilhom jagħmlu profitt.

(396)

Fuq il-bażi tad-dejta riċevuta, saret analiżi tal-impatt tal-utenti għal kull wieħed mill-gruppi tal-utenti.

(397)

L-investigazzjoni sabet li, skont il-karatteristiċi tal-bosta industriji tal-utenti, il-ħila li tingħadda kwalunkwe żieda fid-dazju lill-konsumaturi tagħhom hija differenti u, b'hekk, l-impatt ta' żieda fid-dazju fuq il-marġni tal-profitt ser ikun differenti għal kull industrija tal-utenti.

(398)

Fi ftit kliem, l-impożizzjoni tal-miżuri mħalltin f'daqqa tirriżulta fi tnaqqis tal-profitt tal-utenti b'inqas minn punt perċentwali għall-maġġoranza assoluta tal-industriji tal-utenti, ħlief l-industrija tan-nissieġa multiassjali. Għal din tal-aħħar, is-sehem tal-prodott ikkonċernat mill-ispejjeż tal-produzzjoni huwa ogħla minn dak għall-industirji l-oħrajn ikkunsidrati tal-utenti. B'hekk, dawn l-utenti partikolari ser ikunu affettwati iktar meta mqabblin mal-utenti l-oħrajn ivvalutati.

(399)

Fuq il-bażi tal-analiżi ta' hawn fuq, huwa ferm probabbli li l-utenti fl-industriji tal-kompostar, il-kompożiti u t-turbini tar-riħ jistgħu jassorbu parti jew it-total taż-żieda fil-kostijiet. Barra minn hekk, jaf ikunu jistgħu jgħaddu parti mill-kostijiet miżjudin lill-konsumaturi tagħhom. F'dan ir-rigward, utent attiv ewlieni tal-manifattura tat-turbini tar-riħ ikkummenta li aċċetta l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni u li se jassorbi d-dazji.

(400)

Dan l-impatt limitat ġenerali fuq il-profittabilità jfisser ukoll li l-impjiegi fil-livell tal-industrija tal-utenti mhumiex ipperikolati minħabba ż-żieda proposta fid-dazji sal-punt allegat minn bosta utenti.

(401)

Xorta waħda, kwalunkwe effett negattiv potenzjali jiġi mmitigat mill-aċċess issoktat tal-utenti għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. L-impożizzjoni tal-miżuri ma tipprekludix lill-utenti milli jsibu sorsi mingħand fornituri differenti.

(402)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi utenti sostnew li l-argumenti tal-utenti ma ġewx aċċettati fuq il-bażi ta' rapporti kwalitattivi biss. Huma sostnew ukoll li t-tnaqqis tal-marġini ta' profitt tagħhom huwa ħafna ogħla minn punt perċentwali kif iddikjarat fil-premessa (398) hawn fuq, speċjalment meta meqjusa fuq bażi ta' prodotti individwali.

(403)

Dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex qed jiġu aċċettati għar-raġunijiet li ġejjin. Fuq il-bażi tad-dejta mogħtija mill-utenti, il-Kummissjoni wettqet kalkoli dettaljati li jivvalutaw l-impatt kwantitattiv ta' żieda fil-miżuri fuq il-profitabbiltà tal-utent. L-industriji li jużaw il-prodott ikkonċernat huma eteroġenji u juru ħafna differenzi f'termini ta' daqs (li jvarjaw minn SMEs għal intrapriżi multinazzjonali), id-dipendenza tagħhom fuq il-prodott ikkonċernat u l-applikazzjonijiet tal-prodott finali tagħhom u l-bażi tagħhom ta' konsumaturib (minn kumpaniji żgħar għal kbar, bejgħ fl-Unjoni meta mqabbla ma' bejgħ għall-esportazzjoni). Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (398) hawn fuq, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li xi segmenti tal-utenti ser ikunu aktar affettwati minn oħrajn. Fuq il-bażi ta' dejta provduta mill-utenti li kkoperaw, is-sehem tal-prodott ikkonċernat li kien użat, mixtri mir-RPĊ, kien pjuttost limitat (inqas minn 13 % — ara l-premessa (393)). Barra minn hekk, is-sehem tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ fl-ispiża totali tal-produzzjoni bħala medja kien ukoll limitat, jiġifieri inqas minn 4 %. Din tal-aħħar hi b'mod sinifikanti l-ogħla nisġa pluriassjali eżaminata. L-impatt taż-żieda fid-dazji kien ikkalkulat skont is-suppożizzjonijiet li volum simili ta' fibra tal-ħġieġ se jinxtara mir-RPĊ kif irrappurtat fil-PI, u li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi jkunu soġġetti għal dazji ta' xi 30 %, għalkemm il-maġġoranza l-kbira tal-produtturi esportaturi Ċiniżi se jkunu soġġett għal dazji aktar baxxi. Skont dawn is-suppożizzjonijiet, il-kalkoli wrew li, fil-medja, għall-utenti kollha li kkooperaw, l-impatt ta' żieda fil-prezz tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ fuq il-profitabilità ser ikun inqas minn punt perċentwali kif imsemmi hawn fuq.

3.2.   Nuqqas ta' interkambjabbiltà

(404)

Bosta utenti ddikjaraw li ħafna mill-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament meħtieġa mill-industrija tal-utenti ma setgħux jinxtraw minn fuq l-ixkaffa. Minflok, jeħtieġ li l-fornituri jgħaddu minn proċess ta' kwalifikazzjoni fit-tul u kkumplikat, li jista' jdum bejn sitt (6) xhur u 12-il xahar, mingħajr garanzija ta' suċċess. Għaldaqstant, bidla tal-fornitur sabiex jevitaw milli jħallsu dazji tiswa ħafna flus, u hija impossibbli fit-terminu qasir u riskjuża minn perspettiva teknoloġika.

(405)

F'dan ir-rigward, huwa rikonoxxut li, f'applikazzjonijiet partikolari, il-karatteristiċi tal-prodott ikkonċernat tabilħaqq jistgħu jirriżultaw fi proċess ta' kwalifika twil li jinkludi l-ittestjar. Madankollu, anki fid-dawl tal-kummenti riċevuti minn bosta utenti, bħalissa jeżistu diversi sorsi għall-biċċa l-kbira tal-każijiet. Barra minn hekk, l-investigazzjoni sabet li normalment l-utenti jkollhom bosta għażliet għall-provvista bħala pożizzjoni ta' riżerva u spiss ikunu kkwalifikaw il-prodott ta' bosta fornituri sabiex ma jkunux jiddependu fuq fornitur wieħed biss. Ta' min ifakkar ukoll li l-miżuri ma għandhomx l-għan li jċaħħdu l-aċċess għas-suq tal-Unjoni lil ċerti fornituri — peress li kwalunkwe miżura proposta għandha l-uniku għan li ġġib lura l-kummerċ ġust u tikkoreġi sitwazzjoni ta' distorsjoni tas-suq.

(406)

Għaldaqstant, mhuwiex probabbli li l-impożizzjoni ta' miżuri fuq il-prodott ikkonċernat mir-RPĊ ser tirriżulta f'waqfien temporanju tal-provvista tal-materja prima lill-industrija tal-utenti.

3.3.   Nuqqas ta' possibbiltà li jingħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet tal-kostijiet u kompetizzjoni ikbar minn prodotti downstream mhux mill-Unjoni

(407)

Bosta utenti ddikjaraw li qed jaffaċċjaw kompetizzjoni ħarxa minn produtturi mhux mill-Unjoni u, għaldaqstant, ma jkunux f'pożizzjoni li jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat lill-konsumaturi tagħhom peress li dan iwassal għal telf fil-bejgħ. Minħabba d-diversità bejn il-kumpaniji tal-utenti, il-ħila li jingħaddu żidiet potenzjali fil-kostijiet lill-konsumaturi ser tvarja minn tip ta' utent għal ieħor. Minkejja dan, fuq il-bażi tad-dejta fit-tweġibiet għall-kwestjonarju, għal utenti li mhumiex f'pożizzjoni li jgħaddu ħafna miż-żieda tal-kostijiet, fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-fatturat u l-profittabilità tagħhom ikunu affettwati biss sa ċertu punt limitat.

(408)

Bosta utenti esprimew it-tħassib li l-impożizzjoni tad-dazji antisussidji toħloq żvantaġġ kompetittiv lil fornituri mhux mill-Unjoni li għandhom aċċess għall-prodott ikkonċernat bla miżuri. L-utenti jiddikjaraw li huma f'kompetizzjoni ma' importazzjonijiet mir-RPĊ fis-swieq downstream tagħhom. L-impożizzjoni tal-miżuri f'daqqa tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni kompetittiva. Fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkustanzi, ġie argumentat li ma jkunx possibbli li żieda fil-prezz tal-materja prima tagħhom tingħadda lill-konsumaturi. Ġie argumentat ukoll li dan iwassal għar-rilokazzjoni tal-produzzjoni barra l-Unjoni u b'hekk ikun hemm telf importanti ta' impjiegi.

(409)

Ta' min jinnota li l-fatt li l-impożizzjoni ta' miżuri kompensatorji tista' żżid il-kompetizzjoni ma jistax ikun raġuni biex ma jiġux imposti miżuri, jekk iġġustifikati. Dawn l-investigazzjonijiet jikkonċernaw prodott speċifiku. Kwalunkwe industrija tal-utenti hija kompletament intitolata li tirrikorri għal-liġi tal-Unjoni dwar in-negozju u titlob investigazzjoni antidumping għall-prodotti tagħha. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet dwar il-postijiet korporattivi jiddependu fuq numru kbir ta' fatturi. Mhuwiex probabbli li deċiżjoni ta' rilokazzjoni tiddependi biss fuq dazji ta' materja prima waħda.

(410)

Bosta partijiet iddikjaraw li l-produtturi tal-Unjoni huma kumpaniji globali ta' proprjetà barranija u li l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji imħallta huma, madankollu, żgħar jew medji u ta' propjetà lokali. Dawn l-SMEs iddikjaraw li d-dazji se jwasslu għal aktar telf ta' impjiegi. Is-CCCLA iddikjarat li se jseħħ telf ta' impjiegi fl-Unjoni meta l-utenti jirrilokaw minħabba żieda fid-dazji. Barra minn hekk, utent wieħed stqarr ukoll li kull rilokazzjoni mill-utenti se twassal ukoll għal inqas tal-bejgħ għall-industrija tal-Unjoni.

(411)

Il-Kummissjoni tikkunsidra ugwalment l-impjiegi kollha fl-Unjoni, irrispettivament mis-sjieda u d-daqs tal-kumpanija. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-premessi (400) u (403). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis it-talbiet dwar ir-rilokazzjoni, it-telf potenzjali ta' impjiegi, u ta' bejgħ aktar baxx għall-industrija tal-Unjoni bħala spekulattivi u mhux sostanzjati.

(412)

Diversi partijiet iddikjaraw li l-prodotti huma attwalment manifatturati fl-Unjoni għas-suq dinji f'kompetizzjoni ma' pajjiżi terzi. Utent wieħed stqarr li jista' jimporta l-prodott ikkonċernat taħt kontroll ta' pproċessar attiv mingħajr ma jħallas dazji tal-anti-dumping sakemm il-prodott lest li jimmanifattura imbagħad jiġi esportat barra mill-Unjoni. Madankollu, ir-riżultat ta' dan ikun li dan l-utent jista' joffri lill-konsumaturi tiegħu mhux tal-Unjoni prezzijiet aktar kompetittivi minn konsumaturi tiegħu tal-Unjoni.

(413)

Tabilħaqq, l-utenti jistagħu jagħmlu użu mill-prodott ikkonċernat taħt kontroll ta' pproċessar attiv mingħajr ma jħallas dazji tal-anti-dumping sakemm il-prodott lest li jimmanifattura imbagħad jiġi esportat barra mill-Unjoni. Dan madankollu ma jbiddilx il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f'din l-investigazzjoni.

3.4.   Nuqqas ta' provvista

(414)

Utent minnhom iddikjara li l-industrija tal-Unjoni mhijiex f'pożizzjoni li tissodisfa bis-sħiħ id-domanda fl-Unjoni b'mod partikolari fir-rigward ta' ċerti tipi ta' ordnijiet kbar ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament imfassla apposta. Barra minn hekk, dak l-utent jiddikjara li wisq probabbli minħabba l-kapaċitajiet limitati tal-produzzjoni tal-Unjoni, ebda produttur tal-Unjoni ma huwa ser ikun lest li jiddedika parti kbira mill-kapaċità tiegħu sabiex jaqdi lil konsumatur wieħed. Utent ieħor iddikjara li ma hemm ebda provvista eċċessiva ta' trofof imqattgħin u li l-esklużjoni tar-RPĊ mis-suq tal-Unjoni, speċjalment fid-dawl ta' żieda fid-domanda, twassal għal problemi kbar fil-provvista fis-suq tal-Unjoni. Il-gvern tar-RPĊ jikkwota lill-produttur tal-Unjoni 3B li ma ġiet installata ebda kapaċità ta' tidwib ġdida fl-industrija mill-2002 'l hawn u li sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq, b'mod partikolari fl-Ewropa, hemm bżonn ta' kapaċità addizzjonali ta' produzzjoni ta' 200 000 tunnellata.

(415)

F'dan ir-rigward, l-ewwel ta' min jinnota li l-iskop tal-miżuri kompensatorji huwa li jirrimedjaw prattiki kummerċjali inġusti li għandhom effett dannuż fuq l-industrija tal-Unjoni u terġa' tiġi stabbilita sitwazzjoni ta' kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-Unjoni, u mhux li jiġu eliminati l-importazzjonijiet. Il-miżuri hekk kif proposti mhumiex tali li jagħlqu s-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi mir-RPĊ, anki bi prezzijiet mhux dannużi u, għaldaqstant, jippermettu l-preżenza kontinwa tal-importazzjonijiet ta' trofof imqattgħin, kif ukoll prodotti oħrajn tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni.

(416)

Fir-rigward tal-ħila tal-industrija tal-Unjoni sabiex tikkumpensa għal kwalunkwe nuqqas potenzjali ta' trofof imqattgħin, il-livell attwali ta' użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni jagħti lok għal xi produzzjoni addizzjonali mill-industrija tal-Unjoni.

(417)

trofof imqattgħin, bħal kwalunkwe tip ieħor ta' prodott tal-prodott ikkonċernat, jista' jiġi importat fl-Unjoni minn pajjiżi terzi bħall-Malasja wkoll.

(418)

Barra minn hekk, produtturi tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament miċ-Ċina bdew jiftħu impjanti eqreb lejn l-Unjoni (l-Eġittu u l-Baħrejn) bħala bażi għal provvista għas-suq tal-Unjoni.

(419)

Fir-rigward ta' dan li ntqal hawn fuq, jista' jiġi konkluż li nuqqas potenzjali fil-provvista ta' trofof imqattgħin jista' jiġi indirizzat bl-użu estiż tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, importazzjonijiet minn pajjiżi sors oħrajn kif ukoll billi jitkomplew l-importazzjonijiet mir-RPĊ bi prezz mhux dannuż.

(420)

Fuq il-bażi tas-sezzjonijiet ta' hawn fuq huwa konkluż li l-effett ġenerali tal-impożizzjoni tal-miżuri f'daqqa fuq l-industriji downstream tal-Unjoni huwa limitat u ma jegħlibx l-effett pożittiv tal-miżuri għall-industrija tal-Unjoni.

(421)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, assoċjazzjoni tal-industrija ddikjarat li huwa diffiċli li wieħed jifhem li l-produtturi tal-Unjoni għandhom kapaċità wieqfa meta teżisti skarsezza ta' fibra tal-ħġieġ b'żidiet fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Bosta partijiet tennew id-dikjarazzjoniet tagħhom li jimponu miżuri ulterjuri se jwasslu għal skarsezza ta' provvista minn produtturi tal-Unjoni.

(422)

Għall-perjodu kkunsidrat, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda skarsezza fil-provvista. Fir-rigward tal-iskarsezza potenzjali fil-provvista futura, il-Kummissjoni tikkunsidra li żieda fid-dazji ma twaqqafx l-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ u minn pajjiżi terzi kif stabbilit hawn fuq.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(423)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, huwa mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri f'daqqa tipprovdi opportunità għall-industrija tal-Unjoni sabiex din ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha permezz ta' żieda fil-prezzijiet ta' bejgħu u s-sehem mis-suq. Filwaqt li uħud mill-effetti negattivi jistgħu jseħħu fil-forma ta' żidiet fil-kostijiet għal ċerti utenti, aktarx li jkunu kkumpensati mill-benefiċċji mistennija għall-industrija tal-Unjoni u l-fornituri tagħha.

(424)

Għaldaqstant, huwa konkluż li, bħala bilanċ, ma teżisti ebda raġuni mmotivata kontra l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ.

(425)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet argumentaw li l-konsegwenzi tal-miżuri proposti huma sottovalutati. Huma jiddikjaraw li l-Kummissjoni tagħti aktar widen għad-dikjarazzjonijiet ta' grupp żgħir tal-fibra tal-ħġieġ milli ta' reżistenza minn grupp ħafna akbar, imma frammentat ta' sottofornituri żgħar u medji li ma kellhomx opportunità vera li jirrispondu bl-istess saħħa.

(426)

Dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex aċċettati għaliex l-utenti ingħataw bosta opportunitajiet biex jippreżentaw ruħhom matul l-investigazzjoni. Ħafna minnhom għamlu dan, u d-dejta tagħhom ġiet eżaminata fid-dettall u meqjusa. Ingħatat importanza lill-partijiet interessati kollha matul l-investigazzjoni.

G.   MIŻURI TAL-ANTIDUMPING U KOMPENSATORJI DEFINITTIVI

(427)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar is-sussidju, id-dannu, il-kawża u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri definittivi sabiex jiġi evitat milli jiġi kkaġunat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji.

1.   Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

(428)

Biex jinstab il-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet l-ammont tad-dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(429)

Id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping. Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, intuża profitt mira ta' 5 %.

(430)

L-APFE talbet profitt mira ta' 10 %-12 %. L-APFE ddikjarat li l-profitt mira għall-analiżi għandu jqis il-ħtieġa għal industrija intensiva fl-użu tal-kapital li tinkiseb redditu sodisfaċenti fuq il-kapital imħaddem kif mistenni mill-investituri. L-APFE tirreferi wkoll għal rapport ta' Stern Business School tal-Università ta' New York li fih huma kalkolati l-ispejjeż medji ponderati tal-kapital (WACC), billi jingħaqdu l-kost tal-ekwità u l-kost tad-dejn għal bosta setturi industrijali (43). Ir-rapport ta' Stern jikkalkola d-WACC medji għall-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament għal bejn 8,3 % u 8,4 %. Barra minn hekk, l-APFE tirreferi għall-profitt ta' 8.3 % użat fil-każ tal-pannelli solari miċ-Ċina (44). Jiddikjaraw ukoll li minħabba li l-kostijiet tal-ekwità u tad-dejn huma kemxejn ogħla fl-Unjoni meta mqabblin mal-Istati Uniti, il-medda tar-rata għall-Unjoni għandha tkun ftit ogħla, fil-medda ta' 10 % sa 12 %.

(431)

Il-profitt proprju li sar matul il-perjodu kkunsidrat ma jistax jintuża peress li kien għad hemm volumi importanti ta' importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping ġejjin mir-RPĊ minkejja d-dazji attwali fis-seħħ.

(432)

Fil-każ tal-ħġieġ solari mir-RPĊ, intuża profitt mira ta' 8,3 % peress li dan kien il-profitt medju miksub mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fl-2010 meta l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu għadhom żgħar u għaldaqstant ma setgħux joħolqu distorsjoni fil-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni sa dak iż-żmien (jiġifieri profitt li kien għadu mhux affettwat minn importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping).

(433)

Filwaqt li ma hemmx dubju li l-industrija tal-Unjoni hija industrija ferm intensiva fl-użu tal-kapital, l-APFE ma rnexxilhiex turi li l-profitt mira bbażat fuq id-WACC tar-Rapport ta' Stern jissodisfa t-test applikabbli. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata.

(434)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-APFE argumentat li s-sejbiet dwar il-profitt fil-mira għandu jiġi rivedut minħabba li l-industrija tal-Unjoni hija kapaċi tilħaq livelli ta' profitt ogħla minn 5 % fir-rigward ta' tipi ta' prodotti, trofof imqattgħin ta' użu fuq l-imxarrab (WUCS) għal materjali mhux minsuġin u WUCS għall-ġibs, fejn jistgħu jikkompetu b'mod ġust ma' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u ma jiffaċċjawx twaqqigħ aggressiv tal-prezz minn prodotti tal-fibra tal-ħġieġ oġġett ta' dumping u ssussidjati miċ-Ċina.

(435)

Fl-investigazzjoni preċedenti intużat mira ta' profitt ta' 5 %. Fl-assenza ta' argumenti issostanzjati rigward il-kundizzjonijiet ġodda tas-suq li jiġġustifikaw livell ogħla ta' mira ta' qligħ, dan il-profitt fil-mira nżamm.

(436)

Barra minn hekk, billi l-WUCS, bħal kwalunkwe tip ieħor tal-prodott ikkonċernat, jintużaw bħala materjali tat-tisħiħ, il-WUCS għandhom ħajja limitata fuq l-ixkaffa u spejjeż ogħla tat-trasport minħabba l-piż addizzjonali tal-kontenut tal-ilma (ara premessa (63). Il-WUCS jiġu importati fl-Unjoni fi kwantitajiet ferm aktar baxxi minn prodotti oħra tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament. Il-marġni ta' profitt unikament għal din it-tip ta' prodott huwa għalhekk mhux rappreżentattiv għall-prodott ikkonċernat.

(437)

Imbagħad, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta' paragun tal-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun mir-RPĊ, bil-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil kienet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponerat tal-importazzjoni.

(438)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, wieħed mill-produtturi esportaturi ddikjara li kien hemm xi nuqqas ta' preċiżjoni bil-valuri CIF ta' 3 PCN's.

(439)

Wara verifikazzjoni, il-Kummissjoni aġġustat il-valuri CIF rispettivi li wasslu għal bidla żgħira fil-marġni tat-twaqqigħ u sottokwotazzjoni tal-prezzijiet għal dan il-produttur esportatur.

(440)

Għaldaqstant, ġew stabbiliti l-livelli ta' eliminazzjoni tad-dannu li ġejjin:

Il-Kumpanija

Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

Jushi Group

24,8 %

Jiangsu Changhai Group

4,9 %

Chongqing Polycomp International Corporation

29,6 %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

26,1 %

(441)

Utent minnhom iddikjara li l-fatti kollha baqgħu l-istess u li, għaldaqstant, l-uniku mod li bih il-Kummissjoni tista' tasal għal konklużjoni li d-dannu allegatament ikkaġunat mill-importazzjonijiet mir-RPĊ mar għall-agħar huwa jekk il-Kummissjoni tħaddem metodoloġija differenti biex tikkalkola l-marġni tad-dannu meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali.

(442)

Il-fatti ma baqgħux l-istess. Għalhekk, bl-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-investigazzjoni oriġinali, il-kalkolu tal-marġni ta' dannu attwali iwassal għal riżultat differenti, fid-dawl ta' bidliet fid-dejta sottostanti, bħall-kostijiet, il-prezzijiet u t-telf.

(443)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, wieħed mill-produtturi esportaturi staqsa x'jistgħu jkunu dawk it-tibdiliet fiċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw kalkolu bbażat fuq PCN ta' marġini ta' ħsara meta mqabbla mar-rata medja sempliċi ta' tqabbil ta' prezz ma' prezz kif sar fl-investigazzjoni oriġinali.

(444)

Il-Kummissjoni tqis li metodoloġija bażika tal-investigazzjonijiet attwali hija l-istess bħal dik applikata fl-investigazzjoni preċedenti. Gie applikat teħid ta' kampjuni u sar kwalunkwe paragun fuq bażi inter pares. Kalkolu bbażat fuq PCN ta' marġini ta' ħsara ippermetta għal kalkolu aktar dettaljat u preċiż, iżda dan ma jistax jiġi kkunsidrat bħala bidla fil-metodoloġija.

(445)

L-istess produttur esportatur iddikjara wkoll li twapet ta' trofof imqattgħin magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ jiffurmaw parti mill-prodott ikkonċernat, iżda dak il-kalkolu tal-marġni tal-ħsara ma jirriflettix il-PCNs tat-twapet magħmula minn trofof imqattgħin. Il-produttur esportatur staqsa jekk (i) il-produtturi tal-Unjoni kinux qegħdin jipproduċu aktar dawk it-twapet ta' trofof imqattgħin u (II) għaliex il-Kummissjoni ma jidhirx li fil-passat kellha xi diffikultà biex issib sostitut għal tip ta' prodott maġġuri għall-iskop ta' kalkolu ta' marġni ta' ħsara anke jekk ma kienx hemm qbil preċiż abbażi tal-PCN.

(446)

Il-prodott ikkonċernat fil-fatt jinkludi xi twapet ta' trofof imqattgħin u xi (entitajiet ta') produtturi tal-Unjoni jipproduċu dawn it-twapet. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ipproduċew tipi ta' twapet li ma kinux importati mir-RPĊ matul il-PI. Madankollu, b'mod ġenerali, il-PCN li qabel kien għoli u għalhekk ma kienx hemm ħtieġa li wieħed jirrikorri għal xi sostitut.

(447)

Barra minn hekk, dan il-produttur esportatur staqsa i) għaliex livell ta' aġġustament tal-kummerċ (“LOT”) kien meħtieġ u lil min il-produtturi tal-Unjoni attwalment ibiegħu l-prodotti tagħhom, u ii) għaliex, għal bejgħ Ċiniżi, ma ġewx ikkunsidrati fil-marġni tal-ħsara l-ispejjeż tal-UE tat-trasport lejn il-maħżen u l-ispejjeż tal-ħażna.

(448)

Il-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun isir fil-biċċa l-kbira direttament lill-utenti finali. Għal tal-esportaturi Ċiniżi fil-kampjun, dan ma kienx il-każ. Aktar bejgħ kien qed isir permezz tad-distributuri jew kanali oħra intermedjarji ta' bejgħ. Għalhekk, biex il-prezzijiet ikunu komparabbli aħjar, il-bejgħ kollu inġeb għal-livell ta' utent finali tal-bejgħ. Skont il-metodoloġija standard, il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz jqis l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni filwaqt illi l-marġini ta' ħsara huwa bbażat fuq il-valur CIF tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet Ċiniżi.

(449)

Il-produttur esportatur staqsa wkoll għaliex id-dazju eżistenti antidumping mhuwiex inkluż fil-marġini ta' ħsara peressli l-inklużjoni ta' dan id-dazju fil-valur CIF ikun konsistenti mal-metodoloġija tat-twaqqigħ tal-prezz applikata.

(450)

Il-marġni tal-eliminazzjoni tal-ħsara kif ippreżentata f'dan ir-Regolament jirrifletti l-marġni sħiħ meħtieġ sabiex jiġi eliminat id-dannu. Meta l-marġni eżistenti tal-antidumping kien jiġi inkluż fil-marġini tat-tneħħija tal-ħsara, wieħed kien jikseb biss marġni ta' eliminazzjoni parzjali.

(451)

Ward-divulgazzjoni definittiva, l-ilmentatur iddikjara li minħabba l-fatt li Jiangsu Changhai Group instab li ma kienx qed jikkoopera bis-sħiħ mal-investigazzjoni (ara t-taqsima C. 2.1. hawn fuq), l-informazzjoni relatata mal-prezz tal-esportazzjoni ta' Jiangsu Changhai Group ma kinitx affidabbli u għalhekk m'għandhiex tintuża fil-kalkolu tal-marġni ta' ħsara. L-ilmentatur argumenta li l-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp jista' jkun difettuż fil-każ li jkun ġie stabbilit fuq il-bażi tal-ispejjeż ta' produzzjoni tal-kumpanija li ma setgħux jiġu verifikati b'mod xieraq minħabba n-nuqqas tal-kumpanija li tikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Il-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp għandu pjuttost jiġi stabbilit fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji.

(452)

Kif spjegat fil-premessa (92), fi ħdan il-grupp, il-prodott ikkonċernat ma kienx esportat mill-kumpanija li pprovdiet informazzjoni qarrieqa iżda biss minn OCH. Dan tal-aħħar madankollu kkoopera bis-sħiħ fiż-żewġ investigazzjonijiet u pprovda informazzjoni affidabbli dwar il-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp (eż. ġew ipprovduti fatturi u ġew ivverifikati mill-Kummissjoni fuq il-post). Għalhekk, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni biex tiddubita l-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp. Il-kalkolu tal-marġini tal-ħsara sar fuq il-bażi tal-prezz reali verifikat tal-esportazzjoni -kif kien jidher fuq il-fatturi tal-bejgħ -irrispettivament kif kien qed jiġi stabilit jew jekk kienx ibbażat fuq l-ispejeż tal-produzzjoni tal-kumpanija.. Għaldaqstant, dan l-argument ma ġiex aċċettat.

2.   Miżuri definittivi

(453)

L-investigazzjoni antisussidji saret b'mod parallel mar-rieżami tal-miżuri tal-antidumping, limitati għad-dannu. Fid-dawl tal-użu tar-regola dwar id-dazju inferjuri u l-fatt li l-marġnijiet ta' sussidji definittivi huma inqas mil-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament antisussidji bażiku, għandha timponi d-dazju kumpensatorju definittiv fil-livell tal-marġnijiet ta' sussidju definittivi stabbiliti u mbagħad timponi d-dazju anti-dumping definittiv sal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu relevanti.

(454)

Fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija u tal-fatti tal-każ, b'mod partikolari l-fatt li l-miżuri huma limitati bil-marġini tal-ħsara, il-Kummissjoni tqis li l-ebda kwistjoni ta' “għadd doppju” ma qamet f'dan il-każ.

(455)

Minħabba r-rata għolja ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, id-dazju tal-'kumpaniji kollha l-oħrajn' ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla dazju li jrid jiġi impost fuq il-kumpaniji fil-kampjun jew li kkooperaw fl-investigazzjonijiet. Id-dazju tal-'kumpaniji kollha l-oħrajn' ser jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet.

(456)

Għall-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħrajn mhux fil-kampjun li kkooperaw elenkati fl-Anness I, ir-rata tad-dazju definittiv hija stabbilita bil-medja ponderata tar-rati stabbiliti għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun bl-esklużjoni tal-Grupp li fih jappartjeni l-produttur esportatur soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1).

(457)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur talab li jikkwalifika għal trattament individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku antidumping u biex jirċievi kalkolu individwali tal-marġni tad-dumping.

(458)

Madankollu, minħabba li r-rieżami interim parzjali huwa limitata għall-ħsara, il-marġnijiet ta' dumping kif stabbilit fl-investigazzjoni anti-dumping preċedenti jibqgħu l-istess. Għalhekk it-talba għal marġini individwali ta' dumping ma ġietx aċċettata.

(459)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġu imposti dawn id-dazji huma stabbiliti kif ġej:

Esportatur Ċiniż

Marġni tad-dumping (stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali)

Marġni ta' sussidju

Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

Dazju kompensatorju

Dazju antidumping

Jushi Group

29,7 %

10,3 %

24,8 %

10,3 %

14,5 %

Jiangsu Changhai Group

9,6 %

5,8 %

4,9 %

4,9 %

0 %

Chongqing Polycomp International Corporation

29,7 %

9,7 %

29,6 %

9,7 %

19,9 %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

29,7 %

10,2 %

26,1 %

10,2 %

15,9 %

Ir-rati tad-dazju tal-kumpaniji l-oħra kollha

 

 

 

10,3 %

19,9 %

(460)

Ir-rata tad-dazju antidumping u antisussidji tal-kumpanija individwali speċifikata f'dan ir-Regolament ġiet stabbilita fuq il-bażi tas-sejbiet ta' dawn l-investigazzjonijiet. Għaldaqstant, tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet matul dawn l-investigazzjonijiet fir-rigward tal-kumpanija kkonċernata. B'hekk, din ir-rata tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli għall-pajjiż sħiħ għall-“kumpaniji kollha l-oħrajn”) hija applikabbli b'mod esklussiv għal importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodotti mill-kumpanija msemmija. Il-prodotti importati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-'kumpaniji kollha l-oħrajn'.

(461)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni tar-rata ta' dazju individwali jekk imbagħad tibdel isem l-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (45). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni relevanti kollha biex ikun jista' jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla ta' isem il-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha, ser jiġi ppubblikat avviż dwar il-bidla tal-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(462)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta' dazju għall-kumpaniji kollha l-oħrajn ma għandux ikun japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda anki għal dawk il-prodotturi li ma kellhom ebda esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PI.

3.   L-impriża

(463)

Produttur esportatur Ċiniż offra impenn fuq il-prezz skont it-tifsira tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku antisussidji. L-offerta tal-impenn fiha Prezzijiet Minimi tal-Importazzjoni (MIPs) għal diversi tipi ta' prodotti ewlenin u tipi ta' prodotti sekondarju tal-prodott ikkonċernat.

(464)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-prodott ikkonċernat jeżisti f'diversità ta' tipi ta' prodotti sekondarji u ta' gradi fejn id-differenza fil-prezzijiet tvarja sa 700 %. Għalhekk hemm riskju għoli għal kumpens trasversali. Fi ħdan tip wieħed ta' prodott, il-prezzijiet jistgħu jvarjaw sa 550 %, skont is-sub tipi tal-prodott. Barra minn hekk, l-MIPs differenti kif proposti mill-produttur esportatur Ċiniż kienu ferm 'l isfel mill-prezz mhux dannuż u għalhekk ma jneħħux il-ħsara kif imġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(465)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, għad-dwana, ma jkunx possibbli li wieħed jiddistingwi l-ispeċifikazzjoni bla analiżi individwali ta' kull tranżazzjoni importata sabiex jiġi ddeterminat f'liema grupp tal-MIP jidħol il-prodott, u għaldaqstant il-monitoraġġ isir goff wisq, jekk mhux ukoll imprattikabbli.

(466)

Barra minn hekk, il-kumpanija tesporta lejn l-Unjoni wkoll prodotti oħra li mhumiex soġġetti għall-miżuri. Għaldaqstant, jeżisti r-riskju ta' kumpens jekk dawn il-prodotti jkunu mibjugħa lill-istess konsumaturi. Ċerti konsumaturi tagħha fl-Unjoni huma kumpaniji li jikkumerċjaw ukoll ma' kumpaniji relatati oħrajn minn barra l-Unjoni. Dawn ir-rabtiet kumplessi ta' kummerċ u negozju joħolqu aktar riskji potenzjali ta' kumpens trasversali.

(467)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, l-offerta ta' impenn fuq il-prezz ma ġietx aċċettata.

(468)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku antidumping ma tax opinjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1)   Bil-preżenti huwa impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' trofof imqattgħin tal-fibra tal-ħġieġ, b'tul ta' mhux iktar minn 50 mm; ftietel tal-fibra tal-ħġieġ, għajr ftietel tal-fibra tal-ħġieġ li huma mxappin u miksijin u għandhom telf mat-tqabbid ta' iktar minn 3 % (kif stipulat mill-Istandard tal-ISO 1887); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tas-suf minerali li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 (kodiċi TARIC 7019120021, 7019120022, 7019120023, 7019120025, 7019120039) u 7019 31 00 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(2)   Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpanniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Il-Kumpanija

Dazju kumpensatorju definittiv (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

10,3

B990

Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd; u Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd; Changzhou Tianma Group Co., Ltd

4,9

A983

Chongqing Polycomp International Corporation

9,7

B991

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I

10,2

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

10,3

A999

(3)   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju kumpensatorju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata, japplika d-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(4)   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Bil-preżenti, l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 huwa sostitwit ma' dan li ġej.

(1)

Bil-preżenti huwa impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' trofof imqattgħin tal-fibra tal-ħġieġ, b'tul ta' mhux iktar minn 50 mm; ftietel tal-fibra tal-ħġieġ, għajr ftietel tal-fibra tal-ħġieġ li huma mxappin u miksijin u għandhom telf mat-tqabbid ta' iktar minn 3 % (kif stipulat mill-Istandard tal-ISO 1887); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tas-suf minerali li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 (kodiċi TARIC 7019120021, 7019120022, 7019120023, 7019120025, 7019120039) u 7019 31 00 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(2)

Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Il-Kumpanija

Dazju antidumping definittiv (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

14,5

B990

Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd; Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd; Changzhou Tianma Group Co., Ltd

0

A983

Chongqing Polycomp International Corporation

19,9

B991

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness 1

15,9

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

19,9

A999

(3)

L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju antidumping speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata, japplika d-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(4)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51

(3)  Ir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 tad-9 ta' Marzu 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 67, 15.3.2011, p. 1).

(4)  Notifika ta' bidu ta' proċediment antisussidji fir-rigward tal-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU C 362, 12.12.2013, p. 66

(5)  Ir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011, ĠU L 67, 15.3.2011

(6)  Notifika ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU C 371, 18.12.2013, p. 19.

(7)  Rapport tal-Korp tal-Appell, Komunitajiet Ewropej — Miżuri antidumping Definittivi fuq Ċerti Qfieli tal-Ħadid jew tal-Azzar miċ-Ċina, WT/DS397/AB/R, p. 152

(8)  Ir-Regolament UE Nru 765/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, ĠU L 237, 3.9.2012, p. 1,2.

(9)  Avviż dwar is-sentenza tal-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ adottata fit-28 ta' Lulju 2011, ĠU C 86, 23.3.2012, p. 5

(10)  3B Fibreglass SPRL, Owens Corning Fibreglass France u Johns Manville Slovakia a.s.

(11)  It-trofof imqattgħin huma trofof tal-ħġieġ kontinwi mqattgħin f'tul mixtieq u disponibbli b'firxa wiesgħa ta' trattamenti tal-uċuħ biex tiġi żgurata kompatibbiltà ma' ħafna mis-sistemi ta' reżini. Dawn jistgħu jkunu trofof imqattgħin għal użu fuq in-niexef jew trofof imqattgħin għal użu fuq l-imxarrab.

(12)  Il-ftietel huma trofof tal-ħġieġ kontinwi, miġbura flimkien, mingħajr ebda tinja mekkanika u mkebbin, sabiex jifformaw pakkett ċilindriku tubulari.

(13)  Twapet tal-filament huma trofof kontinwi marbutin imqattgħin.

(14)  Ftietel minsuġin huma ftietel li jinħallu minn rukkell għall-ieħor u f'dak il-proċess jiġu voluminizzati/minsuġin b'makkinarju tal-insiġ li jonfoħ l-arja ġot-trofof tal-ftietel diretti.

(15)  Il-Kapitolu XIV, punt 6 tal-Katalgu għall-industriji li jinkoraġġixxi l-investiment barrani jirreferi għall-prodotti tal-fibra tal-ħgieg b'mod espliċitu: “Il-produzzjoni tal-prodotti tal-fibra tal-ħgieg u fibra tal-ħġieġ speċjali”,

(16)  Kapitolu II, Artikolu 5 tad-Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

(17)  Kapitolu III, Artikolu 17 tad-Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

(18)  It-“tielet” sett ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati kien datat il-15 ta' Mejju 2014 filwaqt li ż-żjara ta' verifika fil-bini tal-kumpanija saret fid-29-30 ta' Mejju 2014.

(19)  Id-Deċiżjoni Nru 40, Artikolu 17.

(20)  Il-liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82) (Artikolu 18) li tistipula li L-Istat għandu jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex iwettqu n-negozju ta' ipotekar ta' drittijiet tal-proprjetà intellettwali, iħeġġu u jagħtu gwida lit-tali istitutzzjonijiet b'appoġġ tal-applikazzjonijiet ta' avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi u l-iżvilupp ta' industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida billi jagħtu self, eċċ., u jħeġġu lill-aġenziji tal-assigurazzjoni sabiex jintroduċu prodotti tal-assigurazzjoni fid-dawl tal-ħtieġa tal-iżvilupp ta' industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida

(21)  Iċ-Ċirkulari tal-PBOC fuq il-Kwistjonijiet dwar l-Aġġustament tar-Rati tal-Imgħax fuq Depożiti u Self-Yinfa (2004) Nru 251 (“Ċirkulari 251”).

(22)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66

(23)  ĠU L 142, 14.5.2014, p. 32.

(24)  L-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali.

(25)  “trafilaġġ tal-forn tal-fibra tal-ħġieġ-E […], l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' fibra tal-ħġieġ bi prestazzjoni għolja u l-prodotti tagħha.”

(26)  Il-kalkolu tal-marġni tas-sussidju għal dan il-grupp kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli kif spjegat fil-premessa (89).

(27)  Il-kalkolu tal-marġni tas-sussidju għal dan il-grupp kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli kif spjegat fil-premessa (89)

(28)  Il-kalkolu tal-marġni tas-sussidju għal dan il-grupp kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli kif spjegat fil-premessa (89).

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta' Marzu 2013, premessa 116.

(30)  George E. Peterson, Land leasing and land sale as an infrastructure-financing option (Kiri ta' art u bejgħ ta' art bħala alternattiva ta' finanzjament tal-infrastruttura), Dokument ta' Ħidma 4043 tar-Riċerka fuq Politiki tal-Bank Dinji, fis-7 ta' Novembru 2006, Dokument ta' Ħidma tal-FMI (WP/12/100), An End to China's Imbalances (Tmiem l-Iżbilanċi taċ-Ċina), April 2012, p. 12

(31)  Dokument ta' Ħidma tal-FMI (WP/12/100), An End to China's Imbalances, April 2012, p. 12.

(32)  Il-kalkolu tal-marġni tas-sussidju għal dan il-grupp kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli kif spjegat fil-premessa (89).

(33)  Il-kalkolu tal-marġni tas-sussidju għal dan il-grupp kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli kif spjegat fil-premessa (89).

(34)  Id-database tal-14(6) mid-DĠ TRADE fiha dejta dwar l-importazzjoni ta' prodotti li huma soġġetti għal miżuri jew investigazzjonijiet ta' anti-dumping jew antisussidji, kemm mill-pajjiżi kkonċernati mill-proċediment u minn pajjiżi terzi oħra, fuq il-livell ta' Kodiċi TARIC b' 10 numri.

(35)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Settembru 1990 li ttemm ir-rieżami tal-miżuri anti-dumping dwar karbonat dens tas-sodju li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, ĠU 1999, L 283, p. 38

(36)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 1998 li twaqqaf il-proċeduri tal-antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' qari ottiku bil-lażer, u l-elementi kostitwenti prinċipali, għall-użu f'vetturi bil-mutur, li joriġinaw fil-Ġappun, il-Korea, il-Malasja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan, ĠU 1999, L 18, p. 62

(37)  Ir-Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2011, ĠU L 67, 15.3.2011, p. 6, premessa 64

(38)  Ir-Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2011, ĠU L 67, 15.3.2011, p. 6, premessa 54

(39)  Ycharts.com

(40)  Ir-rapport tal-Bord -China — Definitive Anti-Dumping Duties on X-Ray Security Inspection Equipment from the European Union -WT/DS425/R, para. 7.247

(41)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 li jimponi dazji definittivi kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU [2014] L142/23, Premessa 319.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 495/2002 tat-18 ta' Marzu 2002 li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 904/98 rigward l-impożizzjoni ta' dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' magni personali tal-fax, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, Singapor, it-Tajwan u t-Tajlandja, ĠU [2002] L78/1, premessa 12.

(42)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2010, ĠU L 243, 16.9.2010, p. 47, premessa 69

(43)  http://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/New_Home_Page/datafile/wacc.htm

(44)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014, ĠU L 142, 14.5.2014, p. 15, premessa 136

(45)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office CHAR 04/039, 1049 Bruxelles/Brussel, Belgique/België


ANNESS I

Produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun:

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Taishan Fiberglass Inc.;

PPG Sinoma Jinjing Fiber Glass Company Ltd

B992

Xingtai Jinniu Fiberglass Co., Ltd

B993

Weiyuan Huayuan Composite Material Co., Ltd

B994

Changshu Dongyu Insulated Compound Materials Co., Ltd

B995

Glasstex Fiberglass Materials Corp.

B996


ANNESS II

Dikrazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format segwenti, trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida imsemmija fl-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 2(3):

1.

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li jmiss: Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-prodotti magħmula mill-filament tal-fibra tal-ħġieġ mibjugħin biex jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-RPĊ. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija kompluta u korretta.

3.

Data u firma,


Top