EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1150

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1150/2011 tal- 14 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ĠU L 296, 15.11.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2012; Imħassar b' 32012R0036

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1150/oj

15.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1150/2011

tal-14 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

(2)

Fit-2 ta' Settembru 2011, il-Kunsill emenda (3) r-Regolament (UE) Nru 442/2011 biex jestendi l-miżuri kontra s-Sirja, inkluża espansjoni tal-kriterji tal-elenkar mifthiema għall-għan tal-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi, u projbizzjoni fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasportazzjoni taż-żejt mhux maħdum mis-Sirja. Fit-23 ta' Settembru 2011, il-Kunsill emenda (4) r-Regolament (UE) Nru 442/2011 biex jestendi aktar il-miżuri kontra s-Sirja, biex jinkludi projbizzjoni fuq l-investiment fis-settur taż-żejt mhux maħdum, iż-żieda ta' aktar elenkar, u projbizzjoni fuq twassil ta' flus tal-karta u muniti tas-Sirja lill-Bank Ċentrali tas-Sirja. Fit-13 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill reġa' emenda (5) r-Regolament (UE) Nru 442/2011, b'hekk jelenka entità addizzjonali u jagħmel deroga li tippermetti, għal perjodu limitat, l-użu tal-fondi ffriżati rċevuti sussegwentement minn din l-entità b'konnessjoni mal-iffinanzjar ta' kummerċ ma' persuni jew entitajiet mhux maħtura.

(3)

Minħabba r-repressjoni brutali li għadha għaddejja u tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-Gvern tas-Sirja, fl-14 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill addotta id-Deċiżjoni 2011/735/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (6) tipprovdi għal miżura addizzjonali, jiġifieri biex tipprojbixxi lill-Bank Ewropew tal-Investiment li jagħmel kwalunkwe ħruġ ta’ flus jew ħlas taħt jew b'rabta ma' ftehimiet ta' self eżistenti mas-Sirja u li jissuspendi l-Kuntratti dwar Servizzi ta' Assistenza Teknika eżistenti kollha għal proġetti sovrani li qegħdin fis-Sirja.

(4)

Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata.

(5)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2011/735/PESK tipprovdi għall-aġġornament tal-informazzjoni li tirrigwarda persuna waħda fil-lista fl-Anness mad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru442/2011 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-artikolu i ġej huwa mdaħħal fir-Regolament (UE) Nru 442/2011:

“Artikolu 3d

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu:

(a)

jkun ipprojbit milli jagħmel kwalunkwe ħruġ ta’ flus jew ħlas taħt jew b'rabta ma' kwalunkwe ftehim ta' self eżistenti li jkun sar bejn l-Istat tas-Sirja jew kwalunkwe awtorità pubblika tiegħu u l-BEI.

(b)

jissospendi l-Kuntratti dwar Servizzi ta' Assistenza Teknika eżistenti kollha li jirrigwardaw proġetti ffinanzjati taħt il-ftehimiet ta’ self msemmija fil-paragrafu (a), u li huma maħsuba għall-benefiċċju dirett jew indirett tal-Istat ts-Sirja jew ta' kwalunkwe awtorita' pubblika tiegħu li għandu jitwettaq fis-Sirja.”

Artikolu 2

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.

(2)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, ĠU L 228, 3.9.2011, p.1.

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, ĠU L 247, 24.9.2011, p.3.

(5)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, ĠU L 269, 14.10.2011, p.18.

(6)  Ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali


ANNESS

L-entrata għal Nizar AL-ASSAAD fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“38.

Nizar Al-Assad

(Image)

Kuġin ta' Bashar Al-Assad; preċedentement kap tal-kumpannija "Nizar Oilfield Supplies".

Qrib ħafna ta' uffiċjali ewlenin tal-Gvern. Jiffinanzja lil Shabiha fir-reġjun ta' Latakia.

23.08.2011”


Top