Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1130

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1130/2010 tat- 30 tat Novembru 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VI minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

ĠU L 318, 4.12.2010, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1130/oj

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1130/2010

tat-30 tat Novembru 2010

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-ħalibatt tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV; l-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VI minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Franza

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2010.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010.

(3)

Għalhekk hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi fl-Anness jew irreġistrati f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.


ANNESS

Nru

35/T&Q

Stat Membru

Franza

Stokk

GHL/2A-C46

Speċi

Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa u IV; L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VI

Data

L-1 ta’ Settembru 2010


Top