This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0638
Council Decision 2010/638/CFSP of 25 October 2010 concerning restrictive measures against the Republic of Guinea
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal- 25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal- 25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/11/2023
26.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/638/PESK
tal-25 ta’ Ottubru 2010
dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Ottubru 2009, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (1), b'rispons għar-repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà fuq dimostranti politiċi f'Conakry fit-28 ta' Settembru 2009. |
(2) |
Fit-22 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/1003/PESK li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK (2) li tinkludi miżuri restrittivi addizzjonali. |
(3) |
Fid-29 ta' Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/186/PESK li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK (3). |
(4) |
Abbażi ta' rieżami tal-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sas-27 ta' Ottubru 2011. |
(5) |
Il-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 tat-22 ta’ Diċembru 2009 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi fir-rigward tar-Repubblika tal-Ginea (4). |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawn imsemmija qabel, kif ukoll tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, lir-Repubblika tal-Ginea minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru tal-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u kemm jekk le.
2. Għandu jkun ipprojbit:
(a) |
il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifatturar, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fir-Repubblika tal-Ginea; |
(b) |
il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti,, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika relatata, senserija jew servizzi oħra lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fir-Repubblika tal-Ginea; |
(c) |
il-parteċipazzjoni, konxjentement u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-objettiv jew l-effett tagħhom hu li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b). |
Artikolu 2
1. L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:
(a) |
il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari li ma joqtolx, jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi għall-bini ta’ istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Unjoni Ewropea, jew għal operazzjonijiet tal-Unjoni u n-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet; |
(b) |
il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fir-Repubblika tal-Ginea; |
(c) |
il-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tali tagħmir, jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet; |
(d) |
il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata ma’ tali tagħmir jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet; |
bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet jew assistenza jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.
2. L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-Repubblika tal-Ginea minn persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul fi, jew it-transitu minn ġewwa, it-territorji tagħhom tal-membri individwali tal-Kunsill Nazzjonali għad-Demokrazija u l-Iżvilupp (CNDD) u persuni assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux jobbliga lil Stat Membru jiċħad liċ-ċittadini tiegħu stess dħul fit-territorju tiegħu.
3. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:
(a) |
bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali; |
(b) |
bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha; |
(c) |
taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew |
(d) |
taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja. |
4. Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika anki f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitant għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Ginea.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mogħtija dment li ma ssir l-ebda oġġezzjoni bil-miktub minn wieħed, jew iżjed, mill-Membri tal-Kunsill, fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. F’każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni kkonċernati minnha.
Artikolu 4
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati mill-membri individwali tas-CNDD u persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi jew ġuridiċi assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fond jew riżors ekonomiku m’għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni, entitajiet jew korpi fiżiċi jew ġuridiċi elenkati fl-Anness.
3. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:
(a) |
meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi; |
(b) |
maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali; |
(c) |
maħsubin esklussivament għall-pagament ta’ onorarji jew ħlasijiet ta’ servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ rutina ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew |
(d) |
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni. |
Stati Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
4. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti għal rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmi fl-Artikolu 4(1) tkun ġiet inkluża fl-Anness jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data; |
(b) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklussivament biex jissodisfaw il-pretensjonijiet żgurati b’dan ir-rahan jew rikonoxxuti bħala validi f’din is-sentenza, fil-limiti ffissati bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet; |
(c) |
ir-rahan jew is-sentenza mhix għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u |
(d) |
ir-rikonoxximent li r-rahan jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat. |
Stati Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
5. Il-Paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:
(a) |
mgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew |
(b) |
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-Pożizzjoni Komuni 2009/788/PESK, |
dment li kwalunkwe mgħax, qligħ u pagamenti oħrajn bħal dawn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.
Artikolu 5
1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-lista li tidher fl-Anness kif meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Ginea.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.
3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna kkonċernata skont il-każ.
Artikolu 6
Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-UE għandha tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżla f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Il-Posizzjoni Komuni 2009/788/PESK hija b'dan revokata.
Artikolu 8
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2011. Hi għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hi tista' tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 281, 28.10.2009, p. 7.
(2) ĠU L 346, 23.12.2009, p. 51.
(3) ĠU L 83, 28.10.2009, p. 23.
(4) ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.
ANNESS
Lista ta' persuni msemmija fl-Artikoli 3 u 4
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità …) |
Karigi |
1. |
Kaptan Moussa Dadis CAMARA |
d.t.t: 1.1.1964 jew 29.12.1968 Pass: R0001318 |
President tas-CNDD |
2. |
Kurunell Mathurin BANGOURA |
d.t.t: 15.11.1962 Pass: R0003491 |
Ministru tat-Telekomunikazzjoni u t-Teknoloġiji l-Ġodda tal-Informazzjoni |
3. |
Logutenent Kurunell Aboubacar Sidiki (psewdonomu Idi Amin) CAMARA |
d.t.t: 22.10.1979 Pass: R0017873 |
Ministru u Segretarju Permanenti tas-CNDD (imkeċċi mill-Armata fis-26.1.2009) |
4. |
Kmandant Oumar BALDÉ |
d.t.t: 26.12.1964 Pass: R0003076 |
Membru tas-CNDD |
5. |
Kmandant Mamadi (psewdonomu Mamady) MARA |
d.t.t: 1.1.1954 Pass: R0001343 |
Membru tas-CNDD |
6. |
Kmandant Almamy CAMARA |
d.t.t: 17.10.1975 Pass: R0023013 |
Membru tas-CNDD |
7. |
Logutenent Kurunell Mamadou Bhoye DIALLO |
d.t.t: 1.1.1956 Pass: R0001855 |
Membru tas-CNDD |
8. |
Kaptan Koulako BÉAVOGUI |
|
Membru tas-CNDD |
9. |
Logutenent Kurunell tal-Pulizija Kandia (psewdonomu Kandja) MARA |
Pass: R0178636 |
Membru tas-CNDD Direttur tas-Sigurtà Nazzjonali ta' Labé |
10. |
Kurunell Sékou MARA |
d.t.t: 1957 |
Membru tas-CNDD Viċi Direttur tal-Pulizija Nazzjonali |
11. |
Is-Sur Morciré CAMARA |
d.t.t: 1.1.1949 Pass: R0003216 |
Membru tas-CNDD |
12. |
Is-Sur Alpha Yaya DIALLO |
|
Membru tas-CNDD Direttur Nazzjonali tad-Dwana |
13. |
Kurunell Mamadou Korka DIALLO |
d.t.t: 19.2.1962 |
Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u l-SMEs |
14. |
Kurunell Fodeba TOURÉ |
d.t.t: 7.6.1961 Pass: R0003417 /R0002132 |
Gvernatur ta' Kindja (dak li kien il-Ministru taż-Żgħażagħ, imkeċċi minn Ministru fis-7.5.2009) |
15. |
Kmandant Cheick Sékou (psewdonomu Ahmed) Tidiane CAMARA |
d.t.t: 12.5.1966 |
Membru tas-CNDD |
16. |
Kurunell Sékou (psewdonomu Sékouba) SAKO |
|
Membru tas-CNDD |
17. |
Logutenent Jean- Claude PIVI (psewdonomu COPLAN) |
d.t.t: 1.1.1960 |
Membru tas-CNDD Ministru responsabbli għas-Sigurtà Presidenzjali |
18. |
Kaptan Saa Alphonse TOURÉ |
d.t.t: 3.6.1970 |
Membru tas-CNDD |
19. |
Kurunell Moussa KEITA |
d.t.t: 1.1.1966 |
Membru tas-CNDD Ministru Segretarju Permanenti tas-CNDD responsabbli għar-Relazzjonijiet mal-Istituzzjonijiet Repubblikani |
20. |
Logutenent Kurunell Aïdor (psewdonomu Aëdor) BAH |
|
Membru tas-CNDD |
21. |
Kmandant Bamou LAMA |
|
Membru tas-CNDD |
22. |
Is-Sur Mohamed Lamine KABA |
|
Membru tas-CNDD |
23. |
Kaptan Daman (psewdonomu Dama) CONDÉ |
|
Membru tas-CNDD |
24. |
Kmandant Aboubacar Amadou DOUMBOUYA |
|
Membru tas-CNDD |
25. |
Kmandant Moussa Tiégboro CAMARA |
d.t.t: 1.1.1968 Pass: 7190 |
Membru tas-CNDD Ministru fil-Presidenza responsabbli għas-servizzi speċjali tal-ġlieda kontra d-drogi u l-brigantaġġ serju |
26. |
Kaptan Issa CAMARA |
d.t.t: 1954 |
Membru tas-CNDD Gvernatur ta' Mamou |
27. |
Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY |
d.t.t: 26.2.1957 Pass: 13683 |
Membru tas-CNDD Ministru tas-Saħħa u tal-Iġjene Pubblika |
28. |
Is-Sur Mamady CONDÉ |
d.t.t: 28.11.1952 Pass: R0003212 |
Membru tas-CNDD |
29. |
Sub-Logutenent Cheikh Ahmed TOURÉ |
|
Membru tas-CNDD |
30. |
Logutenent Kurunell Aboubacar Biro CONDÉ |
d.t.t: 15.10.1962 Pass: 2443/R0004700 |
Membru tas-CNDD |
31. |
Is-Sur Bouna KEITA |
|
Membru tas-CNDD |
32. |
Is-Sur Idrissa CHERIF |
d.t.t: 13.11.1967 Pass: R0105758 |
Ministru responsabbli għall-Komunikazzjonijiet fil-Presidenza u fil-Ministeru tad-Difiża |
33. |
Is-Sur Mamoudou (psewdonomu) Mamadou) CONDÉ |
d.t.t: 9.12.1960 Pass: R0020803 |
Segretarju tal-Istat, Responsabbli għall-Missjonijiet, il-kwistjonijiet strateġiċi u l-iżvilupp sostenibbli |
34. |
Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonomu Toumba) DIAKITÉ |
|
Aide de Camp tal-President |
35. |
Is-Sur Ibrahima Khalil DIAWARA |
d.t.t: 1.1.1976 Pass: R0000968 |
Kunsillier Speċjali ta' Aboubacar Chérif “Toumba” Diakité |
36. |
Sub-Logutenent Marcel KOIVOGUI |
|
Assistent ta' Aboubacar Chérif “Toumba” Diakité |
37. |
Is-Sur Papa Koly KOUROUMA |
d.t.t: 3.11.1962 Pass: R11914/R001534 |
Ministru tal-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli |
38. |
Kmandant Nouhou THIAM |
d.t.t: 1960 Pass: 5180 |
Spettur Ġenerali tal-Forzi Armati Kelliem tas-CNDD |
39. |
Kaptan tal-Pulizija Théodore (psewdonomu Siba) KOUROUMA |
d.t.t: 13.5.1971 Pass: Service R0001204 |
Attaché tal-kabinett għall-Presidenza |
40. |
Kaptan Mamadou SANDÉ |
d.t.t: 12.12.1969 Pass: R0003465 |
Ministru fil-Presidenza responsabbli għall-Ekonomijia u l-Finanzi |
41. |
Is-Sur Alhassane (psewdonomu Al-Hassane) Siba ONIPOGUI |
d.t.t: 31.12.1961 Pass: 5938/R00003488 |
Ministru fil-Presidenza responsabbli għall-Kontroll tal-Istat |
42. |
Is-Sur Joseph KANDUNO |
|
Ministru responsabbli għall-Verifiki, it-trasparenza u l-Governanza tajba |
43. |
Is-Sur Fodéba (psewdonomu Isto) KÉIRA |
d.t.t: 4.6.1961 Pass: R0001767 |
Ministru taż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Promozzjoni tal-Impjieg fost iż-Żgħażagħ |
44. |
Kurunell Siba LOHALAMOU |
d.t.t: 1.8.1962 Pass: R0001376 |
Ministru tal-Ġustizzja, Għassies tas-Siġilli |
45. |
Dr. Frédéric KOLIÉ |
d.t.t: 1.1.1960 Pass: R0001714 |
Ministru tal-Amministrazzjoni tat-Territorju u l-Affarijiet Politiċi |
46. |
Is-Sur Alexandre Cécé LOUA |
d.t.t: 1.1.1956 Pass: R0001757 / diplomatiku: R 0000027 |
Ministru tal-Affarijiet Barranin u taċ-Ċittadini tal-Ginea li jgħixu barra mill-pajjiż |
47. |
Is-Sur Mamoudou (psewdonomu Mahmoud) THIAM |
d.t.t: 4.10.1968 Pass: R0001758 |
Ministru tal-Minjieri u l-Enerġija |
48. |
Is-Sur Boubacar BARRY |
d.t.t: 28.5.1964 Pass: R0003408 |
Ministru tal-Istat fil-Presidenza responsabbli għall-Kostruzzjoni, il-Ġestjoni tat-Territorju u l-Wirt Arkitetturali Pubbliku |
49. |
Is-Sur Demba FADIGA |
d.t.t: 1.1.1952 Pass: Dokument ta' residenza FR365845/365857 |
Membru tas-CNDD Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju. Responsabbli għar-relazzjonijiet bejn is-CNDD u l-Gvern |
50. |
Is-Sur Mohamed DIOP |
d.t.t: 1.1.1963 Pass: R0001798 |
Membru tas-CNDD Gvernatur ta' Conarky |
51. |
Is-Surġent Mohamed (psewdonomu Tigre) CAMARA |
|
Membru tal-forzi tas-sigurtà fil-kamp tal-Gwardja Presidenzjali “Koundara” |
52. |
Is-Sur Habib HANN |
d.t.t: 15.12.1950 Pass: 341442 |
Kumitat ta' Verifika u ta' Sorveljanza tas-Setturi Strateġiċi tal-Istat |
53. |
Is-Sur Ousmane KABA |
|
Kumitat ta' Verifika u ta' Sorveljanza tas-Setturi Strateġiċi tal-Istat |
54. |
Is-Sur Alfred MATHOS |
|
Kumitat ta' Verifika u ta' Sorveljanza tas-Setturi Strateġiċi tal-Istat |
55. |
Kaptan Mandiou DIOUBATÉ |
d.t.t: 1.1.1960 Pass: R0003622 |
Direttur tal-uffiċċju tal-istampa fil-Presidenza Kelliem tas-CNDD |
56. |
Is-Sur Cheik Sydia DIABATÉ |
d.t.t: 23.4.1968 Pass: R0004490 |
Membru tal-Forzi Armati Direttur tas-Servizzi ta' Intelligence u ta' Investigazzjoni fil-Ministru tad-Difiża |
57. |
Is-Sur Ibrahima Ahmed BARRY |
d.t.t: 11.11.1961 Pass: R0048243 |
Direttur Ġenerali tar-Radju u t-Televiżjoni tal-Ginea |
58. |
Is-Sur Alhassane BARRY |
d.t.t: 15.11.1962 Pass: R0003484 |
Gvernatur tal-Bank Ċentrali |
59. |
Is-Sur Roda Namatala FAWAZ |
d.t.t: 6.7.1947 Pass: R0001977 |
Co. Pres Negozjant konness mas-CNDD u li ta appoġġ finanzjarju lis-CNDD |
60. |
Is-Sur Dioulde DIALLO |
|
Co. Pres Negozjant konness mas-CNDD u li ta appoġġ finanzjarju lis-CNDD |
61. |
Is-Sur Kerfalla CAMARA |
|
KPC PDG tal-Gui. Co. Pres Negozjant konness mas-CNDD u li ta appoġġ finanzjarju lis-CNDD |
62. |
Dr. Moustapha ZABATT |
d.t.t: 6.2.1965 |
Tabib u Konsulent Personali tal-President |
63. |
Is-Sur Aly MANET |
|
Moviment “Dadis Doit Rester” |
64. |
Is-Sur Louis M’bemba SOUMAH |
|
Ministru tax-Xogħol, ir-Riforma Amministrattiva u s-Servizz Pubbliku |
65. |
Is-Sur Cheik Fantamady CONDÉ |
|
Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura |
66. |
Kurunell Boureima CONDÉ |
|
Ministru tal-Agrikoltura u t-Trobbija tal-Bhejjem |
67. |
Is-Sur Mariame SYLLA |
|
Ministru tad-Deċentralizzazzjoni u l-Iżvilupp Lokali |