This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0409
Commission Implementing Regulation (EU) No 409/2011 of 27 April 2011 amending Regulation (EC) No 619/2008 opening a standing invitation to tender for export refunds concerning certain milk products
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2011 tas- 27 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 619/2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2011 tas- 27 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 619/2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib
ĠU L 108, 28.4.2011, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014
|
28.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 409/2011
tas-27 ta’ April 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 619/2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 164(2)(b) u l-Artikolu 170 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-butir naturali fi blokki bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 10 19 9700, iż-żejt tal-butir f'kontenituri bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0405 90 10 9000 u t-trab tal-ħalib xkumat bil-kodiċi tal-prodott ex ex 0402 10 19 9000 kif ukoll stabbilixxa r-regoli tal-proċedura. b'mod partikolari, jipprevedi perjodi għall-offerti li matulhom jistgħu jitressqu l-offerti. |
|
(2) |
Sabiex jirreaġixxi aħjar għad-deterjorazzjoni tas-suq tal-ħalib li seħħet fil-bidu tal-2009, ir-Regolament (KE) Nru 619/2008 ġie emendat sabiex jipprovdi żewġ perjodi tal-offerti fix-xahar. It-titjib sustanzjali tas-sitwazzjoni tas-suq minn dak iż-żmien tippermetti li l-għadd ta’ perjodi tal-offerti jerġa' jiġi stipulat għal darba fix-xahar. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 619/2008, il-kliem tad-daħla tat-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:
“Kull perjodu tal-offerti għandu jagħlaq fis-13.00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet Tlieta tax-xahar bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO