This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1297
Commission Implementing Regulation (EU) No 1297/2011 of 9 December 2011 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications [Seggiano (PDO)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1297/2011 tad- 9 ta' Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Seggiano (DPO)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1297/2011 tad- 9 ta' Diċembru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Seggiano (DPO)]
ĠU L 330, 14.12.2011, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
14.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1297/2011
tad-9 ta' Diċembru 2011
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Seggiano (DPO)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari t-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) u f'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tal-isem “Seggiano” kienet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ir-Renju Unit ressaq oġġezzjoni kontra r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. L-oġġezzjoni tqieset ammissibbli skont l-Artikolu 7 (3) ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Fl-oġġezzjoni, ir-Renju Unit indika li r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni konċernata tmur kontra l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u se thedded l-eżistenza ta’ trejdmarks reġistrati fit-territorju tiegħu. |
(4) |
Bl-ittra bid-data tat-18 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri konċernati biex jilħqu qbil bejniethom skont il-proċeduri interni tagħhom. |
(5) |
Billi l-Italja u r-Renju Unit laħqu ftehim bejniethom fiż-żmien stipulat, b'modifiki żgħar fl-ispeċifikazzjoni u bl-ebda modifika fid-dokument uniku ppubblikat skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-isem “Seggiano” għandu jiddaħħal fir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 77, 26.03.2010, p. 6.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
L-ITALJA
Seggiano (DPO)