Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0929

2014/929/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Madagaskar u l-Komunità Ewropea

ĠU L 365, 19.12.2014, pp. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/929/oj

Related international agreement

19.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 365/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Diċembru 2014

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Madagaskar u l-Komunità Ewropea

(2014/929/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Novembru 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 31/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”). Il-Protokoll attwali għall-Ftehim jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014.

(2)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja Protokoll ġdid għall-Ftehim (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll”) li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd li fiha r-Repubblika tal-Madagaskar teżerċita l-ġuriżdizzjoni tagħha. Wara dawn in-negozjati, il-Protokoll ġie inizjalat fil-19 ta' Ġunju 2014.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, l-Artikolu 15 tal-Protokoll jipprevedi l-possibbiltà li huwa jiġi applikat b'mod provviżorju minn kull Parti sa mid-data tal-iffirmar tiegħu, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2015.

(4)

Huwa xieraq li l-Protokoll jiġi ffirmat u li jiġi applikat b'mod provviżorju,sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Madagaskar u l-Komunità Ewropea huwa approvat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni ta' dan il-Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Protokoll huwa applikat b'mod provviżorju, skont l-Artikolu 15 tiegħu, mid-data tal-iffirmar tiegħu (2), iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2015, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MARTINA


(1)   ĠU L 15, 18.1.2008, p. 1.

(2)  Id-data tal-iffirmar tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top