Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1127

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1127/2010 tat- 3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi perjodu tranżitorju għat-tneħħija tar-Repubblika tal-Maldivi mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill- 1 ta’ Jannar 2009 sal- 31 ta’ Diċembru 2011

ĠU L 318, 4.12.2010, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1127/oj

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1127/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi perjodu tranżitorju għat-tneħħija tar-Repubblika tal-Maldivi mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Repubblika tal-Maldivi (minn issa ‘l quddiem imsejħa “l-Maldivi”) hija benefiċjarja fl-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati taħt l-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati tal-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 jistipula t-tneħħija ta’ pajjiż mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, meta dak il-pajjiż jiġi eskluż min-Nazzjonijiet Uniti mil-lista ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati. Dan l-Artikolu jipprovdi wkoll għat-twaqqif ta’ perjodu tranżitorju ta’ mill-inqas tliet snin, biex itaffi xi effetti ħżiena li jistgħu jiġu kkawżati bit-tneħħija tal-preferenzi tariffarji mogħtija skont l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati.

(3)

Il-Maldivi ġew esklużi min-Nazzjonijiet Uniti mil-lista tal-pajjiżi l-inqas żviluppati, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 (2).

(4)

Il-Maldivi għandhom għalhekk jitħallew ikomplu jgawdu mill-preferenzi mogħtija skont l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati, sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Maldivi għandha titneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji tal-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

(2)  Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU A/Res/60/33 tat-30 ta’ Novembru 2005.


Top