EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0776

2013/776/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi “L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE

ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2021; Imħassar b' 32021D0173

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/776/oj

19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/46


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2013

li tistabbilixxi “L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE

(2013/776/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tiddelega setgħat lill-aġenziji eżekuttivi biex jimplimentaw b’mod sħiħ jew parti minn programm jew proġett tal-Unjoni, f’isimha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

(2)

L-għan li l-aġenziji eżekuttivi jingħataw il-kariga b’kompiti tal-implimentazzjoni ta’ programmi huwa biex il-Kummissjoni titħalla tikkonċentra fuq l-attivitajiet u l-funzjonijiet ewlenin tagħha li ma jistgħux jiġu ġestiti esternament, mingħajr ma ċċedi l-kontroll fuq l-attivitajiet ġestiti minn dawk l-aġenziji eżekuttivi u r-responsabbiltà aħħarija għall-istess attivitajiet.

(3)

Id-delega ta’ kompiti b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ programmi lil aġenzija eżekuttiva titlob separazzjoni ċara bejn l-istadji tal-ipprogrammar li jinvolvu diskrezzjoni kbira fl-għażliet iggwidati minn kunsiderazzjonijiet ta’ politika u li jitwettqu mill-Kummissjoni, u l-implimentazzjoni tal-programmi, li għandha titħalla f’idejn l-aġenzija eżekuttiva.

(4)

Bid-Deċiżjoni 2005/56/KE (2), il-Kummissjoni ħolqot l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn issa ‘l quddiem magħrufa bħala l-Aġenzija) u fdatha bil-ġestjoni ta’ azzjonijiet Komunitarji fil-qasam tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura.

(5)

Il-Kummissjoni emendat bosta drabi l-mandat tal-Aġenzija Eżekuttiva, u estendietu sabiex ikopri l-ġestjoni ta’ proġetti u programmi ġodda fil-qasam tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv, iċ-ċittadinanza u ż-żgħażagħ u b’hekk issostitwiet id-Deċiżjoni 2005/56/KE bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/336/KE (3).

(6)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Ġunju 2011“Baġit għall-Ewropa 2020” (4), il-Kummissjoni pproponiet l-użu tal-għażla ta’ rikors aktar estensiv għal aġenziji eżekuttivi eżistenti għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Unjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

(7)

L-Aġenzija wriet livell għoli ta’ għarfien tekniku u finanzjarju fil-ġestjoni tal-programmi tal-Unjoni. L-istħarriġiet dwar is-sodisfazzjon li twettqu bħala parti mill-evalwazzjonijiet interim tal-EACEA (2009 u 2013) juru li l-benefiċjarji u partijiet interessati oħra jemmnu li l-EACEA twassal servizz ta’ kwalità aħjar meta mqabbla ma’ arranġamenti preċedenti (l-Uffiċċju ta’ Assistenza Teknika). L-EACEA hija kapaċi tiġbed lejha u żżomm persunal bi kwalifiki għolja, li min-naħa tiegħu jipprovdi stabbiltà fil-persunal. L-Aġenzija tissemplifika b’mod kontinwu l-operazzjonijiet interni tagħha sabiex ittejjeb l-effiċjenza tagħha u tfittex li tistandardizza l-approċċi fil-programmi. Hija tibbenefika mill-istatus tagħha ta’ korp pubbliku maħluq speċifikament għall-ġestjoni ta’ programmi fil-qasam tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura u din l-enfasi ttejjeb il-viżibbiltà tal-programmi tal-UE fost il-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali. L-eżistenza ta’ entità unika li tmexxi għadd ta’ programmi komplementari tiġġenera effetti ta’ sinerġija fir-rigward tal-viżibbiltà tal-azzjoni tal-UE għall-benefiċċju reċiproku tal-programmi kollha. Ir-rati ta’ żbalji fil-krontroll ex post huma baxxi għall-EACEA u huma ferm inqas mil-limitu ta’ 2 %. Mit-tieni evalwazzjoni interim ġie nnutat titjib stabbli fl-għarfien espert tekniku u finanzjarju tal-EACEA, li mbagħad jirriżulta f’titjib ġenerali fil-prestazzjoni tal-Aġenzija bħalma kien osservat fil-KPIs (Key Performance Indicators).

(8)

Fir-rigward tal-paragun tal-ispejjeż mal-“għażla interna”, l-analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji mwettqa skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 sabet li l-ispejjeż ikunu akbar kieku l-kompiti jkunu ġestiti mill-Kummissjoni, b’marġini ta’ 23 % f’termini tal-valur nett tal-preżent. Il-programmi ġodda intenzjonati li jiġu ddelegati lill-EACEA huma konformi mal-mandat u l-missjoni attwali tal-aġenzija u jirrappreżentaw kontinwazzjoni tal-attivitajiet eżistenti tagħha. Matul bosta snin, l-aġenzija bniet il-kompetenzi, il-ħiliet u l-kapaċità tal-ġestjoni ta’ dawn il-programmi. Għalhekk, il-programmi l-ġodda għandhom jibbenefikaw mill-esperjenza miksuba u mill-għarfien espert tal-EACEA fil-ġestjoni tal-programmi kif ukoll miż-żidiet fil-produttività li jirriżultaw minn dan. Il-bidla lejn arranġament intern tkun ta’ tfixkil peress li l-biċċa l-kbira tal-programmi qatt ma kienu ġestiti internament mid-DĠs prinċipali, li ma għandhomx il-kapaċità biex jiġġestixxu l-programmi internament. Għalhekk, id-delega lill-EACEA tal-ġestjoni tal-programmi, tiżgura l-kontinwità tan-negozju għall-benefiċjarji u l-partijiet interessati tal-programm. Id-delega lill-EACEA se tkompli tippermetti wkoll li l-Kummissjoni tiffoka aħjar fuq il-kompiti istituzzjonali tagħha.

(9)

Biex l-aġenziji eżekuttivi jingħataw identità koerenti, il-Kummissjoni, sa fejn kien possibbli, qassmet il-ħidmiet skont il-qasam tematiku tal-politika meta stabbilit il-mandati l-ġodda tagħhom.

(10)

L-Aġenzija għandha tingħata r-responsabbiltà biex timplimenta partijiet mill-programmi u l-azzjonijiet il-ġodda tal-UE li ġejjin:

Erasmus+ (5); (is-suċċessur tal-Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja (6), Żgħażagħ fl-Azzjoni (7) u Erasmus Mundus (8), fost oħrajn);

Ewropa Kreattiva (9); (is-suċċessur tal-programmi Media (10) u Kultura (11), fost oħrajn);

L-Ewropa għaċ-Ċittadini (12) (is-suċċessur tal-programm L-Ewropa għaċ-Ċittadini (13));

EU Aid Volunteers (is-suċċessur tal-programm pilota Azzjoni Preparatorja — Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja); (14)

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja li jaqgħu taħt l-istrumenti ta’ kooperazzjoni esterna (15) (is-suċċessur għall-istrumenti ta’ koperazzjoni esterni sal-2013 (16));

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja skont il-qafas finanzjarju pluriennali dwar il-finanzjament tal-kooperazzjoni tal-UE għall-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Pajjiżi u t-Territorji ekstra-Ewropej għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp) (17).

(11)

L-Aġenzija għandha tibqa’ responsabbli biex timplimenta l-programmi u l-azzjonijiet eżistenti tal-UE li ġejjin:

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ għajnuna ekonomika favur ċerti pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (Phare), kif stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 (18);

Il-programm li jixpruna l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II - Żvilupp u Distribuzzjoni) (1996-2000), stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/563/KE (19);

Il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija tal-programm awdjoviżiv Ewropew (MEDIA II — Taħriġ) (1996-2000), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/564/KE (20);

It-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-edukazzjoni “Socrates” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21);

It-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni għat-taħriġ vokazzjonali Komunitarju “Leonardo da Vinci” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/382/KE (22);

Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità “Żgħażagħ” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1031/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23);

Il-programm “Kultura 2000” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24);

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ għajnuna lill-Istati msieħba tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Asja ċentrali (2000-2006), kif stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 99/2000 (25);

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ għajnuna lill-Albanija, lill-Bosnja u l-Ħerzegovina, lill-Kroazja, lil dik li qabel kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja, lill-Montenegro, lis-Serbja u lill-Kosovo (UNSCR 1244) (2000-2006), approvati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000/KE (26);

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkumpanjaw (MEDA) ir-riforma tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja, approvati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2698/2000 (27);

It-tielet fażi tal-iskema ta’ koperazzjoni trans-Ewropea għall-edukazzjoni ogħla (Tempus III) (2000-2006), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/311/KE (28);

Il-proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jirrinova programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni ogħla u tal-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (2001-2005), approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/196/KE (29);

Il-proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jirrinova l-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u t-taħriġ (2001-2005), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/197/KE (30);

Il-programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ xogħlijiet awdjoviżwali Ewropej (MEDIA Plus – Żvilupp, Distribuzzjoni u Promozzjoni) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE (31);

Il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti fl-industrija tal-programmi awdjoviżwali Ewropea (MEDIA-Taħriġ) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 163/2001/KE (32);

Il-programm multiannwali għall-integrazzjoni effettiva ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (TIK) f’sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ fl-Ewropa (eProgrammi ta’ Tagħlim — e-learning) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2318/2003/KE (33);

Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea attiva (parteċipazzjoni taċ-ċittadini) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/100/KE (34);

Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 790/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35);

Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ korpi attivi fil-livell Ewropew u għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 791/2004/KE (36);

Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 792/2004/KE (37);

Il-programm għat-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta’ fehim interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004-2008), approvat bid-Deċiżjoni; tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2317/2003/KE (38);

Il-proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġedded il-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (2006-2013), approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/910/KE (39);

Il-proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ (2006-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/964/KE (40);

Il-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1720/2006/KE (41);

Il-programm “Kultura” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1855/2006/KE (42);

Il-programm “Europe for Citizens” li għandu l-għan li jippromwovi ċ-ċittadinanza Ewropea attiva (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1904/2006/KE (43);

Il-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1719/2006/KE (44);

Il-programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1718/2006/KE (45);

Il-programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus (II) 2009-2013 għat-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni għolja u għall-promozzjoni tal-komprensjoni interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1298/2008/KE (46);

Il-programm ta’ kooperazzjoni fis-settur awdjoviżiv ma’ professjonisti minn pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) (2011-2013), stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1041/2009/KE (47);

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ għajnuna għall-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-Asja, approvati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 (48);

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA), stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 (49);

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni primarja, sekondarja u għolja u ż-żgħażagħ eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, stabbilit bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1638/2006 (50);

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (51);

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 (52);

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, skont il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/159/KE) (53), kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/599/KE (54)).

(12)

Il-ġestjoni ta’ dawk il-partijiet ta’ dawn il-programmi u azzjonijiet tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ proġetti tekniċi li ma timplikax teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura politika u li titlob livell għoli ta’ għarfien espert tekniku u finanzjarju matul iċ-ċiklu tal-proġett.

(13)

Biex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti fiż-żmien ta’ din id-Deċiżjoni u tal-programmi kkonċernati, jinħtieġ li jkun żgurat li l-Aġenzija teżerċita l-kompiti marbutin mal-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi soġġetti għal u mid-data li fiha dawk il-programmi jidħlu fis-seħħ.

(14)

Għandha tiġi stabbilita l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura. Din għandha tissostitwixxi u tissuċċedi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura stabbilita bid-Deċiżjoni 2009/336/KE. Din għandha topera f’konformità mal-istatut ġenerali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 58/2003.

(15)

Id-Deċiżjoni 2009/336/KE li tistabbilixxi l-aġenzija eżekuttiva għandha titħassar u għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tranżitorji.

(16)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment u terminu

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn hawn ‘il quddiem magħrufa bħala “l-Aġenzija”), li l-istatut tagħha huwa rregolat bir-Regolament (KE) Nru 58/2003 hija b’dan stabbilita għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 2

Lokalità

L-Aġenzija għandha tkun lokalizzata fi Brussell.

Artikolu 3

Għanijiet u kompiti

1.   L-Aġenżija hija b’dan fdata bl-implimentazzjoni ta’ ċerti partijiet mill-programmi tal-Unjoni li ġejjin:

(a)

Erasmus+;

(b)

Il-Programm Ewropa Kreattiva;

(c)

Il-Programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”

(d)

Il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja — EU Aid Volunteers;

(e)

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja skont l-istrumenti għall-kooperazzjoni esterna li ġejjin:

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (55);

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat (56);

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (57);

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta’ Sħubija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (58);

Ir-Regolament tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (59).

L-ewwel subparagrafu għandu japplika soġġett għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kull wieħed minn dawn il-programmi.

2.   L-Aġenżija hija b’dan fdata bl-implimentazzjoni tal-legati ta’ ċerti partijiet mill-programmi tal-Unjoni li ġejjin:

(a)

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna ekonomika favur ċerti pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (Phare), kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 3906/89;

(b)

Il-programm li jixpruna l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II - Żvilupp u Distribuzzjoni) (1996-2000), stabbilit bid-Deċiżjoni 95/563/KE;

(c)

Il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija tal-programm awdjoviżiv Ewropew (MEDIA II — Taħriġ) (1996-2000), approvat bid-Deċiżjoni 95/564/KE;

(d)

It-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-edukazzjoni, “Socrates” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE;

(e)

It-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni ta’ taħriġ vokazzjonali tal-Komunità “Leonardo da Vinci” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni 1999/382/KE;

(f)

Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità “Żgħażagħ” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1031/2000/KE;

(g)

Il-programm “Kultura 2000” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE;

(h)

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ għajnuna lill-Istati sieħba fl-Ewropa tal-Lvant u tal-Asja ċentrali (2000-2006), kif stabbilit bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 99/2000;

(i)

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar l-assistenza għall-Albanija, il-Bosnija-Ħerżegovina, il-Kroazja, Dik li Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo (UNSCR 1244) (2000-2006), approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 2666/2000/KE;

(j)

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkumpanjaw (MEDA) ir-riforma tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja, approvati bir-Regolament (KE) Nru 2698/2000;

(k)

It-tielet fażi tal-iskema ta’ kooperazzjoni trans-Ewropea għall-edukazzjoni ogħla (Tempus III) (2000-2006), approvata bid-Deċiżjoni 1999/311/KE;

(l)

Il-proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jirrinova programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (2001-2005), approvati bid-Deċiżjoni 2001/196/KE;

(m)

Il-proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jirrinova l-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u t-taħriġ (2001-2005), approvat bid-Deċiżjoni 2001/197/KE;

(n)

Il-programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus – Żvilupp, Distribuzzjoni u Promozzjoni) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni 2000/821/KE;

(o)

Il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti fl-industrija tal-programmi awdjoviżivi Ewropea (MEDIA-Taħriġ) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE;

(p)

Il-programm multiannwali għall-integrazzjoni effettiva ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (TIK) f’sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ fl-Ewropa (eProgrammi ta’ Tagħlim - e-learning) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni 2318/2003/KE;

(q)

Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea attiva (parteċipazzjoni taċ-ċittadini) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni 2004/100/KE;

(r)

Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 790/2004/KE;

(s)

Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ korpi attivi fil-livell Ewropew u għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE;

(t)

Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 792/2004/KE;

(u)

Il-programm għat-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta’ fehim interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004-2008), approvat bid-Deċiżjoni Nru 2317/2003/KE;

(v)

Il-proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġedded il-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (2006-2013), approvati bid-Deċiżjoni 2006/910/KE;

(w)

Il-proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ (2006-2013), approvat bid-Deċiżjoni 2006/964/KE;

(x)

Il-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE;

(y)

Il-programm “Kultura” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE;

(z)

Il-programm “Europe for Citizens” li għandu l-għan li jippromwovi ċ-ċittadinanza Ewropea attiva (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE;

(aa)

Il-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE;

(bb)

Il-programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE;

(cc)

Il-programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus (II) 2009-2013 għat-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni għolja u għall-promozzjoni tal-komprensjoni interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, approvat bid-Deċiżjoni Nru 1298/2008/KE;

(dd)

Il-programm ta’ kooperazzjoni fis-settur awdjoviżiv ma’ professjonisti minn pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) (2011-2013), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE;

(ee)

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ għajnuna għall-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-Asja, approvati skont ir-Regolament (KEE) Nru 443/92;

(ff)

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA), stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1085/2006;

(gg)

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni primarja, sekondarja u għolja u ż-żgħażagħ eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1638/2006;

(hh)

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1905/2006;

(ii)

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1934/2006;

(jj)

Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, skont il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (id-Deċiżjoni 2003/159/KE), kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (id-Deċiżjoni 2005/599/KE).

3.   L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti segwenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-partijiet tal-programmi tal-Unjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2:

(a)

Il-ġestjoni tal-istadji kollha ta’ implimentazzjoni tal-programmi u tal-fażijiet kollha tul il-ħajja ta’ proġetti speċifiċi abbażi tal-programmi ta’ ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega;

(b)

L-adozzjoni tal-istrumenti għall-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-ħruġ ta’ finanzi u t-twettiq tal-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega;

(c)

Tipprovdi appoġġ fl-implimentazzjoni tal-programm fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega, inkluż appoġġ fl-attivitajiet tad-distribuzzjoni, fejn ikun rilevanti b’kooperazzjoni mal-aġenziji nazzjonali;

(d)

L-implimentazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, tan-netwerk ta’ informazzjoni dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa (Eurydice) u l-attivitajiet bl-għan li jtejbu l-fehim u l-għarfien tal-qasam taż-żgħażagħ:

(e)

L-implimentazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, ta’ attivitajiet bl-għan li jtejbu l-fehim u l-għarfien fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

4.   L-Aġenzija tista’ tkun responsabbli għall-forniment tas-servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u loġistiku jekk stipulat fl-istrument tad-delega, għall-benefiċċju tal-korpi li jimplimentaw il-programm u fil-kamp tal-applikazzjoni tal-programmi msemmija fih.

Artikolu 4

Tul tal-ħatriet

1.   Il-membri tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għandhom jinħatru għal perjodu ta’ sentejn.

2.   Id-Direttur għandu jinħatar għal perjodu ta’ erba’ snin.

Artikolu 5

Rekwiżit dwar is-superviżjoni u r-rapportaġġ

L-Aġenzija għandha tkun soġġetta għas-superviżjoni mill-Kummissjoni u għandha tirrapporta regolarment dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li għalihom hi responsabbli, bi qbil mal-arranġamenti u l-intervalli stipulati fl-istrument tad-delega.

Artikolu 6

L-Implimentazzjoni tal-baġit operattiv

L-Aġenzija għandha timplimenta l-baġit ta’ operattiv tagħha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 (60).

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u li jħassru

1.   Id-Deċiżjoni Nru 2009/336/KE titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

2.   L-Aġenzija għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-Aġenzija Eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 2009/336/KE.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-uffiċjali ssekondati prevista mill-istrument ta’ delega, din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija, inkluż id-Direttur tagħha.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35.

(3)  ĠU L 101, 21.4.2009, p. 26.

(4)  COM(2011) 500 finali.

(5)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 788 tat-23 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi “Erasmus Għal Kulħadd” Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport (minn hawn ‘il quddiem magħruf bħala “Il-Programm Erasmus+”).

(6)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.

(7)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.

(8)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 83.

(9)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Com (2011) 785 tal-23 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva.

(10)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.

(11)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.

(12)  Proposta għal Regolament tal-Kunsill COM(2011) 884 tal-14 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020

(13)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32.

(14)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2012) 514 li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja “EU Aid Volunteers”

(15)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 843 li jistabbilixxi Strument ta’ Sħubija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi; Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 840 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp; Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 839 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinati (ENI); Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 838 dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II).

(16)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82; ĠU, L 310, 9.11.2006, p. 1; ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

(17)  COM(2011) 837 finali.

(18)  ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11.

(19)  ĠU L 321, 30.12.1995, p. 25.

(20)  ĠU L 321, 30.12.1995, p. 33.

(21)  ĠU L 28, 3.2.2000, p. 1.

(22)  ĠU L 146, 11.6.1999, p. 33.

(23)  ĠU L 117, 18.5.2000, p. 1.

(24)  ĠU L 63, 10.3.2000, p. 1.

(25)  ĠU L 12, 18.1.2000, p. 1.

(26)  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1.

(27)  ĠU L 311, 12.12.2000, p. 1.

(28)  ĠU L 120, 8.5.1999, p. 30.

(29)  ĠU L 71, 13.3.2001, p. 7.

(30)  ĠU L 71, 13.3.2001, p. 15.

(31)  ĠU L 336, 30.12.2000, p. 82.

(32)  ĠU L 26, 27.1.2001, p. 1.

(33)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 9.

(34)  ĠU L 30, 4.2.2004, p. 6.

(35)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 24.

(36)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 31.

(37)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 40.

(38)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 1.

(39)  ĠU L 346, 9.12.2006, p. 33.

(40)  ĠU L 397, 30.12.2006, p. 14.

(41)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 45.

(42)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 1.

(43)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 32.

(44)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 30.

(45)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.

(46)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 83.

(47)  ĠU L 288, 4.11.2009, p. 10.

(48)  ĠU L 52, 27.2.1992, p. 1.

(49)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.

(50)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

(51)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

(52)  ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41.

(53)  ĠU L 65, 8.3.2003, p. 27.

(54)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 26.

(55)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 838 dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II).

(56)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 839 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinati (ENI).

(57)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 840 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp.

(58)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 843 li jistabbilixxi Strument ta’ Sħubija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

(59)  Proposta għal Regolament tal-Kunsill COM(2013) 445 dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

(60)  ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.


Top