This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0740
2010/740/EU: Decision of the European Parliament and of the Council of 24 November 2010 on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (application EGF/2009/024 NL/Noord Holland and Zuid Holland Division 58 from the Netherlands)
2010/740/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/026 NL/Noord Holland u Zuid Holland, Diviżjoni 58 mill-Olanda)
2010/740/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas- 17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/026 NL/Noord Holland u Zuid Holland, Diviżjoni 58 mill-Olanda)
ĠU L 318, 4.12.2010, p. 37–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/37 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-24 ta' Novembru 2010
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2009/026 NL/Noord Holland u Zuid Holland, Diviżjoni 58 mill-Olanda)
(2010/740/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (1), u b’mod partikulari l-punt 28 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u sabiex jagħtihom għajnuna biex ikunu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. |
(2) |
L-ambitu tal-FEAG ġie mwessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. |
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun. |
(4) |
Ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni fit-30 ta' Diċembru 2009 għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji fi tmien intrapriżi li joperaw fid-Diviżjoni 58 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (attivitajiet ta' pubblikazzjoni) fiż-żewġ reġjuni kontigwi NUTS II ta' Noord Holland (NL32) u Zuid Holland (NL33) u ssupplimentaha b’tagħrif addizzjonali sal-31 ta' Mejju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 2 326 459. |
(5) |
L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 326 459 f’approprjazzjonijiet għall-impenn u għall-ħlas.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Novembru 2010.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BUZEK
Għall-Kunsill
Il-President
O. CHASTEL
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.