Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0747

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/747/PESK tat- 2 ta’ Diċembru 2010 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/955/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

    ĠU L 318, 4.12.2010, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/747/oj

    4.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/44


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/747/PESK

    tat-2 ta’ Diċembru 2010

    li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/955/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-14 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1) (EUPOL COPPS) għal perijodu ta’ tliet snin. Il-fażi operattiva tal-EUPOL COPPS bdiet fl-1 ta’ Jannar 2006. L-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK ġiet estiża bl-Azzjoni Konġunta 2008/958/PESK (2) sal-31 ta’ Diċembru 2010.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/955/PESK (3) pprevediet għal ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010. Dan l-ammont ta’ referenza finanzjarja għandu jiżdied biex ikopri l-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni.

    (3)

    L-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK u d-Deċiżjoni 2009/955/PESK għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 14 tal-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:.

    “Artikolu 14

    Arranġamenti finanzjarji

    1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010 għandu jkun ta’ EUR 6 870 000.

    2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi ġestita f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċittadini ta’ Stati terzi li jipparteċipaw finanzjarjament fil-missjoni, ta’ partijiet ospitanti u, jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet operattivi tal-missjoni, ta’ pajjiżi ġirien għandhom ikunu jistgħu jagħmlu offerti għall-kuntratti.

    3.   Il-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija għandu jirraporta bis-sħiħ lill-Kummissjoni, u jiġi sorveljat minnha dwar l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.

    4.   L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw il-ħtiġijiet operattivi tal-EUPOL COPPS, inklużi l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tagħha.

    5.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din l-Azzjoni Konġunta.”

    Artikolu 2

    L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/955/PESK huwa b’dan imħassar.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, id-2 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. WATHELET


    (1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.

    (2)  ĠU L 338, 17.12.2008, p. 75.

    (3)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 76.


    Top