EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1125

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 tat- 3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009

ĠU L 318, 4.12.2010, p. 10–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/04/2014; Imħassar b' 32014R0340

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1125/oj

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1125/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2010

li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 428/2008 tat-8 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali (2) jistipula, fl-Anness I tiegħu u għal kull Stat Membru, iċ-ċentri tal-intervent għal kull tip ta’ ċereali; minbarra l-qamħ komuni.

(2)

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1173/2009 (3) jelenka ċ-ċentri tal-intervent għall-qamħ komuni u għar-ross, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 tal-Kummissjoni (4).

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (5), jistipula, mis-sena tas-suq [ta’ kummerċjalizzazzjoni] 2010/2011, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu osservati għall-għażla u l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-intervent taċ-ċereali u tal-postijiet tal-ħżin tagħhom. Fost dawn il-kundizzjonijiet, l-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmi Regolament jesiġi b’mod partikolari kapaċità minima ta’ ħżin ta’ 20 000 tunnellata għal kull ċentru tal-intervent taċ-ċereali.

(4)

Mill-1 ta’ Lulju 2010, ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 670/2009 f’dak li jirrigwarda ċ-ċereali.

(5)

Mill-1 ta’ Lulju 2010, iċ-ċentri tal-intervent taċ-ċereali magħżula b’applikazzjoni tal-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009. Huwa għalhekk xieraq li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 428/2008 u li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1173/2009.

(6)

Skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-servizzi tal-Kummissjoni, il-lista taċ-ċentri tal-intervent għan-nominazzjoni effettiva tagħhom kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin ta’ dawn iċ-ċentri li huma jqisu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi mitluba mir-Regolament Komunitarju. F’każijiet fejn il-livell tal-produzzjoni taċ-ċereali huwa baxx u meta l-estimi ma jindikawx setturi taċ-ċereali li jipproduċu surplus u l-intervent ma intużax għal perjodu sinifikanti, ċerti Stati Membri ma rrappurtaw ebda ċentru tal-intervent.

(7)

Sabiex ikun assigurat it-tħaddim tajjeb tal-iskema ta’ intervent pubbliku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċentri tal-intervent skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u għandha tippubblika lista tal-postijiet tal-ħżin tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha għall-operaturi kkonċernati mill-intervent pubbliku.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċentri tal-intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin relatati ma’ kull ċentru tal-intervent u l-informazzjoni dettaljata dwar dawn il-postijiet u maċ-ċentri tal-intervent, huma ppubblikati fuq l-Internet (6).

Artikolu 2

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 428/2008 għandu jiġi rrevokat.

Is-Sezzjoni A tal-Anness għar-Regolament 1173/2009 għandu jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 129, 17.5.2008, p. 8.

(3)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 48.

(4)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 22.

(5)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.

(6)  L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri tal-intervent huma disponibbli fuq is-sit tal-Kummissjoni Ewropea CIRCA http://circa.europa.eu/Public/irc/agri/cereals/library?l=/publicsdomain/cereals/intervention_facilities&vm=detailed&sb=Title


ANNESS

Ċentri tal-intervent taċ-ċereali

IL-BELĠJU

België/Belgique

IL-BULGARIJA

Североизточен район

Северен централен район

Северозападен район

Югоизточен район

Южен район

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Jihovýchod

Jihozápad

Severovýchod

Severozápad

Střední Čechy

Střední Morava - Moravskoslezsko

ID-DANIMARKA

Aalborg

Århus

Fredericia

Kolding

Grenå

Åbenrå

Kalundborg

Korsør

Vordingborg

Odense

Svendborg

Nakskov

Rønne

IL-ĠERMANJA

Lübeck

Heiligenhafen

Bad Oldesloe

Kiel

Kappeln

Büdelsdorf

Nordhackstedt

Itzehoe

Hochdonn

Büsum

Hamburg

Brake

Hoya

Lüneburg

Hildesheim

Peine

Nienburg

Pollhagen

Rinteln

Salzhemmendorf

Rosdorf

Northeim

Bad Gandersheim

Holzminden

Bremen

Büren

Beverungen

Krefeld

Hanau

Andernach

Worms

Mannheim

Stuttgart

Augsburg

Regensburg

Würzburg

Drebkau

Ketzin

Gransee

Kyritz

Karstädt

Neubrandenburg

Malchin

Pasewalk

Rostock

Güstrow

Stralsund

Schwerin

Wismar

Trebsen

Eilenburg

Riesa

Torgau

Groitzsch

Ziegra-Knobelsdorf

Aschersleben

Querfurt

Dessau-Roßlau

Salzwedel

Halberstadt

Magdeburg

Bülstringen

Osterburg

Buttstädt

Ebeleben

Erfurt

L-ESTONJA

Tamsalu

Keila

Viljandi

Tartu

IL-GREĊJA

ΑΛΕΞΑΝΔΡΟΥΠΟΛΗ

ΟΡΕΣΤΙΑΔΑ

ΣΕΡΡΕΣ

ΘΕΣΣΑΛΟΝΙΚΗ

ΓΙΑΝΝΙΤΣΑ

ΚΑΤΕΡΙΝΗ

ΒΟΛΟΣ

ΣΤΕΦΑΝΟΒΙΚΙ

ΛΑΡΙΣΑ

ΛΙΒΑΝΑΤΕΣ

SPANJA

Cádiz

Córdoba-Málaga

Sevilla

Huesca

Teruel

Zaragoza

Burgos

Palencia

Salamanca

Soria

Valladolid

Zamora

Albacete

Ciudad Real

Cuenca

Guadalajara

Badajoz

Cáceres

Navarra

FRANZA

Aquitaine

Basse-Normandie

Bourgogne

Bretagne

Centre

Champagne-Ardenne

Haute-Normandie

Île-de-France

Lorraine

Nord-Pas-de-Calais

Pays de la Loire

Picardie

Poitou-Charentes

Rhône-Alpes

IL-LATVJA

Daugavpils

Dobele

Rīga

Jēkabpils

IL-LITWANJA

Šiaurės vakarų regionas

IL-LUSSEMBURGU

MERSCH

L-UNGERIJA

Bács-Kiskun

Baranya

Békés

Borsod-Abaúj-Zemplén

Csongrád

Fejér

Győr-Moson-Sopron

Hajdú-Bihar

Heves

Jász-Nagykun-Szolnok

Komárom-Esztergom

Nógrád

Pest

Somogy

Szabolcs-Szatmár-Bereg

Tolna

Vas

Veszprém

Zala

L-AWSTRIJA

IZ-Ost

IZ-Süd

IZ-Mitte

IL-POLONJA

WARMIŃSKO-MAZURSKIE

LUBELSKIE

DOLNOŚLĄSKIE

ZACHODNIOPOMORSKIE

WIELKOPOLSKIE

Il-PORTUGALL

Silo de Évora

Silo de Cuba

IR-RUMANIJA

Oradea

Roman

Ianca

Brăila

Făurei

Dudești

Bărăganul

Ciocârlia

Casicea

N. Bălcescu

Palas

Cogealac

Negru Vodă

Băneasa

Traian

Babadag

Baia

Cataloi

Oltenița

Ciulnița

Chirnogi

Călărași

Movila

Fetești

Țăndărei

Căzănești

Bucu

Turnu Măgurele

Alexandria

Corabia

Satu Mare

Cărpiniș

Carani

IS-SLOVENJA

Slovenija

S-SLOVAKKJA

Bratislava

Trnava

Dunajská Streda

Nitra

Dvory nad Žitavou

Bánovce nad Bebravou

Martin

Veľký Krtíš

Rimavská Sobota

Košice

IL-FINLANDJA

Hämeenlinna-Turenki

Iisalmi-Oulu

Kokemäki-Rauma

Koria-Kouvola

Loimaa-Naantali

Mustio-Perniö

Seinäjoki-Vaasa

L-ISVEZJA

Södra Sverige,

som omfattar

alla Sveriges län förutom Gävleborgs,

Västernorrlands, Jämtlands,

Västerbottens och Norrbottenslän.

IR-RENJU UNIT

England

Scotland


Top