This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014A0607(01)
Protocol setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Democratic Republic of São Tomé and Príncipe
Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe
Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe
ĠU L 168, 7.6.2014, p. 3–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 22/05/2018
ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2014/334/oj
7.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/3 |
PROTOKOLL
li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe
Artikolu 1
Il-perjodu ta' applikazzjoni u opportunitajiet ta' sajd
1. Għal perjodu ta' 4 snin, mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni provviżorja, l-opportunitajiet ta' sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 5 tal-Ftehim huma b'dan stabbiliti biex jippermettu l-qabdiet ta' speċijiet migratorji ħafna (speċijiet imniżżla fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982), bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet protetti jew ipprojbiti mill-ICCAT.
2. L-opportunitajiet ta' sajd jingħataw lil:
(a) |
28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun; |
(b) |
6 bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ. |
3. Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 6, 7 u 8 ta' dan il-Protokoll.
4. Permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni għas-sajd (liċenzja tas-sajd) maħruġa skont dan il-Protokoll.
Artikolu 2
Kontribuzzjoni finanzjarja — Metodi ta' ħlas
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd hija stabbilita, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, għal EUR 2 805 000.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi:
(a) |
ammont annwali għall-aċċess għaż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe li jammonta għal EUR 385 000 għall-ewwel tliet snin imbagħad EUR 350 000 għar-raba' sena ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 7 000 tunnellata fis-sena, u |
(b) |
ammont speċifiku ta' EUR 325 000 fis-sena għal 4 snin għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe. |
3. Il-paragrafu 1 għandu japplika skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4, 5, 7 u 8 ta' dan il-Protokoll u tal-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd.
4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 titħallas mill-Unjoni Ewropea bir-rata ta' EUR 710 000 fis-sena għall-ewwel tliet snin u ta' EUR 675 000 għar-raba' sena, li tikkorrispondi għat-total tal-ammonti annwali msemmija fil-paragrafu 2 (a) u (b).
5. Jekk il-kwantità globali annwali tal-qabdiet magħmula mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe tkun ogħla mit-tunnellata ta' referenza fis-sena indikata fil-punt 2, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tiżdied b'EUR 55 għall-ewwel tliet snin u b'EUR 50 għar-raba' sena għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu ogħla mill-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont annwali totali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dan il-limitu jitħallas is-sena ta' wara.
6. Il-ħlas isir mhux aktar tard minn disgħin (90) jum wara d-data ta' applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll għas-snin li jiġu wara.
7. L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) taqa' taħt id-diskrezzjoni sħiħa tal-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe.
8. Il-kontribuzzjoni finanzjarja indikata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha titħallas f'kont tat-Teżor Pubbliku fil-Bank Ċentrali ta' São Tomé u Príncipe, u l-kontribuzzjoni finanzjarja indikata fil-paragrafu 2(b) ta' dan l-Artikolu, assenjata lis-settur settorjali, għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tad-Direttorat tas-Sajd. L-awtoritajiet ta' São Tomé se jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bin-numri tal-kontijiet tal-bank rilevanti fuq bażi annwali.
Artikolu 3
Il-promozzjoni ta' sajd sostenibbli u responsabbli fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe
1. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd, sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, dwar Programm Settorjali Pluriennali, u l-metodi tal-applikazzjoni tiegħu, b'mod partikolari:
(a) |
il-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b); |
(b) |
il-miri, kemm annwali kif ukoll pluriennali, li għandhom jintlaħqu sabiex jitrawwem sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta' São Tomé u Príncipe fil-politika nazzjonali tas-sajd u ta' politiki oħra konnessi jew li għandhom impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli, speċjalment fir-rigward tal-appoġġ għas-sajd artiġjanali, u l-monitoraġġ, il-kontroll u l-ġlieda kontra s-sajd mhux irrapportat u mhux irregolat (IUU); |
(c) |
il-kriterji u l-proċeduri li jridu jintużaw biex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali. |
2. Kull bidla proposta fil-programm settorjali pluriennali għandha tiġi approvata mill-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
3. Kull sena, l-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe għandhom jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni ta' ammont addizzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) bil-għan li jiġi implimentat il-Programm Pluriennali. Din l-allokazzjoni trid tiġi kkomunikata lill-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard minn xahrejn (2) qabel id-data tal-anniversarju tal-Protokoll attwali.
4. Kull sena, iż-żewġ Partijiet iwettqu evalwazzjoni tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Programm Settorjali Pluriennali. Meta din l-evalwazzjoni tindika li l-miri ffinanzjati direttament mill-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) ta' din il-Protokoll ma jkunux inkisbu b'mod sodisfaċenti, il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tirrivedi dik il-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja bil-għan li taġġusta l-ammont allokat għall-implimentazzjoni tal-Programm skont ir-riżultati.
Artikolu 4
Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli
1. Iż-żewġ Partijiet b'dan jimpenjaw rwieħhom li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe fuq il-bażi tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni bejn id-diversi flotot tas-sajd preżenti f'dawk l-ilmijiet.
2. Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u São Tomé u Príncipe jimpenjaw rwieħhom biex jikkooperaw biex jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe.
3. Iż-żewġ Partijiet jimpenjaw irwieħhom biex jippromwovu, fil-livell tar-reġjun tal-Afrika Ċentrali, il-kooperazzjoni fir-rigward tas-sajd responsabbli. Iż-żewġ Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jirrispettaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet kollha tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT).
4. Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan l-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim tas-Sħubija fis-Settur tas-Sajd sabiex jittieħdu miżuri li jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll u li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Reviżjoni tal-opportunitajiet ta' sajd u ta' miżuri tekniċi bi qbil komuni
1. L-opportunitajiet ta' sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu rriveduti bi ftehim komuni sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT jikkonfermaw li din ir-reviżjoni tiggarantixxi l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll. F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) għandha tiġi rriveduta proporzjonalment u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont annwali totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a).
2. Meta jkun meħtieġ, il-Kumitat Konġunt jista' jeżamina u jadatta, bi qbil reċiproku, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kondizzjonijiet tal-attivitajiet tas-sajd u l-modalitajiet tal-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll u tal-Anness tiegħu.
Artikolu 6
L-opportunitajiet ġodda ta' sajd
1. Fir-rigward tal-operazzjoni tas-sajd mhux koperti minn dan il-Protokoll, l-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe jistgħu jitolbu lill-Unjoni Ewropea biex tikkunsidra l-possibilità ta' sajd bħal dan, abbażi tar-riżultati ta' kampanja xjentifika filwaqt li jitqies l-aħjar parir xjentifiku approvat minn esperti xjentifiċi li jirrappreżentaw iż-żewġ Partijiet.
2. Skont dawn ir-riżultati, u jekk l-Unjoni Ewropea tesprimi interess f'dan is-sajd, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet ta' São Tomé. Fejn hu xieraq, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet ġodda ta' sajd u, jekk meħtieġ, jagħmlu emendi għal dan il- Protokoll u għall-Anness tiegħu.
Artikolu 7
Sospensjoni u reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja hekk kif imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) tista' tiġi riveduta jew sospiża jekk tapplika waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin jew iktar:
(a) |
Ċirkostanzi mhux normali, kif imsemmi fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija fis-Settur tas-Sajd, li jipprevjenu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe. |
(b) |
Wara bidliet sinifikanti fir-rigward tad-dħul fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-politika tas-sajd li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta' dan il-Protokoll, waħda miż-żewġ Partijiet titlob ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li dawn jiġu emendati. |
(c) |
Fil-każ li jiġi ddeterminat il-ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-Bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikolu 8 u l-Artikolu 96 tal-imsemmi Ftehim. |
2. L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tissospendi parti minn jew il-ħlas kollu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ta' dan il-Protokoll:
(a) |
Meta r-riżultati miksuba ma jkunux konformi mal-ipprogrammar wara evalwazzjoni mwettqa mill-Kumitat Konġunt; |
(b) |
F'każ li ma tiġix implimentata l-kontribuzzjoni finanzjarja. |
3. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ Partijiet malli tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta' qabel l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikawh. Madankollu, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ma tistax titħallas wara perjodu ta' sitt (6) xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.
Artikolu 8
Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll
1. L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet jekk xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu osservati:
(a) |
Ċirkostanzi mhux normali, kif imsemmi fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija fis-Settur tas-Sajd, li jipprevjenu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe. |
(b) |
Wara bidliet sinifikanti fir-rigward tad-dħul fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-politika tas-sajd li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta' dan il-Protokoll, waħda miż-żewġ |
(c) |
Partijiet titlob ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li dawn jiġu emendati. Waħda miż-żewġ Partijiet tjiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-Bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikolu 8 u l-Artikolu 96 tal-imsemmi Ftehim. |
(d) |
L-Unjoni Ewropea tonqos li tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(2a), għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti f'dan l-Artikolu. |
(e) |
Tinqala' xi disputa dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Protokoll bejn iż-żewġ Partijiet; |
2. L-implimentazzjoni tal-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet jekk ma jkunx possibbli li d-disputa tiġi riżolta bejn il-Partijiet f'konsultazzjonijiet li jsiru mal-Kumitat Konġunt.
3. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal avviż mill-Parti kkonċernata tal-intenzjoni tagħha, bil-miktub u mhux anqas minn tliet (3) xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ.
4. F'każ ta' sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni bonarja għat-tilwim ta' bejniethom. Meta tinkiseb it-tali soluzzjoni, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b'mod proporzjonali u pro rata temporis skont it-tul ta' żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.
Artikolu 9
Dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali
1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe għandhom ikunu regolati mil-liġi applikabbli f'São Tomé u Príncipe, sakemm il-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd, dan il-Protokoll, l-Anness u l-Appendiċijiet għalih ma jistipulawx mod ieħor.
2. L-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwalunkwe tibdil jew kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida li tirrgwarda s-settur tas-sajd.
3. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma lill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe bi kwalunkwe tibdil jew leġiżlazzjoni ġdida marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea li tistad f'ilmijiet imbiegħda.
Artikolu 10
Kompjuterizzazzjoni tal-iskambji
1. São Tomé u Príncipe u l-Unjoni Ewropea se jimpenjaw rwieħhom li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.
2. Il-verżjoni elettronika ta' kwalunkwe dokument għandha f'kull każ titqies ekwivalenti għall-verżjoni stampata tagħha.
3. São Tomé u Príncipe u l-Unjoni Ewropea għandhom jinnotifikaw lil xulxin minnufih rigward kwalunkwe ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F'dan il-każ l-informazzjoni u d-dokumenti marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim jiġu awtomatikament sostitwiti mill-verżjoni stampata tagħhom.
Artikolu 11
Kunfidenzjalità tad-dejta
1. São Tomé u Príncipe u l-Unjoni Ewropea jimpenjaw rwieħhom sabiex id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti Ewropej u l-attivitajiet tagħhom tas-sajd miksuba fil-kuntest tal-Ftehim tiġi ttrattata f'kull ħin b'mod kunfidenzjali, skont il-prinċipji ta' kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta.
2. Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li dik id-dejta li tirriferi għall-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe biss tkun disponibbli fid-dominju pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet tal-ICCAT f'din il-materja. Id-dejta li tista' titqies bħala kunfidenzjali għandha tiġi użata mill-awtoritajiet kompetenti esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd, tal-kontroll u tal-monitoraġġ.
Artikolu 12
Tul ta' żmien
Dan il-Protokoll u l-Anness għalih għandhom japplikaw għal perjodu ta' 4 snin li jibda mill-applikazzjoni provviżorja skont l-Artikoli 14 u 15, sakemm ma jingħatax avviż tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 13.
Artikolu 13
Denunzja
1. Fil-każ tad-denunzja ta' dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tiddenunzja l-Protokoll mill-inqas sitt (6) xhur qabel id-data tat-terminazzjoni bħala effett tad-denunzja.
2. Kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.
Artikolu 14
Applikazzjoni provviżorja
Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat b'mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, iżda mhux qabel it-13 ta' Mejju 2014.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa f'dan ir-rigward.
Għall-Unjoni Ewropea
Għar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe
Съставено в Брюксел на двадесет и трети май две хиляди и четиринадесета година.
Hecho en Bruselas, el veintitrés de mayo de dos mil catorce.
V Bruselu dne dvacátého třetího května dva tisíce čtrnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den treogtyvende maj to tusind og fjorten.
Geschehen zu Brüssel am dreiundzwanzigsten Mai zweitausendvierzehn.
Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta maikuu kahekümne kolmandal päeval Brüsselis.
'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι τρεις Μαΐου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.
Done at Brussels on the twenty-third day of May in the year two thousand and fourteen.
Fait à Bruxelles, le vingt-trois mai deux mille quatorze.
Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset trećeg svibnja dvije tisuće četrnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì ventitré maggio duemilaquattordici.
Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada divdesmit trešajā maijā.
Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų gegužės dvidešimt trečią dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év május havának huszonharmadik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tlieta u għoxrin jum ta’ Mejju tas-sena elfejn u erbatax.
Gedaan te Brussel, de drieëntwintigste mei tweeduizend veertien.
Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego trzeciego maja roku dwa tysiące czternastego.
Feito em Bruxelas, em vinte e três de maio de dois mil e catorze.
Întocmit la Bruxelles la douăzeci și trei mai două mii paisprezece.
V Bruseli dvadsiateho tretieho mája dvetisícštrnásť.
V Bruslju, dne triindvajsetega maja leta dva tisoč štirinajst.
Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkolmantena päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.
Som skedde i Bryssel den tjugotredje maj tjugohundrafjorton.
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā —
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За правителството на Демократична република Cao Томе и Принсипи
Por el Gobierno de la República Democrática de Santo Tomé y Príncipe
Za vládu Demokratické republiky Svatý Tomáš a Princův ostrov
For regeringen for Den Demokratiske Republik São Tomé og Principe
Für die Regierung der Demokratischen Republik São Tomé und Príncipe
São Tomé ja Príncipe Demokraatliku Vabariigi valitsuse nimel
Για την κυβέρνηση της Λαϊκής Δημοκρατίας του Σάο Τομέ και Πρίνοτπε
For the Government of the Democratic Republic of São Tomé and Príncipe
Pour le gouvernement de la République démocratique de São Tomé e Principe
Za vladu Demokratske Republike Svetog Tome i Prinsipea
Per il governo della Repubblica democratica di São Tomé e Príncipe
Santomes un Prinsipi Demokrātiskās Republikas valdības vārdā —
San Tomė ir Prinsipės Demokratinės Respublikos Vyriausybės vardu
A São Tomé és Príncipe Demokratikus Köztársaság kormánya részéről
Għall-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' Sao Tome u Prinċipe
Voor de regering van de Democratische Republiek São Tomé en Príncipe
W imieniu Rządu Demokratycznej Republiki Wysp Świętego Tomasza i Książęcej
Pelo Governo da República Democrática de São Tomé e Príncipe
Pentru guvernul Republicii Democrate São Tomé și Príncipe
Za vládu Demokratickej republiky Svätého Tomáša a Princovho ostrova
Za vlado Demokratične republike São Tomé in Príncipe
São Tomé ja Príncipen demokraattisen tasavallan hallituksen puolesta
För Demokratiska republiken São Tomé och Principes regerings vägnar
ANNESS
Kondizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd ta' Sāo Tomé u Príncipe
KAPITOLU I
IL-FORMALITAJIET APPLIKABBLI GĦALL-APPLIKAZZJONI U L-ĦRUĠ TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD
SEZZJONI 1
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd
Kondizzjonijiet biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd
1. |
Huma biss il-bastimenti eliġibbli li jistgħu jingħataw awtorizzazzjoni (liċenzja) biex jistadu fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe. |
2. |
Sabiex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma jistgħux ikunu pprojbiti mill-attivitajiet tas-sajd f' São Tomé u Príncipe. Jeħtiġilhom ikunu f'qagħda regolari mal-amministrazzjoni ta' São Tomé u Príncipe, fis-sens li jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi kollha preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom f' São Tomé u Príncipe fil-qafas tal-arranġamenti tas-sajd konklużi mal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, huma għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 (1) dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd. |
3. |
Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li japplikaw għal awtorizzazzjoni għas-sajd jistgħu jkunu rappreżentati minn aġent residenti f'São Tomé u Príncipe. L-isem u l-indirizz ta' dak l-aġent jistgħu jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għas-sajd. |
Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd
4. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea għandhom iressqu talba (elettronikament) quddiem il-Ministru responsabbli mis-sajd f'São Tomé u Príncipe, filwaqt li tintbagħat kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea lil Gabon, għal kull bastiment li jixtieq jistad skont il-Ftehim tas-Sħubija fis-Settur tas-Sajd, mill-anqas 15-il jum ta' xogħol qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-validità mitluba. L-oriġinali għandhom jintbagħtu direttament mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea lil São Tomé u Principe filwaqt li tintbagħat kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea lil Gabon. |
5. |
It-talbiet għandhom jintbagħtu lill-Ministeru inkarigat mis-sajd permezz ta' formola mimlija skont il-mudell li jidher fl-Appendiċi 1. |
6. |
Kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għas-sajd għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:
|
7. |
Il-ħlas tal-ammont dovut għal-liċenzja għandu jsir fil-kont indikat mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe skont l-Artikolu 2(8) tal-Protokoll. |
8. |
Il-ħlasijiet jinkludu t-taxxi kollha nazzjonali u lokali esklużi t-taxxi tal-port u l-ammonti dovuti għall-provvista tas-servizzi. |
Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
9. |
L-awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol minn meta l-Ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé u Príncipe jirċievi d-dokumentazzjoni kollha stipulata fil-punt 6 hawn fuq, lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom mill-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea lil Gabon. Fl-istess ħin, sabiex ma tiġix ittardjata l-possibilità ta' sajd f'din iż-żona, kopja tal-“awtorizzazzjoni għas-sajd” għandha tintbagħat lis-sid tal-bastiment b'mod elettroniku. Din il-kopja tista' tintuża waqt perjodu massimu ta' 60 jum wara d-data tal-ħruġ tal-liċenzja. Waqt dan il-perjodu, il-kopja se titqies ekwivalenti għall -oriġinal. |
10. |
L-awtorizzazzjoni għas-sajd tinħareġ f'isem bastiment speċifiku u mhix trasferibbli. |
11. |
Madankollu, fuq talba tal-Unjoni Ewropea, fil-każ ta' forza maġġuri ppruvata, l-awtorizzazzjoni għas-sajd ta' bastiment għandha tiġi ssostitwita minn awtorizzazzjoni għas-sajd ġdida stabbilita f'isem bastiment ieħor tal-istess kategorija ta' dak il-bastiment li ser ikun sostitwit, mingħajr ma titħallas ebda tariffa ġdida. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-livell tal-qabdiet li jiddetermina jekk għandux isir ħlas addizzjonali, għandu jikkunsidra t-total tal-qabdiet miż-żewġ bastimenti. |
12. |
Is-sid, jew ir-rappreżentant, tal-bastiment li jkun se jiġi ssostitwit għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni għas-sajd annullata lill-Ministeru inkarigat mis-sajd ta' São Tomé u Príncipe permezz tal-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lil Gabon. |
13. |
Id-data li fiha l-awtorizzazzjoni għas-sajd il-ġdida ssir effettiva hija dik li fiha sid il-bastiment jagħti lura l-awtorizzazzjoni annullata lill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' São Tomé u Príncipe. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea lil Gabon għandha tkun infurmata dwar it-trasferiment tal-awtorizzazzjoni għas-sajd. |
14. |
L-awtorizzazzjoni għas-sajd għandha tinżamm abbord il-ħin kollu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fil-punt 9 ta' din is-sezzjoni. |
SEZZJONI 2
Il-kondizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sajd — Il-miżati u l-ħlasijiet bil-quddiem
1. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom validità ta' sena. |
2. |
Il-miżata fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u bil-konzijiet tal-wiċċ, f'euros għal kull tunnellata ta'sajd ta' São Tomé u Príncipe hija stabbilita kif ġej:
|
3. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu meta l-miżati standard li ġejjin ikunu tħallsu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:
|
4. |
L-istqarrija finali tal-miżati dovuti għas-sena “n” għandha ssir mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard minn sittin (60) jum wara d-data tal-anniversarju tal-Protokoll tas-sena “n + 1”, abbażi tad-dikjarazzjonijiet dwar il-qabdiet magħmula minn kull sid ta' bastiment u konfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti biex jivverifikaw id-dejta dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħalma huma l-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia), l-IPIMA (Instituto Português do Mar e da Atmosfera), mill-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea lil Gabon. |
5. |
Din l-istqarrija għandha tintbagħat fl-istess waqt lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé u Príncipe u lis-sidien tal-bastimenti. |
6. |
Kull ħlas addizzjonali eventwali (għall-kwantitajiet maqbuda li jaqbżu l-kwantità ta' tunnellati indikati fil-paragrafu 4 ta' din is-Sezzjoni) għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' São Tomé u Príncipe sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll tas-sena n + 1, għandu jiġi trasferit fil-kont imsemmi fil-punt 7, Sezzjoni 1, ta' dan il-Kapitolu preżenti, abbażi tal-ammont kull tunnellata indikat fil-paragrafu 2 ta' din is-Sezzjoni (EUR 55, 60 jew 70, skont is-sena). |
7. |
Madankollu, jekk il-kont finali jkun inqas mill-ammont tal-ħlas bil-quddiem imsemmi fil-punt 3 ta' din is-Sezzjoni, is-sid ma jkunx jista' jieħu lura l-bilanċ li jirriżulta. |
KAPITOLU II
ŻONI TAS-SAJD
1. |
Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom tas-sajd fl-ilmijiet lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linji tal-bażi fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u bil-konzijiet tal-wiċċ. |
2. |
Il-koordinati taż-Żona Ekonomika Esklussiva ta' São Tomé u Príncipe huma dawk imsemmija fin-notifika minn São Tomé u Príncipe lin-Nazzjonaijiet Uniti fis-7 ta' Mejju 1998 (2). |
3. |
Mingħajr eċċezzjoni, l-attivitajiet kollha tas-sajd fiż-żona maħsuba għall-isfruttament konġunt minn Sāo Tomé u Príncipe u n-Niġerja, kif definit mill-koordinati fl-Appendiċi 3, huma projbiti. |
KAPITOLU III
IL-MONITORAĠĠ U S-SORVELJANZA
SEZZJONI 1
Is-sistema tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet
1. |
Il-kaptani tal-bastimenti kollha li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll għandhom ikunu obbligati li jinnotifikaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru inkarigat mis-sajd f'São Tomé u Príncipe, biex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-kwantitajiet tal-qabdiet, li għandhom ikunu vvalidati mill-istituti xjentifiċi kompetenti, skont il-proċedura msemmija fil-Kapitolu I Sezzjoni 2(4) għal dan l-Anness. Il-qabdiet għandhom ikunu komunikati kif ġej:
|
2. |
Ta' kuljum, il-kaptan għandu jikteb fid-dikjarazzjoni tal-qabdiet, il-kwantità ta' kull speċi, identifikata permezz tal-kodiċi Alfa-3 tal-FAO, maqbuda u miżmuma abbord, espressa f'kilogrammi ta' piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, in-numru ta' ħut individwali. Il-kaptan għandu jagħmel nota wkoll f'każ li ma jinqabad xejn minn kwalunkwe speċi ewlenija. Il-kaptan għandu jirreġistra wkoll kuljum fid-dikjarazzjoni tal-qabdiet, il-kwantitajiet ta' kull speċi skartata fil-baħar, espressi f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun il-każ, in-numru ta' ħut individwali. |
3. |
Id-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet għandhom jimtlew b'mod li jista' jinqara u għandhom jiġu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment. |
4. |
F'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Gvern ta' São Tomé u Príncipe jirriżerva d-dritt li jissospendi l-awtorizzazzjoni għas-sajd għall-bastiment fil-kwistjoni sakemm il-formalitajiet ikunu ssodisfati u jimponi l-penali fuq sid il-bastiment skont ir-regoli fis-seħħ f'São Tomé u Príncipe. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b'dan minnufih. |
5. |
Iż-żewġ Partijiet għandhom jiddikjaraw ir-rieda komuni tagħhom li jiżguraw tranżizzjoni għal sistema elettronika għad-dikjarazzjoni dwar il-qabdiet abbażi tal-ispeċifitajiet tekniċi definiti fl-Appendiċi 5. Il-Partijiet jaqblu li flimkien jiddefinixxu r-regoli ta' din il-komunikazzjoni sabiex is-sistema ssir sistema operattiva mill-1 ta' Lulju 2015. |
SEZZJONI 2
Komunikazzjoni tal-qabdiet: dħul fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe u l-ħruġ minnhom
1. |
Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe mill-inqas sitt (6) sigħat qabel, bil-ħsieb tagħhom li jidħlu jew joħorġu mill-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. |
2. |
Mal-avviż tad-dħul fi/ħruġ miż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe, il-bastimenti għandhom jikkomunikaw, fl-istess ħin, il-pożizzjoni tagħhom kif ukoll il-qabdiet diġà preżenti abbord identifikati permezz tal-kodiċi tagħhom Alfa-3 tal-FAO, espressi f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, meta jkun meħtieġ, in-numru ta' ħut individwali, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fis-Sezzjoni 2. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru permezz tal-posta elettronika jew b'feks lill-indirizzi li għandhom jiġu nnotifikati mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe. |
3. |
Bastimenti li jinqabdu jistadu mingħajr ma jkunu nfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe jitqiesu bħala bastimenti mingħajr awtorizzazzjoni għas-sajd u għandhom ikunu soġġetti għall-konsegwenzi previsti skont il-liġi nazzjonali. |
4. |
L-indirizz tal-posta elettronika, in-numri tal-feks u tat-telefown kif ukoll il-koordinati tar-radju għandhom jinhemżu mal-awtorizzazzjoni għas-sajd. |
SEZZJONI 3
Trażbordi u żbarki
1. |
Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll li jittrażbordaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe għandhom jagħmlu dan lil hinn mill-portijiet ta' São Tomé u Príncipe. Is-sidien ta' dawn il-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom, li jixtiequ jipproċedu għal trażbord jew żbark għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, mill-inqas 24 siegħa qabel, b'dan li ġej:
|
2. |
It-trażbord mhux permess fiż-żoni li ġejjin: Fernão Dias, Neves, Ana Chaves. |
3. |
It-trażbord jew l-iżbark għandu jitqies bħala ħruġ mill-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. Il-bastimenti għalhekk għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe u jinnotifikaw jekk għandhomx il-ħsieb li jkomplu jistadu jew li joħorġu mill-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. |
4. |
Kwalunkwe trażbord jew ħatt l-art ta' qabdiet mhux kopert fil-punti hawn fuq huwa pprojbit fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għas-sanzjonijiet previsti fir-regolamenti attwali ta' São Tomé u Príncipe. |
SEZZJONI 4
Sistema ta' monitoraġġ bis-satellita (VMS)
1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — is-sistema tal-VMS
Meta jkunu fiż-żona ta' São Tomé u Príncipe, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkollhom liċenzja tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' monitoraġġ bis-satellita (VMS) li tiżgura l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, f'kull ħin, liċ-ċentru ta' kontroll tas-sajd (Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd — ĊMS) tal-Istat tal-bandiera.
Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:
(a) |
l-identifikazzjoni tal-bastiment, |
(b) |
l-aktar pożizzjoni ġeografika reċenti tal-bastiment (lonġitudni, latitudni) b'marġini ta' żball ta' inqas minn 100 metru u b'livell ta' fiduċja ta' 99 %, |
(c) |
id-data u l-ħin li fiha tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni, |
(d) |
il-veloċità u r-rotta tal-bastiment; |
Kull messaġġ irid ikun ikkonfigurat skont il-format tal-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness.
L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe għandha tkun identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha sussegwenti għandhom ikunu identifikati bil-kodiċi “POS”, minbarra l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe, li għandha tkun identifikata bil-kodiċi “EXI”.
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jipprovdi l-ipproċessar awtomatiku u, f'dak il-każ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi ta' pożizzjoni. Il-messaġġi ta' pożizzjoni għandhom ikunu rreġistrati u maħżuna b'mod sigur għal perjodu ta' tliet snin.
2. Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f'każ ta' ħsara fis-sistema tal-VMS
Il-kaptan għandu jiżgura f'kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem tajjeb u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b'mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.
F'każ ta' ħsara, is-sistema VMS tal-bastiment għandha tissewwa jew tiġi sostitwita fi żmien 10 ijiem. Wara dan iż-żmien, il-bastiment ma jkunx aktar awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe.
Il-bastimenti li jistadu fiż-żona ta' São Tomé u Príncipe b'sistema VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi ta' pożizzjoni tagħhom permezz tal-posta elettronika, bir-radju jew bil-feks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba' sigħat, billi jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa.
3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Unjoni ta' São Tomé u Príncipe.
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ta' São Tomé u Príncipe għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta' kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b'kull tibdil f'dawn l-indirizzi.
It-trażmissjoni tal-messaġġi ta' pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ta' São Tomé u Príncipe għandha ssir b'mod elettroniku skont sistema ta' komunikazzjoni sikura.
Iċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe għandu jinforma minnufih liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni Ewropea dwar kwalunkwe interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi ta' pożizzjoni konsekuttivi ta' bastiment li jkollu liċenzja tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.
4. Funzjonament ħażin tas-sistema ta' komunikazzjoni
São Tomé u Príncipe għandha tiżgura li t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli ma' dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandha tgħarraf lill-Unjoni Ewropea minnufih b'kull funzjonament ħażin fir-rigward tal-komunikazzjoni u tal-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli.
Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tiegħu dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni ta' São Tomé u Príncipe li tkun fis-seħħ.
5. Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni
Abbażi ta' evidenza dokumentata li tipprova ksur, São Tomé u Príncipe jistgħu jsaqsu liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibagħtu kopja wkoll lill-Unjoni Ewropea, li jnaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni. Dawn l-elementi ta' evidenza għandhom ikunu trażmessi minn São Tomé u Príncipe liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni Ewropea. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih lil São Tomé u Príncipe l-messaġġi ta' pożizzjoni skont il-frekwenza l-ġdida.
Hekk kif il-perjodu ta' investigazzjoni stabbilit jintemm, São Tomé u Príncipe għandu jinforma b'dan minnufih liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u l-Unjoni Ewropea; hu għandu jinfurmahom bl-azzjoni ta' segwitu eventwali li tingħata skont din l-investigazzjoni.
KAPTOLU IV
L-IMBARK TAL-BAĦRIN
1. |
Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi APK bil-kondizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin:
|
2. |
Is-sidien tal-bastimenti għandhom jimpenjaw irwieħhom biex itellgħu abbord baħrin supplimentari minn São Tomé u Príncipe. |
3. |
Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu liberi biex jagħżlu l-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom mil-lista ta' ismijiet ta' baħrin li jkollhom il-ħiliet u l-kwalifiki disponibbli mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe u mir-rappreżentanti tas-sidien. |
4. |
Is-sid jew ir-rappreżentant tal-bastiment għandu jikkomunika l-ismijiet tal-baħrin lokali mtellgħin abbord il-bastiment ikkonċernat lill-awtorità kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, b'referenza għall-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ. |
5. |
Id-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għandha tapplika bis-sħiħ għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, il-libertà tal-assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għal negozjar kollettiv kif ukoll l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fi kwistjonijiet ta' xogħol u professjoni. |
6. |
Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin tal-AKP u ta' dawk minn São Tomé u Príncipe, li kopja tagħhom tingħata lill-Ministeru tax-Xogħlijiet, il-Ministeru tas-Sajd u lill-firmatarji ta' dawn il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta' sistema ta' sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f'każ ta' mewt, mard u f'każ ta' inċident. |
7. |
Is-salarju tal-baħrin għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi stabbilit bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kondizzjonijiet ta' ħlas tal-baħrin ma jistgħux ikunu agħar minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-pajjiż rispettiv tagħhom u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall-istandards tal-ILO. |
8. |
Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejliet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk baħri jonqos milli jirrappurta fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta' dak il-baħri. |
KAPITOLU V
L-OSSERVATURI
1. |
Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll għandhom jieħdu abbord osservaturi li jkunu nħatru mill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé u Príncipe abbażi tat-termini stipulati hawn taħt:
|
2. |
L-osservatur għandu jibqa' abbord tul vjaġġ wieħed tas-sajd. Madankollu, fuq talba espliċita tal-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, dan l-imbark jista' jiġi estiż għal diversi vjaġġi skont it-tul medju tal-vjaġġi previsti għal bastiment partikolari. Din it-talba għandha ssir mill-awtorità kompetenti meta jiġi notifikat l-isem tal-osservatur maħtur biex jitla' abbord il-bastiment konċernat. |
3. |
Il-kondizzjonijiet għat-tlugħ abbord tal-osservatur għandhom jiġu maqbula bi ftehim komuni bejn is-sid tal-bastimenti jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtorità kompetenti. |
4. |
L-osservatur għandu jimbarka jew jiżbarka fil-port magħżul minn sid il-bastiment. L-imbark għandu jsir fil-bidu tal-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe wara notifika tal-lista tal-bastimenti deżinjati. |
5. |
Is-sidien ikkonċernati għandhom, fi żmien ġimagħtejn u b'avviż ta' għaxart ijiem qabel, jinnotifikaw id-dati u l-portijiet tas-sottoreġjun, previsti għall-imbark jew l-iżbark tal-osservaturi. |
6. |
Jekk l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż li jinsab lil hinn minn São Tomé u Príncipe, l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu osservatur abbord joħroġ miż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi assigurat li l-osservatur jittieħed lura f'pajjiżu malajr kemm jista' jkun, bl-ispejjeż jitħallsu minn sid il-bastiment. |
7. |
Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-tnax-il siegħa mill-ħin miftiehem, sid il-bastiment ikun awtomatikament meħlus mill-obbligu tiegħu li jtella' lil dak l-osservatur abbord. |
8. |
Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmjiet ta' São Tomé u Príncipe, għandu jwettaq id-dmirijiet segwenti:
|
9. |
Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha relevanti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u mentali tal-osservatur waqt il-qadi ta' dmirijietu. |
10. |
L-osservatur għandu jingħata aċċess għal kull faċilita meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b'mod partikolari l-ġurnal ta' abbord u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu aktar faċilment. |
11. |
Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:
|
12. |
Fi tmiem il-perjodu tal-osservazzjoni u qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jagħmel rapport tal-attivitajiet, li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe b'kopja tiegħu tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea. Huwa għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista' jżid jew jara li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li jidhirlu li jkunu utli u jiffirmahom. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan qabel ma l-osservatur jitniżżel l-art. |
13. |
Sid il-bastiment huwa responsabbli għall-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservatur bl-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, skont il-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment. |
14. |
Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe. |
KAPITOLU VI
MONITORAĠĠ U ISPEZZJONI
1. |
Il-bastimenti tas-sajd Ewropej għandhom jirrispettaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT f'dak li jirrigwarda l-irkaptu tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kwalunkwe miżura oħra applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd u tal-qabdiet tagħhom. |
2. |
Proċeduri ta' ispezzjoni:
|
KAPITOLU VII
IL-KSUR TAR-REGOLI
1. |
Trattament tal-ksur: Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-Unjoni Ewropea li għandu liċenzja skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness għandu jissemma f'rapport ta' ispezzjoni. Dan ir-rapport huwa trażmess lill-Unjoni Ewropea u lill-Istat tal-bandiera mill-iktar fi żmien 24 siegħa.L-iffirmar tar-rapport ta' ispezzjoni mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta' sid il-bastiment matul il-proċedura marbuta mal-ksur. Il-kaptan tal-bastiment għandu jikkoopera matul it-twettiq tal-proċedura ta' ispezzjoni. |
2. |
Waqfien tal-bastiment — Laqgħa ta' informazzjoni:
|
3. |
Sanzjonijiet għall-ksur — Proċedura ta' kompromess:
|
4. |
Proċedura ġudizzjarja — Garanzija bankarja:
|
5. |
Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ: Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port wara l-ħlas tal-multa stabbilita fil-proċedura ta' kompromess, jew wara d-depożitu tal-garanzija bankarja. |
(1) ĠU UE L 286, 29.10.2008, p. 33.
(2) http://www.un.org/Depts/los/LEGISLATIONANDTREATIES/losic/losic9ef.pdf
Appendiċi
1 — |
Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd |
2 — |
Formola tad-dikjarazzjoni dwar il-qabdiet |
3 — |
Il-koordinati taż-żona projbita għas-sajd |
4 — |
Format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni |
5 — |
Linji gwida għall-immaniġjar u l-implimentazzjoni ta' sistema elettronika ta' komunikazzjoni tad-dejta relatata mal-attivitajiet tas-sajd (Sistema ERS) |
Appendiċi 1
FTEHIM TAS-SAJD BEJN SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE U L-UNJONI EWROPEA APPLIKAZZJONI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD
Test ta 'immaġni
Appendiċi 3
IL-POŻIZZJONI ĠEOGRAFIKA TAŻ-ŻONA PROJBITA GĦAS-SAJD
Latitudni |
Lonġitudni |
||||||
Gradi |
Minuti |
Sekondi |
Gradi |
Minuti |
Sekondi |
||
03 |
02 |
22 |
N |
07 |
07 |
31 |
E |
02 |
50 |
00 |
N |
07 |
25 |
52 |
E |
02 |
42 |
38 |
N |
07 |
36 |
25 |
E |
02 |
20 |
59 |
N |
06 |
52 |
45 |
E |
01 |
40 |
12 |
N |
05 |
57 |
54 |
E |
01 |
09 |
17 |
N |
04 |
51 |
38 |
E |
01 |
13 |
15 |
N |
04 |
41 |
27 |
E |
01 |
21 |
29 |
N |
04 |
24 |
14 |
E |
01 |
31 |
39 |
N |
04 |
06 |
55 |
E |
01 |
42 |
50 |
N |
03 |
50 |
23 |
E |
01 |
55 |
18 |
N |
03 |
34 |
33 |
E |
01 |
58 |
53 |
N |
03 |
53 |
40 |
E |
02 |
02 |
59 |
N |
04 |
15 |
11 |
E |
02 |
05 |
10 |
N |
04 |
24 |
56 |
E |
02 |
10 |
44 |
N |
04 |
47 |
58 |
E |
02 |
15 |
53 |
N |
05 |
06 |
03 |
E |
02 |
19 |
30 |
N |
05 |
17 |
11 |
E |
02 |
22 |
49 |
N |
05 |
26 |
57 |
E |
02 |
26 |
21 |
N |
05 |
36 |
20 |
E |
02 |
30 |
08 |
N |
05 |
45 |
22 |
E |
02 |
33 |
37 |
N |
05 |
52 |
58 |
E |
02 |
36 |
38 |
N |
05 |
59 |
00 |
E |
02 |
45 |
18 |
N |
06 |
15 |
57 |
E |
02 |
50 |
18 |
N |
06 |
26 |
41 |
E |
02 |
51 |
29 |
N |
06 |
29 |
27 |
E |
02 |
52 |
23 |
N |
06 |
31 |
46 |
E |
02 |
54 |
46 |
N |
06 |
38 |
07 |
E |
03 |
00 |
24 |
N |
06 |
56 |
58 |
E |
03 |
01 |
19 |
N |
07 |
01 |
07 |
E |
03 |
01 |
27 |
N |
07 |
01 |
46 |
E |
03 |
01 |
44 |
N |
07 |
03 |
07 |
E |
03 |
02 |
22 |
N |
07 |
07 |
31 |
E |
Appendiċi 4
FORMAT TAL-MESSAĠĠ TAL-VMS DWAR IL-POŻIZZJONI
Element tad-Dejta |
Kodiċi |
Obbligatorju/Fakultattiv |
Kontenut |
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
O |
Dettall tas-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
Destinatarju |
AD |
O |
Dettall tal-messaġġ — Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166) |
Mibgħut minn |
FR |
O |
Dettall tal-messaġġ — Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż li bagħat il-messaġġ (ISO-3166) |
Stat tal-Bandiera |
FS |
O |
Detall tal-messaġġ — Kodiċi Alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166) |
Tip ta' messaġġ |
TM |
O |
Dettall tal-messaġġ — Tip ta' messaġġ (ENT, POS, EXI) |
Kodiċi tas-sinjal tar-Radju (IRCS) |
RC |
O |
Dettall tal-bastiment — Kodiċi internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS) |
In-numru ta' referenza intern tal-Parti kontraenti |
IR |
F |
Dettall tal-bastiment — Numru uniku tal-Kodiċi Alfa-3 tal-Parti kontraenti (ISO-3166) segwit minn numru. |
Numru tar-reġistrazzjoni esterna |
XR |
O |
Dettall tal-bastiment — numru mwaħħal mal-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1) |
Latitudni |
LT |
O |
Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment — pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali T/N DD.ddd (WGS84) |
Lonġitudni |
LG |
O |
Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment — pożizzjoni fi gradi u gradi deċimali L/P DD.ddd (WGS84) |
Rotta |
CO |
O |
Rotta tal-bastiment fuq scala ta' 360 grad |
Veloċità |
SP |
O |
Il-veloċità tal-bastiment f'wieħed minn kull għaxar mili tal-baħar (tenths of knots) |
Data |
DA |
O |
Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment — data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) |
Ħin |
TI |
O |
Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment — ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM) |
Tmiem ir-reġistrazzjoni |
ER |
O |
Dettall tas-sistema li jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |
It-trażmissjoni tal-informazzjoni hija strutturata kif ġej:
|
Il-karattri utilizzati għandhom ikunu konformi mar-regoli tal-ISO 8859.1 |
|
linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi tal-qasam “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ. |
|
Kull element tad-dejta jiġi identifikat mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra tad-dejta permezz ta' linja mmejla doppja (//). |
|
Linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi tal-qasam u d-dejta. |
|
Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//) jindika tmiem il-messaġġ. |
|
L-elementi tad-dejta fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ. |
Appendiċi 5
LINJI GWIDA GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' SISTEMA ELETTRONIKA TA' KOMUNIKAZZJONI TAD-DEJTA RELATATA MAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD (SISTEMA ERS)
Dispożizzjonijiet ġenerali
(1) |
Kull bastiment tas-sajd tal-UE għandu jkun mgħammar b'sistema elettronika, minn hawn 'il quddiem imsejħa “sistema ERS”, li tkun kapaċi tirreġistra u tittrażmetti dejta relatata mal-attività tas-sajd tal-bastiment, minn hawn 'il quddiem imsejħa “dejta ERS”, kull meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. |
(2) |
Bastiment tas-sajd tal-UE li ma jkunx mgħammar b'sistema ERS, jew li s-sistema ERS ma tkunx qed taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fihom. |
(3) |
Id-dejta ERS hija trażmessa skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel tintbagħat liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ĊMS) tal-Istat tal-bandiera, li jiżgura li dawn ikunu awtomatikament disponibbli għaċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe. |
(4) |
L-Istat tal-bandiera u São Tomé u Príncipe għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u s-softwer meħtieġa biex isseħħ it-trażmissjoni awtomatika tad-dejta ERS fil-format XML disponibbli fi [http://ec.europa.eu/cfp/control/codes/index_en.htm], u li għandha proċedura ta' salvagwardja kapaċi li tirreġistra u taħżen id-dejta ERS f'forma li tinqara minn kompjuter għal perjodu ta' mhux anqas minn tliet (3) snin. |
(5) |
Kull modifika jew aġġornament ta' dan il-format għandu jkun identifikat u datat, u għandu jsir operattiv sitt (6) xhur wara li jiġi applikat. |
(6) |
It-trażmissjoni tad-dejta ERS għandha tuża l-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-Unjoni Ewropea, identifikati bħala DEH ('Data Exchange Highway'). |
(7) |
L-Istat tal-bandiera u São Tomé u Príncipe għandhom jagħżlu korrispondent ERS kull wieħed li jkun il-punt ta' kuntatt.
|
Il-produzzjoni u l-komunikazzjoni tad-dejta ERS
(8) |
Il-bastiment tas-sajd tal-UE għandu:
|
(9) |
Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta ERS irreġistrata u trażmessa. |
(10) |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u b'mod immedjat id-dejta ERS liċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe. |
(11) |
Iċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe għandu jikkonferma li tkun waslet id-dejta ERS b'messaġġ ta' ritorn u jittratta kull dejta ERS b'mod kunfidenzjali. |
Nuqqas fis-sistema ERS abbord bastiment, u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
(12) |
L-Istat tal-bandiera għandu jinforma mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant tiegħu, b'kull nuqqas tekniku tas-sistema ERS installata abbord bastiment jew b'nuqqas fil-funzjonament tat-trażmissjoni tad-dejta ERS bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. |
(13) |
L-Istat tal-bandiera għandu jinforma lil São Tomé u Príncipe bin-nuqqas skopert u bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu. |
(14) |
F'każ ta' ħsara tas-sistema ERS abbord il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara titranġa jew li s-sistema ERS tinbidel f'mhux aktar tard minn 10 ijiem wara. Jekk il-bastiment jagħmel waqfa f'dan il-perjodu ta' għaxart (10) ijiem, il-bastiment ma jkunx jista' jkompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe sakemm is-sistema ERS ma tkunx fi stat perfett ta' funzjonament, ħlief jekk tingħata awtorizzazzjoni minn São Tomé u Príncipe. |
(15) |
Bastiment tas-sajd ma jistax jitlaq minn port wara li jkun instab nuqqas tekniku fis-sistema ERS tiegħu qabel ma:
|
(16) |
Kull bastiment tal-UE li jopera fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe b'sistema ERS difettuża għandu jittrażmetti kuljum u mhux aktar tard minn 23:59 UTC id-dejta ERS kollha liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b'mezz ieħor ta' komunikazzjoni elettronika li jkun disponibbli u aċċessibbli miċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe. |
(17) |
Id-dejta ERS ta' São Tomé u Príncipe li ma tkunx tista' issir disponibbli permezz tas-sistema ERS minħabba nuqqas fis-sistema għandha tintbagħat miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera liċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe b'mezz ieħor elettroniku li t-tnejn ikunu qablu dwaru. Din it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies bħala prijoritarja, filwaqt li jiġi kkunsidrat li l-iskadenzi normalment applikabbli għat-trażmissjoni jistgħu ma jiġux rispettati. |
(18) |
Jekk iċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe ma jirċevix id-dejta ERS mingħand bastiment matul tliet (3) ijiem konsekuttivi, São Tomé u Príncipe jista' toħroġ struzzjonijiet lill-bastiment biex imur immedjatament f'port magħżul minn São Tomé u Príncipe għal investigazzjoni. |
Nuqqas taċ-ĊMS — Nuqqas ta' wasla tad-dejta ERS miċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe
(19) |
Jekk ĊMS ma jirċevix id-dejta ERS, il-korrispondent ERS tiegħu għandu jinforma minnufih lill-korrispondent ERS taċ-ĊMS l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, jikkollabora sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema. |
(20) |
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe għandhom jaqblu b'mod reċiproku qabel it-tnedija operattiva tal-ERS dwar il-mezzi ta' komunikazzjoni alternattivi li għandhom jiġu utilizzati għat-trażmissjoni tad-dejta ERS f'każ ta' nuqqas taċ-ĊMS, u għandhom jinfurmaw lil xulxin minnufih b'kull modifika. |
(21) |
Hekk kif iċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe jinnotifika li d-dejta ERS ma tkunx waslet, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi tal-problema u jieħu l-miżuri xierqa sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jinforma liċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe u lill-Unjoni Ewropea bir-riżultati u l-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa wara li jkun ġie skopert in-nuqqas. |
(22) |
Jekk ikun hemm bżonn ta' iktar minn 24 siegħa biex tinstab soluzzjoni għall-problema, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jittrażmetti id-dejta ERS li tkun nieqsa liċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe bl-użu ta' wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi previsti fil-punt 17. |
(23) |
São Tomé u Príncipe għandu jinforma lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tiegħu (MCS) sabiex il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea ma jkunux meqjusa li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta ERS miċ-ĊMS ta' São Tomé u Príncipe minħabba nuqqas ta' wieħed miċ-ĊMS. |
Manutenzjoni ta' ĊMS
(24) |
L-operazzjonijiet ta' manutenzjoni ppjanifikati ta' ĊMS (programmi ta' manutenzjoni) u li probabbli jaffettwaw l-iskambju tad-dejta ERS għandhom jiġu nnotifikati liċ-ĊMS l-ieħor mhux inqas minn 72 siegħa qabel, b'indikazzjoni, jekk dan ikun possibbli, tad-data u t-tul ta' żmien tal-manutenzjoni. Għall-operazzjonijiet ta' manutenzjoni mhux ippjanifikati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat mill-iktar fis possibbli liċ-ĊMS l-ieħor. |
(25) |
Matul l-operazzjoni ta' manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-dejta ERS tista' titpoġġa fi stat ta' stennija sakemm is-sistema tiġi operattiva mill-ġdid. Imbagħad, id-dejta ERS ikkonċernata terġa' titpoġġa għad-dispożizzjoni immedjatament wara t-tmiem tal-operazzjoni ta' manutenzjoni. |
(26) |
Jekk l-operazzjoni ta' manutenzjoni ddum iktar minn 24 siegħa, id-dejta ERS għandha tiġi trażmessa liċ-ĊMS l-ieħor b'wieħed mill-mezzi elettroniċi alternattivi kif previst fil-punt 17. |
(27) |
São Tomé u Príncipe għandu jinforma lis-servizzi ta' kontroll kompetenti tiegħu (MCS) sabiex il-bastimenti tal-UE ma jkunux meqjusa li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta ERS kawża ta' operazzjoni ta' manutenzjoni ta' ĊMS. |