EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0784

2011/784/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Awwissu 2011 dwar Għajnuna mill-Istat C 39/09 (ex N 385/09) – il-Latvja – Finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-port fil-Port ta’ Ventspils (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6043) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 319, 2.12.2011, p. 92–101 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/784/oj

2.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/92


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Awwissu 2011

dwar Għajnuna mill-Istat C 39/09 (ex N 385/09) – il-Latvja – Finanzjament pubbliku tal-infrastruttura tal-port fil-Port ta’ Ventspils

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6043)

(It-test Latvjan biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/784/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom bi qbil mad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1),

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz tan-notifika elettronika tas-26 ta’ Ġunju 2009, il-Latvja ħabbret, skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), miżura li tipprovdi finanzjament pubbliku għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-port għall-Port ta’ Ventspils.

(2)

Permezz tal-ittra tal-15 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni infurmat lil-Latvja li ddeċidiet li tniedi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE relatata ma’ parti mill-miżura.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għat-tnedija tal-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (minn hawn ’l quddiem “id-deċiżjoni tal-ftuħ”). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom.

(4)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati. Permezz tal-ittri tas-16 ta’ Marzu 2010, tas-7 ta’ April 2010, tat-12 ta’ April 2010 u tal-14 ta’ April 2010 l-awtoritajiet Latvjani ressqu l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ.

(5)

Il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni addizzjonali dwar il-miżura permezz tal-ittri tal-21 ta’ Settembru 2010, tat-22 ta’ Diċembru 2010 u tat-18 ta’ Marzu 2011. L-awtoritajiet Latvjani pprovdew l-informazzjoni mitluba permezz tal-ittri tat-8 ta’ Ottubru 2010, tal-20 ta’ Jannar 2011, tat-22 ta’ Marzu 2011 u tal-31 ta’ Marzu 2011.

(6)

Barra minn hekk, saru bosta laqgħat bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Latvjani. Qabel u wara dawn il-laqgħat ingħatat informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Latvjani.

2.   DESKRIZZJONI

2.1.   IL-PROĠETT

(7)

Il-fini tal-proġett hija t-titjib tal-infrastruttura tal-port. Il-proġett jinkludi l-proġetti sekondarji li ġejjin li jridu jitwettqu bejn l-2010 u l-2014:

(a)

il-kostruzzjoni ta’ terminal għall-merkanzija xotta,

(b)

il-kostruzzjoni tal-irmiġġ Nru 35,

(c)

il-kostruzzjoni tal-irmiġġ Nru 12,

(d)

il-kostruzzjoni mill-ġdid tad-diga tat-Tramuntana,

(e)

it-tindif tal-ħama tal-baċir tal-port,

(f)

il-kostruzzjoni tal-aċċess għal-linji tal-ferrovija,

(g)

ir-rinnovazzjoni tal-mollijiet għall-irmiġġ għall-bastimenti tal-Awtorità tal-Port,

(h)

il-fortifikazzjoni tal-kosta tal-kanal.

2.2.   L-AMBITU TAD-DEĊIŻJONI PREŻENTI

(8)

Fid-deċiżjoni tagħha tal-15 ta’ Diċembru 2009 (3), il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kienx meħtieġ li tiddeċiedi jekk il-finanzjament pubbliku tad-diga, tal-fortifikazzjoni tal-kosta tal-kanal u tar-rinnovazzjoni tal-mollijiet għall-irmiġġ li jintużaw mill-vapuri tal-Awtorità tal-Port jinvolvix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE fil-livell tal-Awtorità tal-Port, minħabba li għajnuna simili hija kompatibbli mas-suq intern.

(9)

Dwar il-finanzjament pubbliku tat-tindif tal-ħama u l-aċċess għal-linji tal-ferrovija, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan jinvolvi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE u ddikjarat li l-għajnuna għall-Awtorità tal-Port hija kompatibbli mas-suq intern.

(10)

Dwar il-finanzjament pubbliku tat-terminal il-ġdid u ż-żewġ irmiġġi, il-Kummissjoni kkunsidrat li jinvolvi għajnuna għall-Awtorità tal-Port. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna lill-Awtorità tal-Port hija kompatibbli mas-suq intern.

(11)

It-terminal tat-tagħbija xotta u ż-żewġ irmiġġi se jitħaddmu minn partijiet privati. B’hekk, l-Awtorità tal-Port se tikkonkludi kuntratti ta’ konċessjoni mal-fornituri tas-servizz tal-port għal perjodu ta’ 35 sena. L-ebda offerta ma titwettaq sabiex jingħataw kuntratti ta’ konċessjoni. Il-prezz tal-konċessjoni li jrid jitħallas mill-fornituri tas-servizzi tal-port ġie stabbilit minn qabel fuq bażi tal-valutazzjoni li twettqet minn espert awtonomu.

(12)

Fid-deċiżjoni tagħha tal-15 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar jekk il-prezz tal-konċessjoni għandux jinvolvi għajnuna mill-Istat. Fuq bażi tal-informazzjoni disponibbli f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar it-tip ta’ għajnuna tal-finanzjament pubbliku fil-livell tat-tliet detenturi tal-konċessjoni tal-infrastruttura tal-port speċifika għall-utent.

(13)

Il-Kummissjoni skopriet ukoll li l-utenti finali se jkollhom aċċess għall-infrastruttura l-ġdida li se tinbena fuq kundizzjonijiet mhux diskriminatorji.

(14)

Għalhekk, l-għajnuna potenzjali għad-detenturi tal-konċessjoni biss kienet soġġetta għal proċedura ta’ investigazzjoni formali.

2.3.   KUNTRATTI TA’ KONĊESSJONI

2.3.1.   IT-TERMINAL TAT-TAGĦBIJA XOTTA

(15)

L-Awtorità tal-Port hija maħsuba li tikkonċedi kuntratti ta’ konċessjoni għall-eżekuzzjoni tat-terminal il-ġdid li se jinbena biex […] (*). Bħalissa l-operatur qed iwettaq xogħlijiet ta’ mmaniġġjar ta’ merkanzija fit-territorju mikri mill-Awtorità tal-Port biex […] fuq bażi ta’ ftehim ta’ sullokazzjoni konkluż ma’ […].

(16)

Skont l-awtoritajiet Latvjani, […] huwa maħsub li jestendi l-operat tiegħu u juża t-territorju mikri kollu kemm hu għall-eżekuzzjonijiet tiegħu, u b’hekk huwa ppjanat li jtemm il-ftehim ta’ sullokazzjoni.

(17)

L-Awtorità tal-Port iddeċidiet li tibni terminal ġdid u sussegwentement jagħti konċessjoni lil […], sabiex […] ikun jista’jkompli jopera fil-port.

2.3.2.   IRMIĠĠ NRU 35 GĦALL-MERKANZIJA LIKWIDA

(18)

Skont l-awtoritajiet Latvjani, ir-restawr tal-kapaċità tal-merkanzija likwida fil-port ta’ Ventspils huwa relatat ma’ dan l-ambjent partikolari minħabba restrizzjonijiet relatati mal-fond meħtieġ biex jilqa’ l-bastimenti tal-merkanzija likwida b’tunnellaġġ adattat.

(19)

Bħalissa t-territorju kollu tal-madwar huwa mikri lil […]. L-intenzjoni tal-awtoritajiet Latvjani hija li jagħtu kuntratt ta’ konċessjoni għall-operat tal-irmiġġ il-ġdid lil […] minħabba li mmaniġġja merkanzija likwida fil-port u b’hekk diġà għandu t-tagħmir meħtieġ għat-trasbord tal-merkanzija likwida, inkluż it-tagħmir għat-tifi tan-nar.

2.3.3.   IRMIĠĠ NRU 12 GĦAL MERKANZIJA ĠENERALI U BIL-MASSA

(20)

Wieħed mill-utenti tal-irmiġġ se jkun sussidjarju ta’ […], li għandu l-ħsieb li jistabbilixxi fabbrika tal-materjal tal-kostruzzjoni fuq it-territorju tal-port fuq bażi ta’ ftehim ta’ kiri għal żmien twil mal-Awtorità tal-Port. Il-materjal tal-kostruzzjoni se jiġi trasportat għas-swieq tal-esportazzjoni permezz ta’ bastimenti ro-ro.

(21)

It-trasport tal-materjal mill-fabbrika stess sal-irmiġġ se jitwettaq permezz tal-ferroviji u t-toroq, tul it-territorju tat-terminal Universali Nru 2 li jitħaddem minn […]. B’hekk, se jiġi ffirmat ftehim trilaterali bejn […], […] u l-Awtorità tal-Port wara l-kostruzzjoni tal-irmiġġ.

(22)

Skont l-awtoritajiet Latvjani, […] u […] huma l-uniċi operaturi potenzjali tal-irmiġġ Nru 12. L-Awtorità tal-Port għall-bidu kienet maħsuba li tagħti konċessjoni lil […].

2.4.   RAĠUNIJIET GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI DWAR IT-TIP TA’ GĦAJNUNA TAL-MIŻURA FIL-LIVELL TAD-DETENTURI TAL-GĦOTI

2.4.1.   L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(23)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet permezz ta’ ħarsa preliminari li l-kriterji meħtieġa biex tiddeduċi li l-Awtorità tal-Port ħadet bixra ta’ investitur privat meta stabbiliet il-prezzijiet tal-konċessjoni li jridu jitħallsu mid-detenturi tal-konċessjoni futuri ma kinux konformi.

(24)

Il-Kummissjoni esprimiet dubji kemm dwar il-metodoloġija li ntużat biex jiġi stabbilit il-prezz tal-konċessjoni nnifsu, kif ukoll dwar l-awtonomija tal-valutazzjoni tal-espert.

2.4.1.1.   Metodoloġiji li ntużaw mill-Awtorità tal-Port biex tistabbilixxi l-prezzijiet tal-konċessjoni

(25)

L-espert awtonomu li evalwa l-prezzijiet tal-konċessjoni uża żewġ metodoloġiji differenti, li huma l-valutazzjoni komparattiva u d-dħul. F’dak li jikkonċerna l-irmiġġ tal-likwidi, l-espert uża biss id-dħul.

(26)

F’dak li jikkonċerna l-valutazzjoni komparattiva, il-Kummissjoni osservat li din kienet ibbażata l-aktar fuq kuntratti kontinwi fl-istess port. B’hekk, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-kredibilità tagħhom. Il-Kummissjoni osservat li valutazzjoni komparattiva simili ma tistax tkun konklużiva minħabba li ma kienx hemm indikazzjoni li prezz ta’ konċessjoni orjentat lejn is-suq għandu jitħallas bi qbil mal-kuntratti li jintużaw bħala referenza. Barra dan, il-Kummissjoni osservat li l-analiżi twettqet b’rabta mal-istess tliet ftehimiet ta’ konċessjoni kemm għat-terminal tat-tagħbija xotta kif ukoll għall-irmiġġ Nru 12 tal-merkanzija ġenerali u bil-massa, minkejja li dawk it-terminals jidhru sostanzjalment differenti fin-natura tagħhom.

(27)

F’dak li jikkonċerna l-approċċ tad-dħul li ntuża fil-valutazzjoni, il-Kummissjoni osservat li dan ma jidhirx li jirrifletti l-ispejjeż kollha tal-investiment fil-każ tat-terminal tat-tagħbija xotta u l-irmiġġ Nru 12.

2.4.1.2.   L-awtonomija tal-valutazzjoni tal-espert

(28)

Il-Kummissjoni osservat li d-deċiżjoni li diġà ttieħdet mill-bord tal-port f’Marzu tal-2006 wriet l-impenn tal-port li jagħti konċessjoni għall-operat tal-irmiġġ Nru 35 lil […] wara t-tlestija tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-prezz tal-konċessjoni, ibbażata fuq l-istess prinċipji tal-valutazzjoni awtonoma, hija speċifikata hemmhekk. Għalhekk, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar l-awtonomija tal-valutazzjoni nnifisha.

2.4.1.3.   Konklużjoni

(29)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-finanzjament pubbliku tal-kostruzzjoni tat-terminal u ż-żewġ irmiġġi jidher li se jipprovdi vantaġġ ekonomiku selettiv lill-operaturi tal-infrastruttura kkonċernata u li tikkostitwixxi għajnuna skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

2.4.2.   KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA

(30)

Il-Kummissjoni kkonkludiet permezz ta’ ħarsa preliminari li kwalunkwe għajnuna lid-detenturi tal-konċessjoni tikkostitwixxi f’għajnuna fl-operat, sabiex tnaqqsilhom l-ispejjeż li normalment ikollhom jiffaċċjaw. Skont il-liġi tal-każ tal-Qorti, għajnuna fl-operat simili hija fil-prinċipju kompatibbli mas-suq intern. (4)

3.   KUMMENTI MIL-LATVJA

3.1.1.   ID-DETENTURI TAL-KONĊESSJONI

(31)

L-awtoritajiet Latvjani jaffermaw li t-tliet operaturi ntgħażlu mill-Awtorità tal-Port fuq bażi oġġettiva u jirrappreżentaw l-aktar alternattiva vijabbli bħala operaturi tal-infrastruttura li għadha kif inbniet.

3.1.1.1.   It-terminal tal-merkanzija xotta

(32)

L-Awtorità tal-Port hija maħsuba li tagħti konċessjoni għall-operat tat-terminal tal-merkanzija xotta lil […], li jikkonċerna b’mod partikolari t-trasbord tal-injam. L-awtoritajiet Latvjani jfissru li l-preżenza ta’ […] fil-port hija essenzjali minħabba l-importanza partikolari tal-esportazzjoni tal-injam fir-reġjun.

(33)

Kif inhu spjegat hawn fuq, bħalissa […] qed jipprovdi servizzi għall-immaniġġjar tal-merkanzija fuq it-territorju mikri mill-Awtorità tal-Port lil […] fuq bażi ta’ ftehim ta’ sullokazzjoni konkluż ma’ […]. Minħabba li […] għandu l-ħsieb li jestendi l-operat tiegħu u juża t-territorju mikri kollu kemm hu, f’Ottubru tal-2005 il-bord tal-port adotta riżoluzzjoni għall-kostruzzjoni ta’ terminal ġdid u sussegwentement ta l-konċessjoni għall-operat tiegħu lil […] (ara l-Anness I).

(34)

L-awtoritajiet Latvjani jaffermaw li d-deċiżjoni li jagħtu l-kuntratt ta’ konċessjoni lil dan l-operatur partikolari hija bbażata purament fuq raġunijiet ta’ fini kummerċjali. F’dan is-sens l-awtoritajiet Latvjani jenfasizzaw li […] jirrappreżenta l-aktar soluzzjoni fattibbli għall-operat tat-terminal minħabba li diġà għandu t-tagħmir meħtieġ għall-immaniġġjar tal-merkanzija xotta. Barra dan, l-ebda detentur potenzjali ieħor ma esprima interess li jopera t-terminal tal-tagħbija xotta. L-awtoritajiet Latvjani jenfasizzaw li huwa fl-interess tal-Awtorità tal-Port li tniedi negozjati mal-partijiet interessati potenzjali kollha, b’mod partikolari ladarba parti sinifikanti mill-art tal-port għadha mhux tintuża.

(35)

[…] diġà ttrasborda fil-port aktar minn […] elf m3 fis-sena u b’hekk diġà stabbilixxa netwerk ta’ negozju solidu. L-Awtorità tal-Port tikkunsidra li l-kumpanija għandha tmantni dħul simili mill-merkanzija fil-futur u b’hekk toffri l-garanziji meħtieġa b’rabta mal-irkupru tal-investimenti li saru mill-Awtorità tal-Port.

3.1.1.2.   Irmiġġ Nru 35

(36)

L-irmiġġ se jieħu post il-moll Nru 1 għat-trasbord tal-merkanzija likwida perikoluża. Bħalissal-moll huwa fi stat ħażin u b’hekk ma jistax jintuża għall-immaniġġjar tal-merkanzija. Kif inhu speċifikat hawn fuq, ir-restawr tal-kapaċità tal-merkanzija likwida fil-port ta’ Ventspils huwa konness ma’ dan l-ambjent partikolari minħabba rekwiżiti ta’ sigurtà u restrizzjonijiet relatati mal-fond meħtieġ għall-bastimenti tal-merkanzija likwida b’tunnellaġġ adattat.

(37)

L-awtoritajiet Latvjani jistqarru li fir-realtà l-għoti ta’ konċessjoni għall-operat tal-irmiġġ Nru 35 lil kumpanija differenti mhux possibbli minħabba r-riskju li jintilef il-post speċifiku tal-infrastruttura fi ħdan il-port. Bħalissa t-territorju kollu tal-madwar huwa mikri lil […] (ara Anness II).

(38)

Barra dan, qed jiġi diskuss li, bħal […], minħabba li […] diġà mmaniġġja merkanzija likwida fil-port ta’ Ventspils, l-operatur għandu t-tagħmir kollu meħtieġ għat-trasbord tal-merkanzija likwida, li hija importanti għall-operat tal-irmiġġ.

3.1.1.3.   Irmiġġ Nru 12

(39)

Il-proġett għandu l-mira li jżid il-kapaċità tal-ħatt ta’ merkanzija ġenerali li tinħatt. L-awtoritajiet Latvjani jispjegaw li d-deċiżjoni għall-kostruzzjoni tal-irmiġġ hija konnessa mal-konklużjoni mill-Awtorità tal-Port ta’ ftehim ta’ kiri għal żmien twil mas-sussidjarju ta’ […]. Is-sussidjarju ta’ […] għandu l-ħsieb li jistabbilixxi fabbrika tal-materjal tal-kostruzzjoni fuq it-territorju tal-port. Il-materjal tal-kostruzzjoni jista’ jiġi trasportat biss lis-swieq tal-esportazzjoni permezz ta’ bastimenti ro-ro.

(40)

Madankollu l-awtoritajiet Latvjani jenfasizzaw li qabel il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kiri ma’ […], l-Awtorità tal-Port ħadet sehem f’bosta offerti organizzati minn ġarriera tal-merkanzija u konċessjonarji potenzjali tal-Irmiġġ Nru 12, bħal […], iżda ma kinux ta’ suċċess.

(41)

Skont l-awtoritajiet Latvjani, it-trasport tal-materjal mill-fabbrika nnifisha sal-irmiġġ jista’ jitwettaq biss permezz tal-linji tal-ferrovija jew fit-triq, viċin it-territorju tat-terminal Universali Nru 2 operat minn […]. B’hekk, se jiġi ffirmat ftehim trilaterali bejn […], […] u l-Awtorità tal-Port wara l-kostruzzjoni tal-irmiġġ.

(42)

Barra dan, l-awtoritajiet Latvjani jistqarru li hemm biss żewġ operaturi potenzjali tal-irmiġġ, jiġifieri […] u […]. Permezz tal-kummenti li saru fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Latvjani ċċaraw li l-kuntratt ta’ konċessjoni għall-operat tal-irmiġġ se jingħata lil […].

(43)

Minħabba li l-unika soluzzjoni biex jitqassam il-materjal tal-kostruzzjoni mill-fabbrika għall-irmiġġ Nru 12 huwa permezz tat-territorju mikri lil […] (ara l-Anness III), l-Awtorità tal-Port tikkunsidra lil […] bħala l-aktar alternattiva realistika.

(44)

Barra dan, l-awtoritajiet Latvjani jenfasizzaw li l-medda tal-art tal-port madwar l-irmiġġ ma tippermettix ħażna ta’ merkanzija. B’hekk hija meħtieġa l-garanzija ta’ konnessjonijiet adegwati ma’ żoni oħra tal-port fejn huwa possibbli li ssir il-ħażna.

(45)

Huwa affermat ukoll li, minħabba kemm il-post tal-irmiġġ kif ukoll il-parametri tekniċi tiegħu, l-irmiġġ se jservi għall-ġarriera tal-merkanzija li jinsabu sa 12-il ettaru ’l bogħod, irrispettivament mit-tip ta’ merkanzija għad-dispożizzjoni.

3.1.2.   IL-VALUTAZZJONI TAL-ESPERT

(46)

Saru valutazzjonijiet separati għal kull kuntratt ta’ konċessjoni għall-infrastruttura speċifika għall-utent. L-awtoritajiet Latvjani jaffermaw li dawn il-valutazzjonijiet saru f’konformità mal-Istandards Latvjani tal-Valutazzjoni u l-Istandards Internazzjonali tal-Valutazzjoni.

(47)

F’dak li jikkonċerna l-metodoloġija li ntużat, l-awtoritajiet Latvjani jenfasizzaw li, minħabba l-post u l-karatteristiċi tal-portijiet ta’ Riga u Liepaja, l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva (l-hekk imsejjaħ “approċċ komparattiv”) huwa kredibbli għall-aħħar. Il-prezzijiet tal-konċessjoni li jitħallsu mill-fornituri tas-servizz li joperaw f’dawn il-portijiet ġew provduti mill-awtoritajiet tal-port infushom u b’hekk għandhom jitqiesu affidabbli.

(48)

Skont l-awtoritajiet Latvjani, il-valutazzjonijiet riveduti, ibbażati fuq l-analiżi tal-fluss tal-flus, għandhom ukoll inaqqsu d-dubji tal-Kummissjoni dwar l-awtonomija tagħhom.

(49)

Aktar ’il quddiem, il-Kummissjoni se tispeċifika min-naħa l-oħra l-metodoloġija li ntużat mill-espert biex jistabbilixxi l-prezzijiet tal-konċessjoni.

3.1.2.1.   It-Terminal tal-Merkanzija Xotta

(50)

L-evalwazzjoni hija bbażata fuq żewġ metodi, kif ġej:

L-approċċ tat-tranżazzjonijiet komparabbli

(51)

L-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva ssir permezz ta’ tliet kuntratti li huma meqjusa bħala komparattivi fil-port ta’ Ventspils. L-espert uża kwozjenti ta’ korrezzjoni sabiex jistabbilixxi prezz ta’ konċessjoni adegwat. Ġew meqjusal-fatturi li ġejjin: iż-żmien u l-kundizzjonijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt, il-post, id-deskrizzjoni tal-irmiġġi, il-medda mikrija, il-kundizzjonijiet tekniċi tat-terminals u l-aċċess għall-utilitajiet.

(52)

Il-prezz tal-konċessjoni kkalkulat huwa ta’ EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. L-istimatur stabbilixxa l-prezz tal-konċessjoni għal EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena.

L-approċċ tad-dħul

(53)

L-approċċ tad-dħul jintuża biex jevalwa jekk l-iskont fuq il-valuri tad-dħul futur jippermettix kopertura sħiħa tal-ispejjeż tal-investiment totali (inkluż iż-żona tat-tagħbija u l-ispejjeż tat-tindif tal-ħama u tal-aċċess għal-linji tal-ferrovija) u jipprovdix għal projezzjonijiet finanzjarji għal perjodu ta’ 25 sena. L-istima tad-dħul u l-ispejjeż huma kkalkulati permezz ta’ rata ta’ skont ta’ 7,5 %, li tirrifletti l-livell ta’ riskju tal-investiment.

(54)

L-evalwazzjoni awtonoma tikkunsidra d-dħul mill-ħlasijiet u l-prezzijiet tal-port u d-dħul li jirriżulta mill-użu tal-art u l-infrastruttura tal-port. Jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tal-investiment totali.

(55)

Fuq bażi tal-livelli differenti tal-qligħ mill-merkanzija, il-valur preżenti nett (NPV), ir-rata interna tal-profitt (IRR) u l-proporzjon tal-benefiċċji mal-ispejjeż (BCR) huma mbassra għall-prezzijiet tal-konċessjoni li jvarjaw minn EUR […] għal kull metru kwadru għal EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. L-indikaturi finanzjarji jippermettu prezz tal-konċessjoni ta’ mill-inqas EUR […] għal kull metru kwadru għal medja ta’ […] tunnellati ta’ dħul fis-sena ta’ merkanzija u EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena għal medja ta’ […] tunnellati ta’ dħul fis-sena ta’ merkanzija. Jekk il-medja tad-dħul tkun ogħla minn […] tunnellati fis-sena, il-prezz tal-konċessjoni jkun minimu.

(56)

Jekk il-medja mbassra tad-dħul mill-merkanzija hija ta’ […] tunnellati fis-sena, l-istimatur awtonomu jikkonkludi li prezz annwali tal-konċessjoni bejn EUR […] u EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena huwa ġġustifikata.

(57)

Ladarba jiġu kkunsidrati ż-żewġ metodi speċifikati hawn fuq, l-istimatur awtonomu jistabbilixxi l-prezz tal-konċessjoni għal EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena.

(58)

It-tabella t’hawn taħt tipprovdi l-valuri tal-indikaturi finanzjarji tal-proġett filwaqt li tikkunsidra r-riżultat tal-prezz tal-konċessjoni:

Dħul ta’ […] tunnellati ta’ merkanzija, prezz tal-konċessjoni ta’ EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena, rata ta’ skont ta’ 7,5 %, rata ta’ tkabbir ta’ 2,28 %

Indikatur

Mingħajr għoti mill-Fond ta’ Koeżjoni

B’għoti mill-Fond ta’ Koeżjoni

IRR

[…] %

[…] %

NPV

(…)

(…)

(59)

B’hekk l-evalwazzjoni tal-istimatur awtonomu tikkonferma l-kredibilità tal-prezz tal-konċessjoni kkalkulat kif inhu speċifikat hawn fuq, jiġifieri EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena.

3.1.2.2.   Irmiġġ Nru 35

(60)

L-approċċ tad-dħul jipprovdi projezzjonijiet finanzjarji għal perjodu ta’ 25 sena. L-istima tad-dħul u l-ispejjeż huma korretti permezz tal-istess rata ta’ skont ta’ 7,5 % li tirrifletti l-livell ta’ riskju tal-investiment.

(61)

L-evalwazzjoni awtonoma tikkunsidra d-dħul mill-ħlasijiet u l-prezzijiet tal-port u d-dħul li jirriżulta mill-użu tal-art u l-infrastruttura tal-port. Jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tal-investiment totali.

(62)

Fuq bażi tal-livelli differenti tal-qligħ mill-merkanzija, il-valur preżenti nett (NPV), ir-rata interna tal-profitt (IRR) u l-proporzjon tal-benefiċċji mal-ispejjeż (BCR) huma mbassra għall-prezzijiet tal-għoti li jvarjaw minn EUR […] għal EUR […] fis-sena. L-indikaturi finanzjarji jippermettu prezz tal-konċessjoni annwali ogħla minn EUR […] fis-sena għal stima mistennija ta’ […] tunnellati ta’ dħul fis-sena ta’ merkanzija u ogħla minn EUR […] fis- sena għal stima mistennija ta’ […] tunnellati ta’ dħul fis-sena. Għal rata ogħla ta’ dħul mill-merkanzija l-prezz tal-konċessjoni jkun minimu.

(63)

Minħabba li l-perjodu ta’ deprezzament ta’ 30 sena tal-irmiġġi tal-ilma fond, l-istimatur awtonomu stabbilixxa l-valur tal-prezz tal-konċessjoni għal EUR […] fis-sena, jiġifieri 1/30 tal-ispejjeż tal-investiment tal-irmiġġi, mingħajr ix-xogħlijiet tat-tindif tal-ħama.

(64)

It-tabella t’hawn taħt tindika r-riżultati finanzjarji tal-proġett għal dħul annwali ta’ […] tunnellati ta’ merkanzija, ladarba l-prezz tal-konċessjoni jkun ta’ EUR […] fis-sena. L-ispejjeż tal-investiment totali, inklużi x-xogħlijiet tat-tindif tal-ħama, ġew ikkunsidrati fil-kalkolu.

Dħul ta’ […] tunnellati ta’ merkanzija, prezz tal-għoti ta’ EUR […] fis-sena, rata ta’ skont ta’ 7,5 %, rata ta’ tkabbir ta’ 2,28 %

Indikatur

Mingħajr għoti mill-Fond ta’ Koeżjoni

B’għoti mill-Fond ta’ Koeżjoni

IRR

[…] %

[…] %

NPV

(…)

(…)

(65)

B’hekk l-istimatur stabbilixxa l-prezz tal-konċessjoni għal EUR […] fis-sena (minflok EUR […] fis-sena, kif kien maħsub fil-bidu).

3.1.2.3.   Irmiġġ Nru 12

(66)

Il-valutazzjoni hija bbażata fuq żewġ metodi, jiġifieri l-approċċ tat-tranżazzjoni komparabbli u l-approċċ tad-dħul.

L-approċċ tat-tranżazzjoni komparabbli

(67)

L-ewwel nett, il-kuntratt tal-konċessjoni huwa mqabbel ma’ tliet kuntratti li huma meqjusa bħala komparabbli fil-port ta’ Ventspils. Ladarba ġew ikkunsidrati l-fatturi u l-karatteristiċi speċifiċi tal-infrastruttura soġġetti għal dawn it-tliet kuntratti, l-istimatur uża l-kwozjenti ta’ korrezzjoni sabiex jistabbilixxi prezz tal-konċessjoni adegwat. Il-fatturi li ġejjin ġew ikkunsidrati: iż-żmien u l-kundizzjonijiet tal-konklużjoni tal-kuntratt, il-post, id-deskrizzjoni tal-irmiġġi, il-medda mikrija, il-kundizzjonijiet tekniċi tal-infrastruttura u l-aċċess għall-utilitajiet.

(68)

Il-prezz tal-konċessjoni kkalkulat huwa ta’ EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. Il-prezz tal-konċessjoni ġie stabbilit għal EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena.

L-approċċ tad-dħul

(69)

L-approċċ tad-dħul, li jintuża biex jevalwa jekk l-ammonti tal-iskont tad-dħul futur jippermettux il-kopertura tal-ispejjeż tal-investiment totali (inkluż it-tindif tal-ħama u l-ispejjeż għall-aċċess tal-linji tal-ferrovija), jipprovdi projezzjonijiet futuri għal perjodu ta’ 25 sena. Id-dħul u l-ispejjeż imbassra jiġu kkalkulati permezz ta’ rata ta’ skont ta’ 7,5 %, li tirrifletti l-livell ta’ riskju tal-investiment.

(70)

L-evalwazzjoni awtonoma tikkunsidra d-dħul mill-ħlasijiet u l-prezzijiet tal-port u d-dħul li jirriżulta mill-użu tal-art u l-infrastruttura tal-port. Jiġu kkunsidrati l-ispejjeż tal-investiment totali, inkluż il-finanzjament pubbliku.

(71)

Fuq bażi tal-livelli differenti ta’ qligħ mill-merkanzija, il-valur preżenti nett (NPV), ir-rata interna tal-profitt (IRR) u l-proporzjon tal-benefiċċji mal-ispejjeż (BCR) huma mbassra għall-prezzijiet tal-konċessjonijiet li jvarjaw minn EUR […] għal kull metru kwadru għal EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena. L-istimatur awtonomu kkonkluda li l-indikaturi finanzjarji jippermettu (l-NPV huwa pożittiv) prezz tal-konċessjoni ta’ mhux inqas minn EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena għal stima li hija maħsuba li tkun ta’ […] tunnellati ta’ dħul fis-sena ta’ merkanzija u EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena għal stima li hija maħsuba li tkun ta’ […] tunnellati ta’ dħul fis-sena ta’ merkanzija.

(72)

Jekk il-volum maħsub ikun ta’ […] tunnellati fis-sena, l-istimatur jikkonkludi li l-prezz tal-konċessjoni ta’ mill-inqas EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena huwa ġġustifikat.

(73)

Ladarba jiġu kkunsidrati r-riżultati taż-żewġ metodi speċifikati hawn fuq, l-istimatur awtonomu jistabbilixxi l-prezz tal-konċessjoni ta’ EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena.

(74)

It-tabella t’hawn taħt tipprovdi l-ammonti tal-indikaturi finanzjarji tal-proġett billi tikkunsidra l-prezz tal-konċessjoni li rriżulta:

Dħul ta’ […] tunnellati ta’ merkanzija, prezz tal-għoti ta’ EUR […] fis-sena, rata ta’ skont ta’ 7,5 %, rata ta’ tkabbir ta’ 2,28 %

Indikatur

Mingħajr għoti mill-Fond ta’ Koeżjoni

B’għoti mill-Fond ta’ Koeżjoni

IRR

[…] %

[…] %

NPV

(…)

(…)

(75)

B’hekk l-evalwazzjoni tal-istimaturi awtonomi tikkonferma l-kredibilità tal-prezz tal-konċessjoni kkalkulat kif inhu speċifikat hawn fuq, jiġifieri EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena.

3.1.3.   IL-PREZZ TAL-GĦOTI

(76)

Fuq bażi tal-valutazzjonijiet li saru mill-istimatur awtonomu, l-awtoritajiet Latvjani ddeċidew li jistabbilixxu l-prezzijiet tal-konċessjoni kif ġej:

Detentur tal-għoti

Infrastruttura

Valutazzjoni awtonoma

(fis-sena)

Prezz tal-għoti

(fis-sena)

(…)

Terminal tal-merkanzija xotta

EUR […]

EUR […]

(…)

Rmiġġ Nru 35

EUR […]

EUR […]

(…)

Rmiġġ Nru 12

EUR […]

EUR […]

4.   EVALWAZZJONI

4.1.   EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA

(77)

F’konformità mal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi tal-Istat ta’ kull għamla li tgħawweġ jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, sakemm din taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, ma tkunx kompatibbli mas-suq intern sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor mit-TFUE.

(78)

Il-kriterji speċifikati fl-Artikolu 107(1) huma kumulattivi. B’hekk, sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżura notifikata hix meqjusa bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq iridu jitwettqu. B’mod partikolari, l-appoġġ finanzjarju:

(a)

jingħata minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat,

(b)

jiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produżżjoni ta’ ċerti prodotti,

(c)

jgħawweġ jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni,

(d)

jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

4.1.1.   VANTAĠĠ EKONOMIKU

(79)

Skont il-ġurisprudenza (5) tal-Qorti, m’hemm l-ebda vantaġġ għad-detenturi tal-konċessjoni jekk investitur privat, f’ċirkostanzi simili, jistabbilixxi l-prezz tal-konċessjoni fl-istess livell.

(80)

Mill-bidu nett, il-Kummissjoni tosserva li f’dan il-każ il-prezzijiet tal-konċessjoni ġew stabbiliti minn qabel permezz ta’ valutazzjonijiet separati li twettqu minn espert estern. L-awtoritajiet Latvjani pprovdew evidenza li l-espert għandu grad u esperjenza adegwata.

(81)

Kif inhu speċifikat hawn fuq, l-istimatur awtonomu qabbel il-prezzijiet tal-konċessjoni kkalkulati ma’ dawk stabbiliti għat-tliet kuntratti li huma meqjusa bħala komparabbli fil-port ta’ Ventspils. Ladarba kkunsidra l-fatturi u l-karatteristiċi speċifiċi tal-infrastruttura soġġetti għal dawn it-tliet kuntratti, l-istimatur awtonomu uża l-kwozjenti ta’ korezzjoni sabiex jistabbilixxi prezz tal-konċessjoni adegwat.

(82)

Madankollu, il-Kummissjoni ma tistax taċċerta, fuq bażi tal-informazzjoni disponibbli jekk il-kuntratti kkunsidrati bħala referenza twarrbux mill-offerta, lanqas li bħalissa hemm xi indikazzjoni li l-prezzijiet tal-konċessjoni li tħallsu fuq bażi ta’ dawn il-kuntratti huma kkunsidrati bħala prezz tas-suq.

(83)

Fid-dawl tal-ispeċifikazzjonijiet t’hawn fuq, Il-Kummissjoni tafferma li l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva mhux kredibbli biżżejjed u b’hekk mhux biżżejjed biex teskludi li d-detenturi tal-konċessjoni jistgħu jibbenefikaw minn vantaġġ.

(84)

Skont it-tieni metodu li ntuża mill-istimatur awtonomu. il-prezzijiet tal-konċessjoni u dħul l-ieħor tal-Awtorità tal-Port għandhom jiggarantixxu l-irkupru tal-ispejjeż tal-investiment tal-infrastruttura u ċerta rata ta’ dħul għal 25 sena. L-Awtorità tal-Port iddeċidiet li tistabbilixxi prezz ta’ konċessjoni għat-terminal tal-merkanzija xotta (EUR […] għal kull metru kwadru minflok EUR […] għal kull metru kwadru fis-sena) u għall-Irmiġġ Nru 35 (EUR […] minflok EUR […] għal kull sena) li huwa sostanzjalment ogħla mill-valur propost mill-espert. B’hekk, il-profitt attwali mistenni mill-Awtorità tal-Port huwa sostanzjalment ogħla mill-ammont ikkalkulat mill-espert.

(85)

B’hekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-prezz tal-konċessjoni u d-dħul l-ieħor tal-Awtorità tal-Port jippermettu l-irkupru tal-ispejjeż kollha tal-investiment tal-infrastruttura, inkluż it-tindif tal-ħama u l-ispejjeż għall-aċċess tal-linji tal-ferrovija, u jrendi qligħ ta’ profitt f’konformità mal-profitt meħtieġ għal investitur privat.

(86)

Barra dan, il-Kummissjoni osservat li f’dan il-każ m’hemm l-ebda indikazzjoni li l-Awtorità tal-Port stabbiliet prezzijiet tal-konċessjoni li ma jistgħux iżidu d-dħul tagħha.

(87)

Barra minn hekk, l-inklużjoni ta’ klawsola ta’ reviżjoni tippermetti li l-prezz tal-konċessjoni jiġi rivedut perjodikament.

(88)

Minħabba l-ispeċifikazzjonijiet t’hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li fil-każ preżenti, jista’ jiġi konkluż li l-prezz tal-konċessjoni stabbilit kif imsemmi ma joffrix vantaġġi eċċessivi lid-detenturi tal-konċessjoni tal-infrastruttura speċifika għall-utent.

(89)

Din id-deċiżjoni m’għandha l-ebda preġudizzju lejn kwalunkwe analiżi possibbli li ssir mill-Kummissjoni b’rabta mar-regoli tal-ksib pubbliku tal-UE jew il-prinċipji ġenerali tat-TFUE.

4.1.2.   KONKLUŻJONI

(90)

Il-Kummissjoni tqis li l-finanzjament pubbliku tal-infrastruttura speċifika għall-utent fil-port ta’ Ventspils ma tirriżultax f’vantaġġ ekonomiku għad-detenturi tal-konċessjoni u b’hekk il-miżura m’għandhiex l-effett li tpoġġi lill-fornituri tas-servizzi f’qagħda kompetittiva aktar favorevoli mill-intrapriżi li jikkompetu magħhom.

(91)

Skont il-ġurisprudenza stabbilita, sabiex miżura tingħata klassifikazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat, iridu jitwettqu l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE. (6) Minħabba li l-miżura li trid titqiegħed fis-seħħ mill-awtoritajiet Latvjani ma tirriżultax f’vantaġġ ekonomiku għad-detenturi tal-konċessjoni futuri, b’hekk ma twettaqx b’mod kumulattiv il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex titqies bħala għajnuna mill-Istat f’konformità mal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

5.   KONKLUŻJONI

(92)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-finanzjament pubbliku tal-kostruzzjoni tal-infrastruttura speċifika għall-utent fil-port ta’ Ventspils ma tinvolvix għajnuna għad-detenturi tal-konċessjoni.

(93)

Id-deċiżjoni tikkonċerna biss l-aspetti tal-għajnuna mill-Istat u m’għandha l-ebda preġudizzju lejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-TFUE, b’mod partikolari b’rabta mas-servizz tal-għoti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li l-Latvja qed tippjana li timplimenta favur l-Awtorità tal-Port ta’ Ventspils b’rabta mal-kostruzzjoni tat-terminal tat-tagħbija xotta, mal-Irmiġġ Nru 12 u l-Irmiġġ Nru 35 ma tinvolvix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE għad-detenturi tal-konċessjoni.

L-implimentazzjoni tal-miżura hija awtorizzata b’mod adegwat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi-President


(1)  ĠU C 62, 13.3.2010, p. 7.

(2)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.

(3)  Ara n-nota 1 f’qiegħ.il-paġna.

(*)  Koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali.

(4)  Kawża T-459/93 Siemens v il-Kummissjoni, [1995] ECR II-1675, paragrafu 48. Ara wkoll fuq l-istess punt is-Sentenza tat-8 ta' Lulju 2010, T-396/08 Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt v il-Kummissjoni, paragrafi 46-48; il-kawża C-156/98, il-Ġermanja v il-Kummissjoni, [1998] ECR I-6857, paragrafu 30.

(5)  Il-kawżi konġunti C-328/99 u C-399/00, l-Italja u SIM 2 Multimedia v il-Kummissjoni [2003] ECR I-4053.

(6)  Il-kawżi konġunti C-278/92 sa C-280/92 Spanja v il-Kummissjoni [1994] ECR I-4103, paragrafu 20; il-Każ C-482/99 Franza v il-Kummissjoni [2002] ECR I-4397, paragrafu 68.


ANNESS I

IT-TERRITORJU EŻISTENTI U ĠDID TAT-TERMINAL TAL-MERKANZIJA XOTTA

Image

ANNESS II

SKEMA TA’ […] TERRITORJU MIKRI (INKLUŻ L-IRMIĠĠ Nru 35 IPPJANAT)

Image

ANNESS III

SKEMA TA’ TRASPORTAZZJONI TAL-MATERJAL TAL-KOSTRUZZJONI MINN […] TERRITORJU MIKRI SAL-IRMIĠĠ Nru 12

Image

Top