This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0831
2011/831/EU: Council Decision of 1 December 2011 on the practical and procedural arrangements for the appointment by the Council of four members of the European panel for the European Union action for the European Heritage Label
2011/831/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 1 ta’ Diċembru 2011 dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għall-ħatra mill-Kunsill ta’ erba’ membri tal-bord Ewropew għall-azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew
2011/831/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 1 ta’ Diċembru 2011 dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għall-ħatra mill-Kunsill ta’ erba’ membri tal-bord Ewropew għall-azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew
ĠU L 330, 14.12.2011, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
14.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-1 ta’ Diċembru 2011
dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għall-ħatra mill-Kunsill ta’ erba’ membri tal-bord Ewropew għall-azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew
(2011/831/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 1194/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1194/2011/UE jipprevedi li għandu jiġi stabbilit bord Ewropew ta’ esperti indipendenti (“bord Ewropew”) u li dan il-bord għandu jinkludi tlettax-il membru maħtur mill-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej, li minnhom erbgħa għandhom jinħatru mill-Kunsill għal mandat ta’ tliet snin. |
(2) |
Kull istituzzjoni u korp għandhom ifittxu li jiżguraw li l-kompetenzi tal-membri tal-bord Ewropew li huma jaħtru jkunu kemm jista’ jkun komplementari. |
(3) |
Meta jippreżentaw kandidati sabiex isiru membri tal-bord Ewropew, l-Istati Membri li diġà jkollhom espert jew aktar, f’dak il-bord, li kienu nħatru minn istituzzjoni jew korp ieħor għajr il-Kunsill, huma mħeġġa jieħdu kont tat-tisħiħ tal-ekwilibriju ġeografiku u bejn is-sessi fil-bord Ewropew meta jieħdu deċiżjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess. |
(4) |
Huwa xieraq li l-Kunsill jiddeċiedi dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għall-ħatra tal-erba’ membri tiegħu fil-bord Ewropew. |
(5) |
Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu ġusti, faċli biex jiġu implimentati, non-diskriminatorji, trasparenti, u għandhom ifittxu li jiżguraw li l-membri maħtura fil-bord Ewropew jissodisfaw debitament l-obbligi tagħhom. |
(6) |
Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu adattati, jekk ikun meħtieġ, fil-dawl tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-azzjoni għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew previsti fl-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni 1194/2011/UE, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-ħatra ta’ erba’ membri tal-bord Ewropew skont l-arranġamenti prattiċi u proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 2.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jiġu mistiedna jippreżentaw kandidati sabiex isiru membri tal-bord Ewropew. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-proċess għandha tkun volontarja. Kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt jippreżenta kandidat wieħed biss. Sabiex tkun żgurata rappreżentanza ġeografika bbilanċjata, l-Istati Membri li għandhom esperti maħtura mill-Kunsill għall-mandat preċedenti għandhom ikunu esklużi milli jipparteċipaw.
2. Il-kandidaturi għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub u juru b’mod ċar li kandidat speċifiku huwa espert indipendenti b’esperjenza u kompetenza sostanzjali fl-oqsma li huma rilevanti għall-għanijiet tal-azzjoni u li jimpenja ruħu jaħdem fuq il-bord Ewropew, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness. Dawk il-kandidaturi għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni debitament iffirmata kif stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness.
3. Il-kandidaturi għandhom jispeċifikaw, għal kull kandidat, kategorija prinċipali ta’ kompetenza minn fost dawn li ġejjin:
— |
storja u kulturi Ewropej, |
— |
edukazzjoni u żgħażagħ, |
— |
ġestjoni kulturali, inkluża d-dimensjoni patrimonjali, |
— |
komunikazzjoni u turiżmu. |
4. Għandu jiġi organizzat tlugħ bix-xorti fost il-kandidaturi rikonoxxuti mill-korp preparatorju rilevanti tal-Kunsill bil-ħsieb li jintgħażel kandidat wieħed għal kull waħda mill-erba’ kategoriji msemmija fil-paragrafu 3. L-ewwel isem li jittella’ għal kull kategorija għandu jitqies bħala magħżul. Din l-għażla għandha sussegwentement tiġi approvata mill-Kunsill.
5. Jekk ma jkun hemm ebda kandidat f’kategorija waħda jew aktar, għandu jittella’ kandidat addizzjonali wieħed jew aktar mill-kategoriji li fihom ikun hemm l-akbar numru ta’ kandidati. Jekk ikun hemm kandidat wieħed biss f’kategorija speċifika, dak il-kandidat jitqies li ntgħażel mingħajr ma jittella’ bix-xorti.
6. Jekk membru tal-bord Ewropew ma jkunx jista’ jwettaq il-mandat tiegħu, l-Istat Membru li jkun ħatar dak il-membru għandu jaħtar sostitut malajr kemm jista’ jkun. Din il-ħatra għandha tissodisfa r-rekwiżiti kif stabbiliti fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness u tapplika għall-bqija tal-kariga ta’ dak il-membru.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
W. KOSINIAK-KAMYSZ
(1) ĠU L 303, 22.11.2011, p. 1.
ANNESS
LISTA TA’ REKWIŻITI LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI MILL-KANDIDATI
PARTI 1
KULL PREŻENTAZZJONI BIL-MIKTUB GĦANDHA TINKLUDI:
— |
deskrizzjoni tal-edukazzjoni tal-kandidat, l-esperjenza tax-xogħol tiegħu u l-kisbiet eċċellenti tiegħu li jkunu rilevanti għall-għanijiet tal-azzjoni u l-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti mis-siti, |
— |
għażla ta’ kategorija speċifika ta’ kompetenza flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ dik l-għażla. |
PARTI 2
KULL PREŻENTAZZJONI GĦANDHA TINKLUDI D-DIKJARAZZJONI BIL-MIKTUB LI ĠEJJA:
“Jiena konxju:
— |
tad-dmirijiet li l-pożizzjoni tinvolvi u ninsab kapaċi niddedika numru adatt ta’ ġranet tax-xogħol kull sena biex naħdem għall-bord Ewropew, |
— |
li l-pożizzjoni ta’ membru tal-bord Ewropew mhijiex waħda onorarja u li ser nitħallas mill-Kummissjoni għal dan ix-xogħol kif ukoll għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, |
— |
li d-dmirijiet jirrikjedu indipendenza u li ser ikun meħtieġ li niffirma dikjarazzjoni kull sena li tikkonferma li ma għandi ebda konflitt ta’ interess la reali u lanqas potenzjali, f’konformità mal-Artikolu 8(5) tad-Deċiżjoni 1194/2011/UE.” |