Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1303

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1303/2011 tad- 9 ta’ Diċembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 330, 14.12.2011, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1303/oj

14.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1303/2011

tad-9 ta’ Diċembru 2011

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta' prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stiplulat li tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li hu marbut mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista', għal perjodu ta' tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Ġell użat sabiex itaffi l-uġigħ li fih l-ingredjenti segwenti:

alkoħol tal-isopropil

ilma

estratti tal-ħaxix (lex paraguariensis)

polimeri tal-aċidu akriliku (karbomeru)

triethanolamine

mentol

camphor

dijossidu tas-silikon

methylparaben

gliċerina

propylene glycol

tartrazine (E102)

blu jgħajjat FCF (E133)

Il-kwantitajiet tal-ingredjenti m'humiex indikati fuq il-pakkett tal-prodott.

Il-pakkett jagħti l-parir li l-prodott għandu jintuża biex itaffi temporanjament uġigħ minuri u uġigħ tal-muskoli u l-ġogi assoċjati mal-uġigħ tal-artrite, uġigħ fid-dahar, jew meta wieħed jiġbed muskolu jew ifekkek xi parti ta' ġismu.

3824 90 97

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota Addizzjonali 1 għall-Kapitolu 30 u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3824 , 3824 90 u 3824 90 97 .

Il-prodott la għandu użu terapewtiku, u lanqas ma jservi biex jikkura jew ifejjaq xi marda, u lanqas għandu użu profilattiku, minħabba li ma jħarisx jew jipproteġi mill-mard. Barra minn hekk, il-prodott ma jissodisax il-kundizzjonijiet tan-Nota Addizzjonali 1 għall-Kapitolu 30. Il-klassifikazzjoni bħala duwa taħt l-intestatura 3004 hija għalhekk eskluża.

Il-prodott m'għandux jitqies bħala preparazzjoni tas-sbuħija jew tal-irtokk minħabba li mhux użat għall-kura tal-ġilda. Għalkemm il-prodott għandu l-effett li jkessaħ il-ġilda fejn jiġi applikat, proprjament ma jipprovdi ebda kura lill-ġilda. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3304 hija għalhekk eskluża.

Il-prodott għandu għalhekk jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 3824 90 97 bħala prodotti jew preparazzjonijiet kimiċi oħrajn tal-industriji kimiċi jew dawk assoċjati, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra.


Top