Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1239

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1239/2011 tat- 30 ta’ Novembru 2011 li jiftaħ sejħa permanenti għat-tressiq ta’ offerti għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas għas-sena tas-suq 2011/2012

    ĠU L 318, 1.12.2011, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2012: This act has been changed. Current consolidated version: 25/04/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1239/oj

    1.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/4


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1239/2011

    tat-30 ta’ Novembru 2011

    li jiftaħ sejħa permanenti għat-tressiq ta’ offerti għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas għas-sena tas-suq 2011/2012

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-prezzijiet tas-suq dinji taz-zokkor kienu f’livell qrib jew saħansitra ogħla mill-prezz tas-suq intern tal-Unjoni għal bosta xhur. It-tbassir tal-prezzijiet tas-suq dinji għal Marzu, Mejju u Lulju 2012, imsejjes fuq is-swieq tal-iskambju futuri taz-zokkor ta’ New York u Londra jkompli jindika li l-prezz tas-suq dinji se jibqa’ kostantament għoli. Matul is-sena tas-suq 2011/2012, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jgawdu minn ċerti ftehimiet preferenzjali huma għaldaqstant mistennija li jiżdiedu b’mod moderat biss.

    (2)

    Il-previżjoni għall-bilanċ taz-zokkor fl-Unjoni għas-sena tas-suq 2011/2012 tindika differenza negattiva bejn id-disponibbiltà u l-użu. Ir-riżultat huwa livell baxx ta’ stokkijiet aħħarin li jhedded li jxekkel id-disponibbiltà tal-provvista tas-suq taz-zokkor tal-Unjoni.

    (3)

    Għal dik ir-raġuni u bil-għan li tiżdied il-provvista, huwa neċessarju li l-importazzjonijiet isiru iżjed faċli permezz ta’ tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni għal ċerti kwantitajiet ta’ zokkor, b’mod simili għal dak provdut fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 634/2011 tad-29 ta’ Ġunju 2011 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2010/2011 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas (2). Il-kwantità u t-tnaqqis tad-dazju għandhom jiġu vvalutati fil-kuntest tal-istat attwali u tal-iżvilupp prevedibbli fis-suq taz-zokkor tal-Unjoni u dak dinji. Għaldaqstant, il-kwantità u t-tnaqqis għandhom ikunu bbażati fuq sistema ta’ offerti.

    (4)

    Għandhom jiġi speċifikati r-rekwiżiti minimi tal-eliġibbiltà biex wieħed iressaq offerta.

    (5)

    Għandha tiġi ddepożitata garanzija għal kull offerta. Dik il-garanzija għandha ssir il-garanzija tal-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni f’każ li l-offerta tiġi magħżula u għandha tiġi rrilaxxata jekk l-offerta ma tiġix magħżula.

    (6)

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-offerti ammissibbli. Sabiex dawn in-notifiki jiġu ssimplifikati u standardizzati, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni xi mudelli.

    (7)

    Għal kull sejħa parzjali għall-offerti, għandha ssir dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tistipula, jew biex tiddeċiedi li ma tistipulax, dazju doganali minimu u, jekk ikun xieraq, koeffiċjent tal-allokazzjoni sabiex jitnaqqsu l-kwantitajiet aċċettati.

    (8)

    Fi żmien qasir l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-offerenti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-sejħa parzjali għall-offerti.

    (9)

    Għandu jkun iċċarat li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena tas-suq, liċenzji tal-importazzjoni għal zokkor mhux raffinat għall-irfinar għandhom jinħarġu biss lil raffinaturi li jaħdmu fuq bażi full time.

    (10)

    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li għalihom inħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqiegħed mudelli għad-dispożizzjoni.

    (11)

    Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Qiegħda tinfetaħ proċedura għat-tressiq ta’ offerti għas-sena tas-suq 2011/2012, li għandha n-numru ta’ referenza 09.4313, għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi tan-NM bin-numru 1701 b’dazju doganali mnaqqas.

    Dak id-dazju doganali għandu jieħu post id-dazju tat-tariffa doganali komuni u d-dazji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 141 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 951/2006 (3).

    Għandu japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (4), ħlief meta huwa previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1.   Il-perjodu li fih jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti għandu jintemm fis-7 ta’ Diċembru 2011 f’nofsinhar (12:00), ħin ta’ Brussell.

    2.   Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu l-offerti bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali għall-offerti u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għall-offerti għandhom jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara li jintemm il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu f’nofsinhar (12:00), ħin ta’ Brussell, fl-14 ta’ Diċembru 2011, fil-21 ta’ Diċembru 2011, fil-11 ta’ Jannar 2012, fil-25 ta’ Jannar 2012, fl-1 ta’ Frar 2012, fil-15 ta’ Frar 2012, fis-6 ta’ Ġunju 2012, fis-27 ta’ Ġunju 2012 u fil-11 ta’ Lulju 2012.

    3.   Il-Kummissjoni tista’ tissospendi t-tressiq tal-offerti għal xi sejħa parzjali għall-offerti jew għal aktar minn waħda.

    Artikolu 3

    1.   L-offerti għandhom jitressqu minn operaturi stabbiliti fl-Unjoni. Għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fiha operator ikun reġistrat għal finijiet ta’ VAT.

    2.   L-offerti għandhom jitressqu permezz tal-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni provduta fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

    3.   Il-formola ta’ applikazzjoni tista’ titressaq permezz ta’ mezzi elettroniċi, permezz tal-metodu li l-Istat Membru kkonċernat jagħmel għad-dispożizzjoni tal-operaturi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-offerti elettroniċi jkollhom magħhom firma elettronika avvanzata skont it-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

    4.   L-offerti għandhom ikunu ammissibbli biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    l-offerti għandhom jindikaw:

    (i)

    fil-kaxxa nru 4, l-isem, l-indirizz u n-numru tal-VAT tal-offerent;

    (ii)

    fil-kaxxi nru 17 u 18, il-kwantità ta’ zokkor li għaliha ssir l-offerta, li għandha tkun minn tal-anqas 20 tunnellata u ma għandiex taqbeż il-45 000 tunnellata, imqarreb mingħajr punti deċimali;

    (iii)

    fil-kaxxa nru 20, l-ammont propost tad-dazju doganali, f’euro għal kull tunnellata zokkor, imqarreb għal mhux aktar minn żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

    (iv)

    fil-kaxxa nru 16, il-kodiċi taz-zokkor tan-NM magħmul minn tmien ċifri.

    (b)

    għandha tingħata prova li l-offerent ikun iddepożita l-garanzija msemmija fl-Artikolu 4(1) qabel l-iskadenza tal-perjodu stabbilit għat-tressiq tal-offerti;

    (c)

    l-offerta għandha titressaq fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun qed titressaq;

    (d)

    l-offerta għandha tirreferi għal dan ir-Regolament u għandha turi d-data tal-iskadenza għat-tressiq tal-offerti;

    (e)

    l-offerta m’għandha tinkludi l-ebda kundizzjoni addizzjonali miżjuda mill-offerent ħlief għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

    5.   Offerta li ma titressaqx skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tkun ammissibbli.

    6.   L-applikanti ma għandhomx iressqu aktar minn offerta waħda għal kull kodiċi tan-NM li jkun magħmul minn tmien ċifri għall-istess sejħa parzjali għall-offerti.

    7.   L-offerti ma jistgħux jiġi rtirati jew emendati wara li jkunu tressqu.

    Artikolu 4

    1.   Skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (6), kull offerent għandu jiddepożita garanzija ta’ EUR 150 għal kull tunnellata zokkor li jkun ser jiġi importat skont dan ir-Regolament.

    2.   Meta offerta tingħażel, dik il-garanzija għandha ssir il-garanzija għal-liċenzja tal-importazzjoni.

    3.   Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rrilaxxata fil-każ tal-offerenti li l-offerta tagħhom ma tkunx ġiet magħżula.

    Artikolu 5

    1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-validità tal-offerti fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

    2.   Il-persuni awtorizzati li jirċievu u jeżaminaw l-offerti għandu jkollhom l-obbligu li ma jiżvelaw l-ebda dettalji relatati magħhom lil xi persuna mhux awtorizzata.

    3.   Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiddeċiedu li offerta mhix valida, dawn għandhom jinfurmaw lill-offerent b’dan.

    4.   L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bil-faks, dwar l-offerti ammissibbli mressqin fi żmien sagħtejn wara l-għeluq tal-perjodu għat-tressiq stabbilit fl-Artikolu 2(1) u (2). Dik in-notifika ma għandhiex ikun fiha d-dejta msemmija fl-Artikolu 3(4)(a)(i).

    5.   Il-forma u l-kontenut tan-notifiki għandhom ikunu ddefiniti fuq il-bażi tal-mudelli li l-Kummissjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. Meta ma titressaq l-ebda offerta, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika, bil-faks, lill-Kummissjoni dwar dan fl-istess perjodu taż-żmien.

    Artikolu 6

    Fil-kuntest tal-istat attwali u tal-iżvilupp prevedibbli tas-suq tal-Unjoni u s-suq dinji taz-zokkor, il-Kummissjoni għandha, għal kull sejħa parzjali għall-offerti u għal kull kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri, jew tistipula dazju doganali minimu jew tiddeċiedi li ma tistipulax dazju doganali minimu billi tadotta Regolament ta’ Implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    B’dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistipula wkoll, fejn meħtieġ, koeffiċjent tal-allokazzjoni applikabbli għall-offerti li jkunu tressqu fil-livell tad-dazju doganali minimu. F’dan il-każ, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 4 għandha tiġi rrilaxxata approporzjon mal-kwantitajiet allokati.

    Artikolu 7

    1.   F’każ li ma jkunx ġie stabbilit dazju doganali minimu, għandhom jiġu rrifjutati l-offerti kollha.

    2.   L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tinnotifika lill-applikanti, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-sejħa parzjali għall-offerti.

    Artikolu 8

    1.   Sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xogħol tal-ġimgħa li tiġi wara l-ġimgħa li matulha jiġi ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ liċenzja tal-importazzjoni lil kull offerent li l-offerta tiegħu tikkwota dazju doganali għall-kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri ugwali jew li jeċċedi d-dazju doganali minimu ffissat mill-Kummissjoni għall-kodiċi tan-NM magħmul minn tmien ċifri. Il-kwantitajiet mogħtija għandhom iqisu l-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6.

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhomx joħorġu liċenzji għal offerti li ma kinux notifikati kif provdut fl-Artikolu 5, ir-raba’ paragrafu (4).

    2.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandu jkollhom l-entrati li ġejjin:

    (a)

    fil-kaxxa nru 16, il-kodiċi taz-zokkor tan-NM magħmul minn tmiem ċifri;

    (b)

    fil-kaxxi nru 17 u nru 18, il-kwantità taz-zokkor mogħtija;

    (c)

    fil-kaxxa nru 20, tal-anqas waħda mill-entrati elenkati fil-Parti A tal-Anness I;

    (d)

    fil-kaxxa nru 24, id-dazju doganali applikabbli bl-użu ta’ waħda mill-entrati elenkati fil-Parti B tal-Anness I.

    3.   B’deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-drittijiet li tagħti l-liċenzja tal-importazzjoni ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu ttrasferiti.

    4.   L-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom japplikaw.

    Artikolu 9

    Il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġin b’rabta ma’ sejħa parzjali għall-offerti għandhom ikunu validi mill-jum tal-ħruġ tagħhom sa tmiem it-tielet xahar wara dak li fih ikun ġie ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar is-sejħa parzjali msemmi fl-Artikolu 6.

    Artikolu 10

    Sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tax-xogħol tat-tieni ġimgħa li tiġi wara l-ġimgħa li matulha jiġi ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni skont dan ir-Regolament. In-notifika għandha tintbagħat elettronikament skont il-mudelli u l-metodi li l-Kummissjoni tkun qegħdet għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

    Artikolu 11

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2012.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 170, 30.6.2011, p. 21.

    (3)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

    (4)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

    (5)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

    (6)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.


    ANNESS

    A.   L-entrati msemmija fl-Artikolu 8(2)(c)

    bil-Bulgaru

    :

    Внесена при намалена ставка на митото съгласно Регламент (ЕС) № 1239/2011; референтен номер 09.4313

    bl-Ispanjol

    :

    Importado con derecho de aduana reducido en virtud del Reglamento de Ejecución (UE) no 1239/2011; Número de referencia 09.4313

    biċ-Ċek

    :

    Dovezeno se sníženou celní sazbou v souladu s prováděcím nařízením (EU) č. 1239/2011; Referenční číslo 09.4313

    bid-Daniż

    :

    Importeret til en nedsat toldsats i henhold til forordning (EU) nr. 1239/2011; Referencenummer 09.4313

    bil-Ġermaniż

    :

    Eingeführt zum ermäßigten Zollsatz gemäß der Durchführungsverordnung (EU) Nr. 1239/2011; Referenznummer 09.4313

    bl-Estonjan

    :

    Imporditud vähendatud tollimaksuga vastavalt määrusele (EL) nr 1239/2011; viitenumber 09.4313

    bil-Grieg

    :

    Εισαγωγή με μειωμένο δασμό δυνάμει του εκτελεστικού κανονισμού (ΕΕ) αριθ. 1239/2011· αριθμός αναφοράς 09.4313

    bl-Ingliż

    :

    Imported at reduced customs duty pursuant to Implementing Regulation (EU) No 1239/2011; reference number 09.4313

    bil-Franċiż

    :

    Importés à des taux de droits réduits conformément au règlement d'exécution (UE) no 1239/2011; numéro de référence 09.4313

    bit-Taljan

    :

    Importato applicando un’aliquota ridotta del dazio doganale, a norma del regolamento di esecuzione (UE) n. 1239/2011; Numero di riferimento 09.4313

    bil-Latvjan

    :

    Importēts ar samazinātu muitas nodokli saskaņā ar Īstenošanas regulu (ES) Nr. 1239/2011; atsauces numurs 09.4313

    bil-Litwan

    :

    Importuota taikant sumažintą muitą pagal Įgyvendinimo reglamentą (ES) Nr. 1239/2011; Nuorodos numeris 09.4313

    bl-Ungeriż

    :

    Behozatal csökkentett vámtétel mellett az 1239/2011/EU rendelet alapján; hivatkozási szám 09.4313

    bil-Malti

    :

    Impurtat b’dazju doganali mnaqqas skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2011; Numru ta’ referenza 09.4313

    bl-Olandiż

    :

    Ingevoerd tegen verlaagd douanerecht overeenkomstig Uitvoeringsverordening (EU) nr. 1239/2011; referentienummer 09.4313

    bil-Pollakk

    :

    Przywóz z zastosowaniem obniżonych stawek celnych zgodnie z rozporządzeniem wykonawczym (UE) nr 1239/2011; numer referencyjny 09.4313

    bil-Portugiż

    :

    Importado a taxa reduzida de direito aduaneiro ao abrigo do Regulamento (UE) n.o 1239/2011; Número de referência 09.4313

    bir-Rumen

    :

    Importat cu taxă vamală redusă conform Regulamentului de punere în aplicare (UE) nr. 1239/2011; Număr de referință 09.4313

    bis-Slovakk

    :

    Dovoz so zníženým clom podľa nariadenia (EÚ) č. 1239/2011; referenčné číslo 09.4313

    bis-Sloven

    :

    Uvoz po znižani carini v skladu z Izvedbeno uredbo (EU) št. 1239/2011; referenčna številka 09.4313

    bil-Finlandiż

    :

    Tuonti alennetuin tullein asetuksen (EU) N:o 1239/2011 mukaisesti; Viitenumero 09.4313

    bl-Isvediż

    :

    Importerad till nedsatt tullsats enligt genomförandeförordning (EU) nr 1239/2011; Referensnummer 09.4313

    B.   L-entrati msemmija fl-Artikolu 8(2)(d)

    bil-Bulgaru

    :

    Мито (мито върху приетата оферта)

    bl-Ispanjol

    :

    Derecho de aduana (derecho de aduana de la oferta seleccionada)

    biċ-Ċek

    :

    Clo: (clo platné pro vybranou nabídku)

    bid-Daniż

    :

    Toldsats: (toldsats for det antagne bud)

    bil-Ġermaniż

    :

    Zollsatz: (Zollsatz für das erfolgreiche Angebot)

    bl-Estonjan

    :

    Tollimaks: (hankelepingu suhtes kohaldatav tollimaks)

    bil-Grieg

    :

    Δασμός: (δασμός της κατακυρωθείσας προσφοράς)

    bl-Ingliż

    :

    Customs duty: (customs duty of the awarded tender)

    bil-Franċiż

    :

    Droit de douane: (droit de douane du marché attribué)

    bit-Taljan

    :

    Dazio doganale: (dazio doganale dell’aggiudicazione)

    bil-Latvjan

    :

    Muitas nodoklis: (konkursā uzvarējušā piedāvājuma muitas nodoklis)

    bil-Litwan

    :

    Muitas (konkursą laimėjusiam pasiūlymui taikomas muitas)

    bl-Ungeriż

    :

    Vámtétel: (a nyertes ajánlat szerinti vámtétel)

    bil-Malti

    :

    Dazju doganali: (dazju doganali tal-offerta magħżula)

    bl-Olandiż

    :

    Douanerecht: (douanerecht voor de gegunde inschrijving)

    bil-Pollakk

    :

    Cło: (cło zatwierdzonej oferty)

    bil-Portugiż

    :

    Direito aduaneiro: (direito aduaneiro aplicável à proposta adjudicada)

    bir-Rumen

    :

    Taxă vamală: (taxa vamală aplicabilă ofertei selecționate)

    bis-Slovakk

    :

    Clo: (clo vybranej ponuky)

    bis-Sloven

    :

    Carina: (carina dodeljene ponudbe)

    bil-Finlandiż

    :

    Tulli: (voittaneeseen tarjoukseen sovellettava tulli)

    bl-Isvediż

    :

    Tullsats: (tullsats för det antagna anbudet)


    Top