Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0756

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 756/2010 tal- 24 ta’ Awwissu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi IV u V Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 223, 25.8.2010, p. 20–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2019; Imħassar b' 32019R1021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/756/oj

    25.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 223/20


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 756/2010

    tal-24 ta’ Awwissu 2010

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Annessi IV u V

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 7(4)(a), (5) u 14 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni l-impenji stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (minn hawn ’il quddiem “il-Konvenzjoni”) approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (2) u fil-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-tniggis transkonfinali tal-arja fuq firxa wiesgħa minn Pollutanti Organiċi Persistenti (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE tad-19 ta’ Frar 2004 li għandha x’taqsam mal-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfinali tal-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (3).

    (2)

    Wara li ntlaqgħu n-nominazzjonijiet tas-sustanzi mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-Norveġja u mill-Messiku, il-Kumitat għall-Analiżi tal-Pollutanti Organiċi Persistenti stabbilit taħt il-Konvenzjoni, ikkonkluda ħidmietu fuq disa’ sustanzi proposti u nstab li dawn jissodisfaw il-kriterji tal-Konvenzjoni. Fir-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet fil-Konvenzjoni mill-4 sat-8 ta’ Mejju 2009 (minn hawn ’il quddiem il-“COP4”) kien hemm ftehim li d-disa’ sustanzi kollha jiddaħħlu fl-Annessi għall-Konvenzjoni.

    (3)

    L-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandhom jiġu emendati sabiex iqisu s-sustanzi l-ġodda li ġew elenkati matul il-COP4.

    (4)

    Fil-COP4 ġie deċiż li l-klorodekon, l-eżabromobifenil u l-eżakloroċikloessani, inkluż il-lindan, jiddaħħlu fl-Anness A (eliminazzjoni) għall-Konvenzjoni. Dawk is-sustanzi huma inklużi fl-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 minħabba li kienu elenkati fil-Protokoll.

    (5)

    Fil-COP4 ġie deċiż li l-pentaklorobenżin jiġi elenkat fl-Anness A (eliminazzjoni) għall-Konvenzjoni. Għalhekk, il-pentaklorobenżin għandu jiġi elenkat fl-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004, u għandhom jiġu indikati l-limiti massimi tal-konċentrazzjoni korrispondenti, li ġew iffissati bl-applikazzjoni tal-metodoloġija użata għall-iffissar tal-valuri tal-limiti għall-pollutanti organiċi persistenti (minn hawn ’il quddiem “POP”) fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1195/2006 tat-18 ta’ Lulju 2006 li jemenda l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (4) u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2007 tas-16 ta’ Frar 2007 li jemenda l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (5). Dawk il-limiti massimi tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu analizzati fid-dawl tar-riżultati ta’ studju dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-iskart tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, li se jitwettaq f’isem il-Kummissjoni.

    (6)

    Fil-COP4 ġie deċiż li l-aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan u d-derivati tiegħu (minn hawn ’il quddiem il-PFOS) jiġu elenkati fl-Anness B (restrizzjoni) għall-Konvenzjoni, b’xi eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet speċifiċi. L-użu tal-PFOS attwalment huwa permess għal xi applikazzjonijiet speċifiċi. Minħabba t-tul tal-ħajja ta’ oġġetti li jkun fihom il-PFOS, dawn l-oġġetti se jibqgħu jiddaħħlu fil-fluss tal-iskart għal għadd ta’ snin, għalkemm il-volum se jonqos. Jista’ jkun hemm diffikultajiet prattiċi fl-identifikazzjoni ta’ ċertu materjali li fihom il-PFOS fi fluss ta’ skart partikolari. Id-dejta dwar il-kwantitajiet u l-konċentrazzjonijiet tal-PFOS f’oġġetti u skart attwalment għadha mhijiex biżżejjed. L-estensjoni tal-obbligu fir-Regolament (KE) Nru 850/2004 li l-kontenut POP jinqered jew jiġi trasformat b’mod irreversibbli f’PFOS għal skart li jaqbeż il-limiti tal-konċentrazzjoni tal-Anness IV jista’ jkollu impatti fuq l-iskemi eżistenti ta’ riċiklaġġ, u dan jista’ jikkomprometti prijorità ambjentali oħra li hija li jiġi żgurat l-użu sostenibbli tar-riżorsi. Fid-dawl ta’ dan, il-PFOS huwa elenkat fl-Annessi IV u V mingħajr indikazzjoni tal-limiti tal-konċentrazzjoni.

    (7)

    Fil-COP4 ġie deċiż li l-etere tat-tetrabromodifenil, l-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil u l-etere tal-ettabromodifenil, minn hawn ’il quddiem “eteri tad-difenil polibrominati”, jiġu elenkati fl-Anness A (eliminazzjoni) għall-Konvenzjoni. It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-etere tal-pentabromodifenil u l-etere tal-oktabromdifenil ġie ristrett fl-Unjoni skont l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (6) b’limitu ta’ konċentrazzjoni massima ta’ 0,1 % bil-piż. L-etere tal-pentabromodifenil, l-etere tal-eżabromodifenil, l-etere tal-ettabromodifenil u l-etere tat-tetrabromodifenil attwalment mhumiex qegħdin jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni minħabba li huma ristretti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2009 tat-22 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (7) u d-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (8). Madankollu, minħabba t-tul tal-ħajja tal-prodotti li fihom dawk l-eteri tad-difenil polibrominati, prodotti li waslu fit-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom se jibqgħu jiddaħħlu fil-fluss tal-iskart għal għadd ta’ snin. Meta jitqiesu d-diffikultajiet prattiċi fl-identifikazzjoni tal-materjali li fihom l-eteri tad-difenil polibrominati fi frazzjoni ta’ skart imħallat u n-nuqqas attwali ta’ dejta xjentifika komprensiva dwar kwantitajiet u konċentrazzjonijiet ta’ eteri tad-difenil polibrominati f’oġġetti u skart, l-estensjoni tal-obbligu li l-kontenut POP jinqered jew jiġi trasformat b’mod irreversibbli f’dawn is-sustanzi l-ġodda għal skart li jaqbeż il-limiti tal-konċentrazzjoni fl-Anness IV jista’ jqiegħed f’riskju l-iskemi eżistenti ta’ riċiklaġġ u għaldaqstant ifixkel l-użu sostenibbli tar-riżorsi. Fil-COP4 din il-problema ġiet rikonoxxuta u kien hemm qbil dwar eżenzjonijiet speċjali għat-tkomplija tar-riċiklaġġ tal-iskart li fih l-eteri tad-difenil polibrominati elenkati anke jekk dan jista’ jwassal għar-riċiklaġġ tal-POP. Għalhekk, dawk l-eċċezzjonijiet għandhom ikunu riflessi fir-Regolament (KE) Nru 850/2004.

    (8)

    Fl-Unjoni hemm il-ħtieġa ta’ limiti massimi tal-konċentrazzjoni li jkunu uniformi sabiex jiġi evitat it-tgħawwiġ tas-suq intern. Limiti massimi tal-konċentrazzjoni provviżorji ġew iffissati għall-pentaklorobenżin fl-Annessi IV u V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 abbażi ta’ dejta disponibbli u bl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-prekawzjoni.

    (9)

    Fid-dawl tan-nuqqas ta’ tagħrif xjentifiku komprensiv dwar kwantitajiet u konċentrazzjonijiet f’oġġetti u skart, kif ukoll dwar xenarji ta’ esponiment, f’dan l-istadju, ma jistgħu jiġu ffissati l-ebda limiti massimi tal-konċentrazzjoni għall-PFOS u l-eteri tad-dufenil polibrominati fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Soġġett għal aktar informazzjoni li ssir disponibbli u stħarriġ mill-Kummissjoni, se jiġu proposti limiti massimi ta’ konċentrazzjoni għad-disa’ POPs, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tar-Regolament POP.

    (10)

    Skont l-Artikolu 22 għall-Konvenzjoni, l-emendi għall-Annessi A, B u C għaliha jidħlu fis-seħħ sena wara d-data tal-komunikazzjoni mid-depożitarju tal-emenda, jiġifieri fis-26 ta’ Awwissu 2010. Konsegwentement u għal raġunijiet ta’ koerenza, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

    (11)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (9). Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bħal kwistjoni ta’ urġenza.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 għandu jinbidel bl-Anness I għal dan ir-Regolament.

    2.   L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huwa emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mis-26 ta’ Awwissu 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Awwissu 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

    (2)  ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1.

    (3)  ĠU L 81, 19.3.2004, p. 35.

    (4)  ĠU L 217, 8.8.2006, p. 1.

    (5)  ĠU L 55, 23.2.2007, p. 1.

    (6)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (7)  ĠU L 164, 26.6.2009, p. 7.

    (8)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

    (9)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39.


    ANNESS I

    “ANNESS IV

    Lista ta’ sustanzi soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-ġestjoni tal-iskart stabbiliti fl-Artikolu 7

    Sustanza

    Nru tal-CAS

    Nru tal-KE

    Limitu tal-konċentrazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(4)(a)

    Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O

     

     

     

    Etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O

     

     

     

    Etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O

     

     

     

    Etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O

     

     

     

    Aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan u d-derivati tiegħu (PFOS) C8F17SO2X

    (X = OH, Melħ tal-metall (O-M+), alid, ammid, u derivati oħra inklużi polimeri)

     

     

     

    Dibenżo-p-diossini u dibenżofurans poliklorinati (PCDD/PCDF)

     

     

    15  μg/kg (1)

    DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis(4-klorofenil)etan)

    50-29-3

    200-024-3

    50  mg/kg

    Klordan

    57-74-9

    200-349-0

    50  mg/kg

    Eżakloroċikloeżani, inkluż il-lindan

    58-89-9

    210-168-9

    50  mg/kg

    319-84-6

    200-401-2

    319-85-7

    206-270-8

    608-73-1

    206-271-3

    Dieldrin

    60-57-1

    200-484-5

    50  mg/kg

    Endrin

    72-20-8

    200-775-7

    50  mg/kg

    Ettaklor

    76-44-8

    200-962-3

    50  mg/kg

    Eżaklorobenżin

    118-74-1

    200-273-9

    50  mg/kg

    Klordekon

    143-50-0

    205-601-3

    50  mg/kg

    Aldrin

    309-00-2

    206-215-8

    50  mg/kg

    Pentaklorobenżin

    608-93-5

    210-172-5

    50  mg/kg

    Bifenili poliklorinati (PCB)

    1336-36-3 u oħrajn

    215-648-1

    50  mg/kg (2)

    Mirex

    2385-85-5

    219-196-6

    50  mg/kg

    Toxafen

    8001-35-2

    232-283-3

    50  mg/kg

    Eżabromobifenil

    36355-01-8

    252-994-2

    50  mg/kg


    (1)  Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta’ ekwivalenza tat-tossiċità (TEFs) li ġejjin:

    PCDD

    TEF

    2,3,7,8-TeCDD

    1

    1,2,3,7,8-PeCDD

    1

    1,2,3,4,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDD

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

    0,01

    OCDD

    0,0003

    PCDF

    TEF

    2,3,7,8-TeCDF

    0,1

    1,2,3,7,8-PeCDF

    0,03

    2,3,4,7,8-PeCDF

    0,3

    1,2,3,4,7,8-HxCDF

    0,1

    PCDD

    TEF

    1,2,3,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDF

    0,1

    2,3,4,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

    0,01

    1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

    0,01

    OCDF

    0,0003

    (2)  Fejn ikun applikabbli, għandu jiġi applikat il-metodu ta’ kalkolu stipulat fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2.”


    ANNESS II

    Fl-Anness V, il-Parti 2 tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, it-tabella għandha tinbidel bit-tabella li ġejja:

    “Skart kif ikklassifikat fid-Deċiżjoni 2000/532/KE

    Il-limiti ta’ konċentrazzjoni massima elenkati fl-Anness IV (1)

    Operazzjoni

    10

    SKART MINN PROĊESSI TERMALI

    Aldrin: 5 000  mg/kg;

    Klordan: 5 000  mg/kg;

    Klordekon:

    5 000  mg/kg;

    DDT (1,1,1-trikloro-2,2-bis(4-klorofenil)etan): 5 000  mg/kg;

    Dieldrin: 5 000  mg/kg;

    Endrin: 5 000  mg/kg;

    Etere tal-ettabromodifenil (C12H3Br7O)

    Ettaklor: 5 000  mg/kg;

    Eżabromobifenil: 5 000  mg/kg;

    Etere tal-eżabromodifenil (C12H4Br6O);

    Eżaklorobenżin: 5 000  mg/kg;

    Eżakloroċikloeżani, inkluż il-lindan:

    5 000  mg/kg;

    Mirex: 5 000  mg/kg;

    Etere tal-pentabromodifenil (C12H5Br5O);

    Pentaklorobenżin: 5 000  mg/kg;

    Aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan u d-derivati tiegħu (PFOS)

    (C8F17SO2X)

    (X = OH, Melħ tal-metall (O-M+), alid, ammid, u derivati oħra inklużi polimeri);

    Bifenili Poliklorinati (PCB) (5): 50 mg/kg;

    Dibenżo-p-diossini u dibenżofurans poliklorinati (PCDD/PCDF) (6): 5 mg/kg;

    Etere tat-tetrabromodifenil (C12H6Br4O);

    Toxafen: 5 000  mg/kg;

    Ħżin permanenti għandu jkun permess biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    1.

    Il-ħżin isir f’wieħed minn dawn il-postijiet:

    formazzjonijiet ta’ blat iebes, sikuri, fondi, taħt l-art;

    minjieri tal-melħ;

    sit ta’ miżbla għall-iskart perikoluż, sakemm l-iskart ikun issolidifikat jew parzjalment stabbilizzat meta teknikament vijabbli kif meħtieġ għall-klassifikazzjoni tal-iskart fis-subkapitolu 1903 tad-Deċiżjoni 2000/532/KE;

    2.

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE (4) ġew rispettati;

    3.

    Intwera li l-operazzjoni magħżula hija preferuta mil-lat ambjentali.

    10 01

    Skart minn impjanti tal-enerġija u impjanti oħra ta’ kombustjoni (minbarra 19)

    10 01 14 * (2)

    Irmied tal-qiegħ, gagazza u trab tal-kaldaruni mill-koinċinerazzjoni li fihom sustanzi perikolużi

    10 01 16 *

    Irmied li jtir mill-koinċinerazzjoni li fih sustanzi perikolużi

    10 02

    Skart mill-industrija tal-ħadid u l-azzar

    10 02 07 *

    Skart solidu mit-trattament ta’ gass li fih sustanzi perikolużi

    10 03

    Skart minn proċessi termali tal-metallurġija tal-aluminju

    10 03 04 *

    Gagazza mill-produzzjoni primarja

    10 03 08 *

    Gagazza tal-melħ mill-produzzjoni sekondarja

    10 03 09 *

    Ħmieġ iswed tal-metall mill-produzzjoni sekondarja

    10 03 19 *

    Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

    10 03 21 *

    Partikuli oħra u trab (inkluż it-trab minn mitħna bl-isferi) li fih sustanzi perikolużi

    10 03 29 *

    Skart mit-trattament tal-gagazza tal-melħ u l-ħmieġ iswed tal-metall li fih sustanzi perikolużi

    10 04

    Skart minn proċessi termali tal-metallurġija taċ-ċomb

    10 04 01 *

    Gagazza minn produzzjoni primarja u sekondarja

    10 04 02 *

    Ħmieġ tal-metall u xkuma minn produzzjoni primarja u sekondarja

    10 04 04 *

    Trab mill-gass taċ-ċmieni

    10 04 05 *

    Partikuli oħra u trab

    10 04 06 *

    Skart solidu mit-trattament tal-gass

    10 05

    Skart minn proċessi termali tal-metallurġija taż-żingu

    10 05 03 *

    Trab mill-gass taċ-ċmieni

    10 05 05 *

    Skart solidu mit-trattament tal-gass

    10 06

    Skart minn proċessi termali tal-metallurġija tar-ram

    10 06 03 *

    Trab mill-gass taċ-ċmieni

    10 06 06 *

    Skart solidu mit-trattament tal-gass

    10 08

    Skart minn proċessi termali oħra tal-metallurġija mhux tal-ħadid

    10 08 08 *

    Gagazza tal-melħ minn produzzjoni primarja u sekondarja

    10 08 15 *

    Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

    10 09

    Skart mill-ikkastjar ta’ biċċiet tal-ħadid

    10 09 09 *

    Trab mill-gass taċ-ċmieni li fih sustanzi perikolużi

    16

    SKART MHUX SPEĊIFIKAT B’MOD IEĦOR FIL-LISTA

    16 11

    Kisi u materjal refrattarju ta’ skart

    16 11 01 *

    Kisi bbażat fuq il-karbonju u materjal refrattarju minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

    16 11 03 *

    Kisi u materjal refrattarju ieħor minn proċessi metallurġiċi li fihom sustanzi perikolużi

    17

    SKART MILL-BINI U D-DEMOLIZZJONI (INKLUŻA L-ĦAMRIJA MĦAFFRA MINN SITI IKKONTAMINATI)

    17 01

    Konkrit, briks, madum u ċeramika

    17 01 06 *

    Taħlitiet ta’, jew frazzjonijiet separati ta’ konkrit, briks, madum u ċeramika li fihom sustanzi perikolużi

    17 05

    Ħamrija li tinkludi ħamrija mħaffra minn siti kkontaminati, ġebel u ħama mit-tħammil

    17 05 03 *

    Frazzjoni inorganika ta’ ħamrija u ġebel li fiha sustanzi perikolużi

    17 09

    Skart ieħor mill-bini u d-demolizzjoni

    17 09 02 *

    Skart mill-bini jew id-demolizzjoni li fih il-PCB, bl-esklużjoni tat-tagħmir li fih il-PCB

    17 09 03 *

    Skart ieħor tal-bini u d-demolizzjoni li fih sustanzi perikolużi

    19

    SKART MINN FAĊILITAJIET TA’ ĠESTJONI TAL-ISKART, IMPJANTI GĦAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ LI MA JKUNUX FIS-SIT U L-PREPARAZZJONI TA’ ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM U ILMA MILL-UŻU INDUSTRIJALI

    19 01

    Skart mill-inċinerazzjoni jew mill-piroliżi tal-iskart

    19 01 07 *

    Skart solidu mit-trattament tal-gass

    19 01 11 *

    Irmied tal-qiegħ u gagazza li fihom sustanzi perikolużi

    19 01 13 *

    Irmied li jtir li fih sustanzi perikoluża

    19 01 15 *

    Trab tal-kaldaruni li fih sustanzi perikolużi

    19 04

    Skart ivvitrifikat u skart mill-vitrifikazzjoni

    19 04 02 *

    Irmied li jtir u skart ieħor mit-trattament tal-gass taċ-ċmieni

    19 04 03 *

    Fażi solida mhux ivvitrifikata


    (1)  Dawn il-limiti japplikaw esklussivament għas-sit ta’ landfill għall-iskart perikoluż u ma japplikawx għal faċilitajiet ta’ ħżin permanenti ta’ taħt l-art għall-iskart perikoluż, inklużi l-minjieri tal-melħ.

    (2)  Kwalunkwe skart immarkat b’asterisk * jitqies bħala skart perikoluż skont id-Direttiva 91/689/KEE u huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

    (3)  ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.

    (4)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 27.

    (5)  Għandu japplika l-metodu ta’ kalkolu stipulat fl-istandards Ewropej EN 12766-1 u EN 12766-2.

    (6)  Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta’ ekwivalenza tat-tossiċità (TEFs) li ġejjin:

    PCDD

    TEF

    2,3,7,8-TeCDD

    1

    1,2,3,7,8-PeCDD

    1

    1,2,3,4,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDD

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

    0,01

    OCDD

    0,0003

    PCDF

    TEF

    2,3,7,8-TeCDF

    0,1

    1,2,3,7,8-PeCDF

    0,03

    2,3,4,7,8-PeCDF

    0,3

    1,2,3,4,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDF

    0,1

    PCDD

    TEF

    2,3,4,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

    0,01

    1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

    0,01

    OCDF

    0,0003”


    Top