This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2009_171_R_0027_01
2009/502/EC: Council Decision of 19 January 2009 on the conclusion on behalf of the Community of the Agreement on scientific and technological cooperation between the European Community and the Government of New Zealand#Agreement on scientific and technological cooperation between the European Community and the Government of New Zealand
2009/502/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Jannar 2009 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand
Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand
2009/502/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Jannar 2009 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand
Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand
ĠU L 171, 1.7.2009, p. 27–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 171/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Jannar 2009
dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand
(2009/502/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 170 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
BILLI:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika mal-Gvern ta’ New Zealand. |
(2) |
Il-Ftehim ġie ffirmat fis-16 ta’ Lulju 2008 fi Brussell, suġġett għal konklużjoni f’data futura. |
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand (2) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità u tadotta l-pożizzjoni tal-Komunità li għandha tittieħed fil-Kumitat Konġunt dwar il-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika stabbilit skont l-Artikolu 6(1) tal-Ftehim fir-rigward tal-emendi tekniċi għall-Ftehim taħt l-Artikolu 6(3)(c) tal-Ftehim.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Ftehim.
Magħmula fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GANDALOVIČ
(1) L-Opinjoni mogħtija fil-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ara d-dokument 10118/08.
FTEHIM
dwar koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand
IL-KOMUNITÀ EWROPEA (minn hawn ‘il quddiem “il-Komunità”)
u
L-GVERN TA’ NEW ZEALAND,
minn hawn ‘il quddiem jissejħu konġuntement “il-Partijiet”;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-Partijiet qed isegwu attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni teknoloġika f’numru ta’ oqsma ta’ interess komuni, u billi huma konxji tal-espansjoni rapida tal-konoxxenza xjentifika u tal-kontribuzzjoni pożittiva tagħha fil-promozzjoni ta’ koperazzjoni bilaterali u internazzjonali;
FILWAQT LI JINNOTAW li kien hemm koperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni f’numru ta’ oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi taħt l-Arranġament bejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern ta’ New Zealand għal Koperazzjoni fix-Xjenza u fit-Teknoloġija tas-17 ta’ Mejju 1991;
FILWAQT LI JIXTIEQU jespandu l-ambitu tal-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika f’numru ta’ oqsma ta’ interess komuni permezz tal-ħolqien ta’ sħubija produttiva għal finijiet paċifiċi u ta’ benefiċċju reċiproku;
FILWAQT LI JINNOTAW li tali koperazzjoni u l-applikazzjoni tar-riżultati ta’ tali koperazzjoni se jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Partijiet; u
FILWAQT LI JIXTIEQU jistabbilixxu qafas formali sabiex ikunu implimentati l-attivitajiet koperattivi ġenerali li se jsaħħu l-koperazzjoni “fix-xjenza u fit-teknoloġija” bejn il-Partijiet;
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:
1. |
“Attivitajiet Koperattivi” tfisser kemm Attivitajiet Koperattivi Diretti kif ukoll Attivitajiet Koperattivi Indiretti. |
2. |
“Attivitajiet Koperattivi Diretti” tfisser attivitajiet koperattivi mwettqa fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija bejn il-Partijiet jew l-aġenti eżekuttivi tagħhom. |
3. |
“Attivitajiet Koperattivi Indiretti” tfisser attivitajiet koperattivi, għajr Attivitajiet Koperattivi Diretti, fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija mwettqa bejn il-Gvern ta’ New Zealand jew il-Parteċipanti ta’ New Zealand, minn naħa waħda, u l-Komunità jew il-Parteċipanti tal-Komunità, min-naħa l-oħra, permezz ta’:
|
4. |
“Proprjetà Intelletwali” għandha jkollha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali, li saret fi Stokkolma fil-14 ta’ Lulju 1967. |
5. |
“Parteċipant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li jkollha r-residenza ordinarja tagħha fi New Zealand jew fil-Komunità, jew kwalunkwe persuna ġuridika kostitwita fi New Zealand jew fil-Komunità li jkollha personalità ġuridika u li tista’ jkollha drittijiet u tkun suġġetta għal obbligi ta’ kwalunkwe tip f’isimha u ma tinkludix lill-Partijiet. Sabiex ikunu evitati dubbji, l-Entitajiet tal-Kuruna ta’ New Zealand huma Parteċipanti u mhumiex inklużi fit-tifsira ta’ “Parti”. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-KE se jkun kemm Parteċipant sabiex jipparteċipa f’Attivitajiet Koperattivi Indiretti, kif ukoll aġent eżekuttiv, sabiex iwettaq Attivitajiet Koperattivi Diretti. |
Artikolu 2
Għan u Prinċipji
1. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw l-Attivitajiet Koperattivi għal finijiet paċifiċi skont dan il-Ftehim u skont il-liġijiet u r-regolamenti taż-żewġ Partijiet.
2. L-Attivitajiet Koperattivi għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin:
(a) |
kontribuzzjonijiet u benefiċċji reċiproċi u ekwi; |
(b) |
aċċess reċiproku tal-Parteċipanti għal programmi jew għal proġetti ta’ riċerka operati jew finanzjati mill-Parti l-oħra; |
(c) |
skambju f’waqtu ta’ informazzjoni li tista’ tikkonċerna Attivitajiet Koperattivi; |
(d) |
promozzjoni ta’ soċjetajiet bbażati fuq il-konoxxenza għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żewġ Partijiet; u |
(e) |
il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali skont l-Artikolu 8. |
Artikolu 3
Attivitajiet Koperattivi
1. L-Attivitajiet Koperattivi Direttivi skont dan il-Ftehim jistgħu jinkludu:
(a) |
laqgħat ta’ diversi forom, inklużi dawk ta’ esperti, sabiex ikun hemm diskussjoni u skambju ta’ informazzjoni dwar suġġetti xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ natura ġenerali jew speċifika u sabiex ikunu identifikati proġetti u programmi ta’ riċerka u żvilupp li jistgħu jitwettqu fuq bażi koperattiva; |
(b) |
skambju ta’ informazzjoni dwar attivitajiet, politiki, prattiki, liġijiet u regolamenti li jikkonċernaw ir-riċerka u l-iżvilupp; |
(c) |
żjarat u skambji ta’ xjenzati, persunal tekniku u esperti oħrajn fuq suġġetti ġenerali jew speċifiċi; u |
(d) |
forom oħrajn ta’ attivitajiet fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija, inkluża l-implimentazzjoni ta’ proġetti u ta’ programmi koperattivi, li jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet dwarhom mill-Kumitat Konġunt li jissemma fl-Artikolu 6, skont il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet. |
2. Sabiex jiġu żviluppati Attivitajiet Koperattivi Indiretti, kwalunkwe Parteċipant ta’ New Zealand jew kwalunkwe Parteċipant tal-Komunità jista’ jikkollabora fi kwalunkwe programm jew proġett ta’ riċerka operat jew finanzjat mill-Parti l-oħra, bil-qbil tal-Parteċipanti l-oħra f’dak il-programm jew f’dak il-proġett u skont il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tal-Partijiet u skont ir-regoli rilevanti ta’ parteċipazzjoni f’dawn il-programmi jew proġetti.
3. Fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, f’każ li Parti waħda tikkonkludi kuntratt ma’ Parteċipant tal-Parti l-oħra għal Attività Koperattiva Indiretta, il-Parti l-oħra, meta tintalab tagħmel dan, għandha tagħmel ħilitha sabiex tipprovdi kwalunkwe għajnuna raġonevoli u fattibbli, kif jista’ jkun meħtieġ jew ta’ għajnuna għall-Parti tal-ewwel, għall-implimentazzjoni mingħajr xkiel ta’ tali kuntratt.
4. Il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni ta’ Attivitajiet Koperattivi skont dan il-Ftehim għandhom jitwettqu, f’isem New Zealand, mill-Ministeru għar-Riċerka, ix-Xjenza u t-Teknoloġija jew mill-aġenzija suċċessura tiegħu, u f’isem il-Komunità, mis-servizzi tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li għandhom jaġixxu bħala aġenti eżekuttivi.
Artikolu 4
Arranġamenti Implimentattivi
1. Fejn ikun il-każ, l-Attivitajiet Koperattivi jistgħu jsiru skont l-arranġamenti implimentattivi bejn il-Partijiet jew bejn il-Kummissjoni u organizzazzjonijiet ta’ New Zealand li jiffinanzjaw il-programmi jew il-proġetti ta’ riċerka f’isem il-Gvern ta’ New Zealand. Dawn l-arranġamenti jistgħu jistabbilixxu:
(a) |
in-natura u l-perijodu ta’ ż-żmien tal-koperazzjoni f’qasam speċifiku jew għal għan speċifiku; |
(b) |
it-trattament tal-Proprjetà Intelletwali ġġenerata mill-koperazzjoni, konsistenti ma’ dan il-Ftehim; |
(c) |
kwalunkwe impenn ta’ finanzjament applikabbli; |
(d) |
l-allokazzjoni tal-ispejjeż assoċjati mal-koperazzjoni; u |
(e) |
kwalunkwe kwistjoni rilevanti oħra. |
2. L-Attivitajiet Koperattivi li jkunu għaddejjin meta jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim għandhom ikunu inkorporati f’dan il-Ftehim minn dik id-data.
Artikolu 5
Dħul ta’ Persunal u ta’ Tagħmir
Skond il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti tal-Partijiet u tal-Istati Membri tal-UE, kull Parti għandha tiffaċilita d-dħul fi u l-ħruġ mit-territorju tagħha ta’ persunal, materjal u tagħmir tal-Parteċipanti involuti fi jew li ntużaw f’Attivitajiet Koperattivi.
Artikolu 6
Kumitat Konġunt
1. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim, l-aġenti eżekuttivi għandhom jistabbilixxu Kumitat Konġunt dwar il-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat Konġunt”). Il-Kumitat Konġunt għandu jikkonsisti mir-rappreżentati ta’ kull Parti u għandu jkun ko-presjedut mir-rappreżentanti taż-żewġ Partijiet.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’, għall-inqas kull sentejn, b’mod alternat fi New Zealand u fil-Komunità.
3. Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu li:
(a) |
jiskambja fehmiet u informazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ politika xjentifika u teknoloġika; |
(b) |
jagħmel rakkomodazzjonijiet lill-Partijiet rigward l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inklużi l-identifikazzjoni u r-rakkomodazzjoni ta’ żidiet mal-Attivitajiet Koperattivi li jissemmew fl-Artikolu 3 u miżuri konkreti sabiex jittejjeb l-aċċess reċiproku pprovdut fl-Artikolu 3(2); |
(c) |
mingħajr preġudizzju għall-proċessi domestiċi ta’ approvazzjoni ta’ kull Parti, jagħmel emendi tekniċi għal dan il-Ftehim kif ikun meħtieġ; u |
(d) |
f’kull laqgħa, jirrivedi u jipprovdi rapport lill-Partijiet dwar l-istatus, il-kisbiet, u l-effikaċja tal-Attivitajiet Koperattivi, inklużi l-aċċess reċiproku pprovdut skont l-Artikolu 3(2) u l-arranġamenti ta’ kull Parti għal riċerkaturi fuq żjarat. |
4. Il-Kumitat Konġunt għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċeduri tiegħu stess. Id-deċiżjonijiet tiegħu għandhom jintlaħqu b’kunsens.
5. L-ispejjeż tar-rappreżentanti għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt, bħall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, għandhom jitħallsu mill-Parti li magħha jkunu relatati. Kwalunkwe spiża oħra assoċjata ma’ dawn il-laqgħat għandha titħallas mill-Parti ospitanti.
Artikolu 7
Finanzjament
1. L-implimentazzjoni ta’dan il-Ftehim min-naħa ta’ kull Parti għandha tkun suġġetta għad-disponibbiltà ta’ fondi approprjati u għal-liġijiet u għar-regolamenti applikabbli ta’ dik il-Parti.
2. L-ispejjeż tal-Attivitajiet Koperattivi għandhom jitħallsu kif ikun deċiż mill-Parteċipanti jew mill-Partijiet involuti.
3. Meta Parti waħda tipprovdi sostenn finanzjarju lill-Parteċipanti tal-Parti l-oħra b’konnessjoni ma’ Attivitajiet Koperattivi Indiretti, kwalunkwe għotja u kontribuzzjoni finanzjarja jew ta’ xort’oħra mingħand il-Parti li qed tagħti l-finanzjament lill-Parteċipanti tal-Parti l-oħra b’sostenn ta’ dawk l-attivitajiet għandhom jingħataw eżenzjoni fiskali skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti fis-seħħ fit-territorji ta’ kull Parti fiż-żmien li jsiru tali għotjiet u kontribuzzjonijiet finanzjarji jew ta’ xort’oħra.
Artikolu 8
L-Informazzjoni u d-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali
1. L-informazzjoni xjentifika u teknoloġika li ma tkunx relatata ma’ proprjetà li tirriżulta minn Attivitajiet Koperativi tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet permezz ta’ mezzi użati fil-prattika u skont il-proċeduri ġenerali tagħha.
2. Kull Parti għandha tiżgura ruħha li t-trattament li tagħti lid-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali u lill-obbligi tal-Parteċipanti f’Attivitajiet Koperattivi Indiretti, u lid-drittijiet u lill-obbligi relatati li jirriżultaw minn tali parteċipazzjoni, għandu jkun konsistenti mal-liġijiet u mar-regolamenti u mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, inkluż il-Ftehim dwar Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali, l-Anness IC għall-Ftehim ta’ Marrakesh li Jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ kif ukoll l-Att ta’ Pariġi tal-24 ta’ Lulju 1971 tal-Konvenzjoni ta’ Berne għall-Protezzjoni tax-Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi u l-Att ta’ Stokkolma tal-14 ta’ Lulju 1967 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali.
3. Kull Parti għandha tiżgura ruħha li l-Parteċipanti f’Attivitajiet Koperattivi Indiretti tal-Parti l-oħra għandu jkollhom l-istess trattament rigward il-Proprjetà Intelletwali kif jingħata lill-Parteċipanti tal-ewwel Parti skont ir-regoli rilevanti ta’ parteċipazzjoni ta’ kull programm jew proġett ta’ riċerka, jew skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha.
Artikolu 9
Applikazzjoni Territorjali
Dan il-Ftehim għandu japplika:
(a) |
għat-territorji fejn jiġi applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat; u |
(b) |
għat-territorju ta’ New Zealand. |
Dan m’għandux jimpedixxi t-twettiq ta’ Attivitajiet Koperattivi fl-ibħra miftuħa, fl-ispazju jew fit-territorju ta’ pajjiżi terzi, skont id-dritt internazzjonali.
Artikolu 10
Strumenti ta’ Ftehim oħrajn u Riżoluzzjoni ta’ Disputi
1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim m’għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet fi strumenti ta’ Ftehim eżistenti u/jew futuri bejn il-Partijiet, jew bejn kwalunkwe Stat Membru tal-Komunità u l-Gvern ta’ New Zealand.
2. Kwalunkwe kwistjoni jew disputa relatata mal-interpretazzjoni jew mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi riżolta b’konsultazzjoni bejn il-Partijiet.
Artikolu 11
L-Istatus tal-Anness
L-Anness ma’ dan il-Ftehim jikkostitwixxi arranġament mhux vinkolanti bejn l-aġenti eżekuttivi rigward id-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali u drittijiet oħrajn ta’ proprjetà maħluqa jew introdotti matul Attivitajiet Koperattivi Diretti.
Artikolu 12
Emendament
Ħlief għall-emendi tekniċi li jsiru mill-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 6(3)(c), dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat bil-kunsens reċiproku tal-Partijiet permezz tal-iskambju ta’ noti diplomatiċi. Ħlief jekk il-Partijiet jiftiehmu mod ieħor, emenda għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jiskambjaw noti diplomatiċi li jinformaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-emenda.
Artikolu 13
Dħul fis-Seħħ u Terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jiskambjaw noti diplomatiċi li jinformaw lil xulxin li tlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu inizjali ta’ ħames snin. Sakemm kwalunkwe waħda mill-Partijiet ma tinnotifikax lill-oħra li dan il-Ftehim jittermina fi tmiem il-perijodu inizjali, dan il-Ftehim għandu jkompli jibqa’ fis-seħħ wara l-perijodu inizjali sakemm kwalunkwe waħda mill-Partijiet ma tavżax lill-Parti l-oħra bil-miktub bil-ħsieb li jkollha li tittermina dan il-Ftehim. F’każ bħal dan, dan il-Ftehim għandu jieqaf ikollu effett sitt xhur wara li tiġi riċevuta tali notifika.
3. It-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe Attività Koperattiva li tkun għadha ma twettqitx bis-sħiħ fi żmien it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim jew għal kwalunkwe dritt u obbligu speċifiċi li jkunu akkumulaw konformement mal-Anness għal dan il-Ftehim.
B’XIEHDA TA’ DAN, is-sottoskritti, billi huwa debitament awtorizzat għal dan mill-Komunità Ewropea u mill-Gvern ta’ New Zealand rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL duplikatament fi Brussell, fis-sittax-il jum ta’ Lulju, tas-sena elfejn u tmienja, bl-Ingliż, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Eston, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u biż-Żvediż, b’kull test ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на шестнадесети юли две хиляди и осма година.
Hecho en Bruselas, el dieciséis de julio de dos mil ocho.
V Bruselu dne šestnáctého července dva tisíce osm.
Udfærdiget i Bruxelles den sekstende juli to tusind og otte.
Geschehen zu Brüssel am sechzehnten Juli zweitausendacht.
Kahe tuhande kaheksanda aasta juulikuu kuueteistkümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δεκαέξι Ιουλίου δύο χιλιάδες οκτώ.
Done at Brussels on the sixteenth day of July in the year two thousand and eight.
Fait à Bruxelles, le seize juillet deux mille huit.
Fatto a Bruxelles, addì sedici luglio duemilaotto.
Briselē, divtūkstoš astotā gada sešpadsmitajā jūlijā.
Priimta du tūkstančiai aštuntų metų liepos šešioliktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-nyolcadik év július tizenhatodik napján.
Magħmul fi Brussell, fis-sittax-il jum ta’ Lulju tas-sena elfejn u tmienja.
Gedaan te Brussel, de zestiende juli tweeduizend acht.
Sporządzono w Brukseli, dnia szesnastego lipca roku dwa tysiące ósmego.
Feito em Bruxelas, em dezasseis de Julho de dois mil e oito.
Întocmit la Bruxelles, la data de șaisprezece iulie două mii opt.
V Bruseli šestnásteho júla dvetisícosem.
V Bruslju, dne šestnajstega julija leta dva tisoč osem.
Tehty Brysselissä kuudentenatoista päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.
Som skedde i Bryssel den sextonde juli tjugohundraåtta.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
På vegne af Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunitá Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapen
За правителството на Нова Зеландия
Por el Gobierno de Nueva Zelanda
Za vládu Nového Zélandu
På vegne af New Zealands regering
Für die Regierung Neuseelands
Uus-Meremaa valitsuse nimel
Για την κυβέρνηση της Νέας Ζηλανδίας
For the Government of New Zealand
Pour le gouvernement de la Nouvelle-Zélande
Per il governo della Nuova Zelanda
Jaunzēlandes valdības vārdā
Naujosios Zelandijos Vyriausybės vardu
Új-Zéland kormánya részéről
Għall-Gvern ta’ New Zealand
Voor de regering van Nieuw-Zeeland
W imieniu rządu Noweij Zelandii
Pelo Governo da Nova Zelândia
Pentru Guvernul Noii Zeelande
Za vládu Nového Zélandu
Za vlado Nove Zelandije
Uuden-Seelannin hallituksen puolesta
För Nya Zeelands regering
ANNESS
Arranġament dwar id-drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali u drittijiet oħrajn ta’ proprjetà maħluqa jew introdotti matul Attivitajiet Koperattivi Direttivi bejn New Zealand u l-Komunità Ewropea
Il-Ministeru għar-Riċkera, ix-Xjenza u t-Teknoloġija u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (“l-aġenti eżekuttivi”), konsistentement mal-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ New Zealand (“il-Ftehim”) qablu dwar il-punti li ġejjin fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali maħluqa jew introdotti matul Attivitajiet Koperattivi Diretti (kif definiti fl-Artikolu 1 tal-Ftehim) skont il-Ftehim:
1. |
Sakemm l-aġenti eżekuttivi flimkien ma jiddeċidux mod ieħor, ir-regoli li ġejjin se japplikaw għad-drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali maħluqa jew introdotti mill-Partijiet matul Attivitajiet Koordinattivi Diretti:
|
2. |
Sakemm l-aġenti eżekuttivi flimkien ma jiddeċidux mod ieħor, ir-regoli li ġejjin se japplikaw għall-copyrights u għad-drittijiet relatati tal-Partijiet maħluqa jew introdotti mill-Partijiet matul Attivitajiet Koperattivi Diretti:
|
3. |
Sakemm l-aġenti eżekuttivi flimkien ma jiddeċidux mod ieħor, il-Proprjetà Intelletwali kollha fil-paragrafi 1 u 2 tiġi provduta mingħajr ebda garanzija, espliċita jew impliċita, inklużi garanziji dwar idoneità għal xi għan partikolari, dwar xi titolu jew protezzjoni kontra ksur. |
4. |
Sakemm l-aġenti eżekuttivi flimkien ma jiddeċidux mod ieħor, ir-regoli li ġejjin se japplikaw għall-informazzjoni mhux żvelata tal-Partijiet:
|
5. |
Dan l-Arranġament jista’ jiġi modifikat bil-kunsens reċiproku bil-miktub tal-aġenti eżekuttivi. |
6. |
Dan l-Arranġament se jibda jkollu effett fil-jum li l-Ftehim jidħol fis-seħħ. |