Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1228

    Regolament (UE) Nru 1228/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2011 li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 429/73 li jagħmel dispożizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1059/69 u li joriġinaw fit-Turkija

    ĠU L 326, 8.12.2011, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1228/oj

    8.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 326/17


    REGOLAMENT (UE) Nru 1228/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tas-16 ta’ Novembru 2011

    li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 429/73 li jagħmel dispożizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti oġġetti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1059/69 u li joriġinaw fit-Turkija

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

    Billi:

    (1)

    It-titjib tat-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għat-tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jimplimentaw. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li ma għadx għandhom effett reali jitneħħew mil-leġiżlazzjoni li hija fis-seħħ.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 429/73 (2) kien ġie adottat sabiex jiġi determinat il-komponent fiss imnaqqas tad-dazji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fit-Turkija u impurtati fil-qafas tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970.

    (3)

    Id-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali tal-Unjoni Doganali (3) tistabbilixxi r-regoli għad-determinazzjoni tad-dazji għall-prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fit-Turkija u impurtati fl-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament (KEE) Nru 429/73 għaldaqstant sar obsolet.

    (4)

    Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ċarezza, ir-Regolament (KEE) Nru 429/73 għandu għalhekk jitħassar,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Ir-Regolament (KEE) Nru 429/73 huwa b’dan imħassar.

    2.   It-tħassir tal-att imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal:

    (a)

    iż-żamma fis-seħħ ta’ atti tal-Unjoni adottati abbażi tal-att imsemmi fil-paragrafu 1; u

    (b)

    il-validità kontinwa ta’ emendi li saru mill-att imsemmi fil-paragrafu 1 lil atti oħrajn tal-Unjoni li mhumiex imħassra b’dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. BUZEK

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W. SZCZUKA


    (1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2011

    (2)  ĠU L 59, 5.3.1973, p. 85 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 03, Vol 02, p. 5).

    (3)  ĠU L 35, 13.2.1996, p. 1.


    Top