Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0351R(01)

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2011 tal- 11 ta' April 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 297/2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima ( ĠU L 97, 12.4.2011 )

ĠU L 98, 13.4.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/351/corrigendum/2011-04-13/oj

13.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/16


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2011 tal-11 ta' April 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 297/2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 97 tat-12 ta' April 2011 )

F'paġna 23, l-Anness II jinbidel kif ġej:

“ANNESS II

Livelli massimi għall-oġġetti tal-ikel  (1) (Bq/kg)

 

Ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Oġġetti oħra tal-ikel għajr oġġetti tal-ikel likwidi

Oġġetti tal-ikel likwidi

Total ta’ Isotopi tal-istronzju, l-aktar Sr-90

75

125

750

125

Total ta’ Isotopi tal-jodju, l-aktar I-131

100  (2)

300  (2)

2 000

300  (2)

Total ta’ Isotopi li jarmu Alpha tal-elementi tal-plutonju u tat-trans-plutonju, l-aktar Pu-239, Am-241

1

1  (2)

10  (2)

1  (2)

Total tan-nuklidi l-oħra kollha li jonqsu bin-nofs fi żmien itwal minn 10 ijiem, l-aktar Cs-134 u Cs-137, għajr C-14 u H-3

200  (2)

200  (2)

500  (2)

200  (2)


Livelli massimi għall-oġġetti tal-għalf  (3) (Bq/kg)

 

Oġġetti tal-għalf

Total ta’ Cs-134 u Cs-137

500  (4)

Total ta’ Isotopi tal-jodju, l-aktar I-131

2 000  (5)


(1)  Il-livell applikabbli għall-prodotti konċentrati jew imnixxfa huwa ikkalkulat fuq il-bażi tal-prodott rikostitwit bħala lest għal konsum.

(2)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli ta’ azzjoni li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dawn il-valuri jissostitwixxu, fuq bażi provviżorja, il-valuri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87.

(3)  Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf li għandu kontenut ta’ umidità ta’ 12 %.”

(4)  Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-livelli ta’ azzjoni li bħalissa huma applikati fil-Ġappun, dan il-valur jissostitwixxi, fuq bażi provviżorja, il-valur stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 770/90.

(5)  Dan il-valur huwa stipulat fuq bażi provviżorja u meqjus bħala l-istess tal-oġġetti tal-ikel, sakemm issir valutazzjoni tal-fatturi ta’ trasferiment tal-jodju mill-oġġetti tal-għalf għall-prodotti tal-ikel.


Top