EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0568
Decision No 568/2009/EC of the European Parliament and of the Council of 18 June 2009 amending Council Decision 2001/470/EC establishing a European Judicial Network in civil and commercial matters
Deċiżjoni Nru 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali
Deċiżjoni Nru 568/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali
ĠU L 168, 30.6.2009, p. 35–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
30.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 168/35 |
DEĊIŻJONI Nru 568/2009/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Ġunju 2009
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partikolarment l-Artikoli 61 (c) u (d) u 66, u t-tieni inċiż tal-Artikolu 67(5) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-qasam ċivili u kummerċjali bejn l-Istati Membri (in-Netwerk) ġie stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 2001/470/KE (3) tal-Kunsill għaliex kien ikkunsidrat illi l-istabbiliment ta’ żona ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja kien jirrikjedi titjib, semplifikazzjoni u tħaffif tal-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva bejn l-Istati Membri, kif ukoll l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal persuni involuti f’tilwim transkonfinali. Id-data tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni kienet l-1 ta’ Diċembru 2002. |
(2) |
Il-Programm tal-Aja dwar it-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-4 u l-5 ta’ Novembru 2004 (4), isejjaħ sabiex isiru sforzi supplementari sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili. B’mod partikolari, dan jenfasizza l-implimentazzjoni effettiva tal-atti adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-qasam ċivili kif ukoll fuq il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-membri tal-professjonijiet legali bil-ħsieb li tiġi stabbilita prattika aħjar. |
(3) |
Skont l-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni 2001/470/KE, fis-16 ta’ Mejju 2006 il-Kummissjoni ppreżentat rapport fuq il-ħidma tan-Netwerk. Dan ir-rapport ikkonkluda li, filwaqt li l-għanijiet iffissati fl-2001 ġeneralment intlaħqu, madankollu n-Netwerk kien għadu ‘l bogħod milli jiżviluppa l-potenzjalitajiet tiegħu kollha. |
(4) |
Sabiex ikun assigurat it-twettiq tal-għanijiet tal-Programm tal-Aja fil-qasam tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u ta’ aċċess għall-ġustizzja u bi preparazzjoni għat-tkabbir prevedibbli tax-xogħolijiet tan-Netwerk fis-snin li ġejjin, in-Netwerk għandu jkollu qafas ġuridiku adattat aktar sabiex jiżdiedu l-mezzi ta’ azzjoni tiegħu. |
(5) |
Huwa indispensabbli li jintlaħqu kondizzjonijiet operattivi aqwa għan-Netwerk fl-Istati Membri permezz ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali u, b’hekk, li jissaħħaħ ir-rwol tal-punti ta’ kuntatt kemm fil-qafas tan-Netwerk u kemm fir-rigward tal-imħallfin u tal-professjonijiet legali. |
(6) |
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jevalwaw ir-riżorsi li għandhom bżonn li jagħmlu disponibbli lill-punti ta’ kuntatt sabiex ikunu jistgħu jwettqu bis-sħiħ id-dmirijiet tagħhom. Id-distribuzzjoni interna tal-kompetenzi fl-Istati Membri dwar il-finanzjament tal-attivitajiet tal-membri nazzjonali tan-Netwerk m’għandhomx ikunu affettwati minn din id-Deċiżjoni. |
(7) |
Għall-istess għan, huwa neċessarju li jkun hemm punt ta’ kuntatt jew punti ta’ kuntatt f’kull Stat Membru li jkunu kapaċi jwettqu l-funzjonijiet assenjati lilhom. Jekk ikun hemm aktar minn punt ta’ kuntatt wieħed, l-Istat Membru għandu jiżgura li jkun hemm koordinament effettiv bejniethom. |
(8) |
Fil-futur, fil-każ li tintagħżel il-liġi ta’ Stat Membru ieħor permezz ta’ strument Komunitarju jew internazzjonali, il-punti tal-kuntatt tan-Netwerk għandhom jieħdu sehem fil-qasam tal-informazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u barra mill-qorti fl-Istati Membri fuq il-kontenut tal-liġi barranija. |
(9) |
It-trattament tat-talbiet ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja mill-punti tal-kuntatt għandu jsir b’ħeffa kompatibbli mal-għanijiet ġenerali mixtieqa mid-Deċiżjoni. |
(10) |
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti ta’ żmien previsti f’din id-Deċiżjoni, għandu jiġi applikat ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien (5). |
(11) |
L-iskop tar-reġistru elettroniku huwa li jipprovdi informazzjoni bil-ħsieb tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tan-Netwerk u tal-applikazzjoni prattika tal-istrumenti Komunitarji. Għalhekk, m’għandux jinkludi l-informazzjoni kollha skambjata bejn il-punti ta’ kuntatt. |
(12) |
L-assoċjazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw il-professjonisti legali, b’mod partikolari l-avukati, is-solicitors, il-barristers, in-nutara u l-marexxalli li huma involuti direttament fl-applikazzjoni tal-istrumenti Komunitarji u internazzjonali rigward il-ġustizzja ċivili jistgħu jsiru membri tan-Netwerk fuq il-bażi tal-organizzazzjonijiet nazzjonali tagħhom sabiex jikkontribwixxu, flimkien mal-punti ta’ kuntatt, għal x’uħud mill-impenji u l-attivitajiet speċifiċi tan-Netwerk. |
(13) |
Sabiex jiġu żviluppati l-missjonijiet tan-Netwerk fil-qasam tal-aċċess għall-ġustizzja, il-punti tal-kuntatt fl-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu biex jipprovdu lill-pubbliku informazzjoni ġenerali, bl-użu tal-faċilitajiet teknoloġiċi l-iżjed adatti u billi jipprovdu, tal-anqas, fuq il-websajt tal-Ministeri tal-Ġustizzja tal-Istati Membri, link għall-websajt tan-Netwerk u għall-awtoritajiet responsabbli għall-applikazzjoni konkreta tal-istrumenti. Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tkun interpretata bħala li qed timponi obbligu fuq l-Istati Membri sabiex jippermettu aċċess dirett lill-pubbliku għall-punti ta’ kuntatt. |
(14) |
Waqt l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jittieħed kont tal-introduzzjoni gradwali tas-sistema tal-e-ġustizzja (e-justice) Ewropea li hija intenzjonata, b’mod partikolari, biex tiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja. |
(15) |
Sabiex tittejjeb il-kunfidenza reċiproka bejn l-imħallfin fl-Unjoni u s-sinerġiji bejn in-netwerks Ewropej li jipparteċipaw, in-Netwerk għandu jkun jista’ jżomm ir-relazzjonijiet man-netwerks l-oħra Ewropej li jaqsmu l-istess għanijiet, partikolarment in-netwerks ta’ istituzzjonijiet ġudizzjarji u tal-imħallfin. |
(16) |
Sabiex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali, in-Netwerk għandu jiżviluppa kuntatti man-netwerks l-oħra ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja madwar id-dinja, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali li jippromwovu l-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali. |
(17) |
Sabiex tippermetti monitoraġġ regolari tal-progress miksub fit-twettiq tal-għanijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE kif emendata b’din id-Deċiżjoni, jeħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-attivitajiet tan-Netwerk lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
(18) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(19) |
Peress li l-għan ta’ din id-Deċiżjoni ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Deċiżjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat fl-imsemmi Artikolu tat-Trattat, din id-Deċiżjoni ma tmurx ‘lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħaq dak l-għan. |
(20) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dawn l-Istati nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
(21) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dan l-Istat Membru m’hux ser jipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhux marbut minnha, jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2001/470/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 5, paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. B’mod partikolari, il-punti ta’ kuntatt għandhom:
|
(4) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 5a Assoċjazzjonijiet professjonali 1. Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-kompiti previsti fl-Artikolu 3, il-punti ta’ kuntatt għandu jkollhom kuntatti adatti mal-assoċjazzjonijiet professjonali msemmija fl-Artikolu 2(1)(e), skont ir-regoli li jridu jiġu determinati minn kull Stat Membru. 2. B’mod partikolari, il-kuntatti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-attivitajiet li ġejjin:
3. L-assoċjazzjonijiet professjonali m’għandhomx jitolbu informazzjoni dwar każi individwali mingħand il-punti ta’ kuntatt.”; |
(5) |
Fl-Artikolu 6, paragrafu 2, għandu jiġi miżjud is-subparagrafu li ġej: “Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jiżgura, skont il-modalitajiet li għandhom ikunu deċiżi minnu, li l-punt jew punti ta’ kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-mezzi biex jiltaqgħu fuq bażi regolari.”; |
(6) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’li ġej: “Sabiex jiffaċilita l-ħidma prattika tan-Network, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jiżgura illi l-punti tal-kuntatt ikollhom għarfien adegwat ta’ lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni minbarra dak tagħhom infushom, minħabba li jridu jkunu kapaċi jikkomunikaw mal-punti tal-kuntatt fi Stati Membri oħra.” |
(7) |
L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit mit-test li ġej: “Artikolu 8 It-trattament tat-talbiet għall-kooperazzjoni ġudizzjarja 1. Il-punti tal-kuntatt jirrispondu għat-talbiet kollha li jiġu ppreżentati lilhom mingħajr dewmien, u l-aktar tard fi żmien ħmistax-il jum wara li jiġu rċevuti. Jekk punt tal-kuntatt ma jkunx jista’ jilqa’ t-talba fi żmien dik l-iskadenza, dan għandu jinforma fil-qosor b’dan lill-persuna li tkun ressqet it-talba, b’indikazzjoni taż-żmien li hu jqis li jkun meħtieġ biex jirrispondiha iżda dan il-perjodu għandu, bħala regola, ma jaqbiżx it-30 jum. 2. Sabiex jirrispondu bl-aktar mod effiċjenti u rapidu possibbli għat-talbiet stipulati fil-paragrafu 1, il-punti tal-kuntatt għandhom jużaw il-mezzi tat-teknoloġija l-aktar adattati, li jitpoġġew għad-dispożizzjoni tagħhom mill-Istati Membri. 3. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru elettroniku sigur u b’aċċess limitat tat-talbiet ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja u r-risposti stipulati fl-Artikolu 5(2) (b), (c), (d) u (e). Il-punti tal-kuntatt għandhom jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa għall-istabbiliment u għall-iffunzjonar ta’ dan ir-reġistru tiġi kkomunikata regolarment lill-Kummissjoni. 4. Il-Kummissjoni tipprovdi lill-punti tal-kuntatt l-informazzjoni dwar l-istatistika tat-talbiet għall-kooperazzjoni ġudizzjarja u r-risposti stipulati fil-paragrafu 3 tal-anqas darba sitt xhur.”; |
(8) |
L-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “Artikolu 9 Laqgħat tal-punti ta’ kuntatt 1. Il-punti ta’ kuntatt tan-Netwerk għandhom jiltaqgħu tal-inqas darba kull xitt xhur, skont l-Artikolu 12. 2. Kull Stat Membru għandu jkun rappreżentat f’dawn il-laqgħat minn punt ta’ kuntatt wieħed jew aktar, li jistgħu jkunu akkumpanjati minn membri oħra tan-Netwerk, imma ma għandux ikun hemm iktar minn sitt rappreżentanti għal kull Stat Membru.”; |
(9) |
L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud: “Artikolu 11a Il-parteċipazzjoni ta’ osservaturi fil-laqgħat tan-Netwerk 1. Bla ħsara għall-paragrafu 2 tal-Artikolu 1, id-Danimarka tista’ tibgħat rappreżentanti għal-laqgħat imsemmija fl-Artikoli 9 u 11. 2. Il-pajjiżi tal-adeżjoni u l-pajjiżi kandidati jistgħu jissejħu biex jipparteċipaw f’dawn il-laqgħat bħala osservaturi. L-Istati terzi li huma partijiet għal ftehimiet internazzjonali dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili u kummerċjali konklużi mill-Komunità jistgħu jiġu mistiedna jassistu wkoll bħala osservaturi f’ċerti laqgħat tan-Netwerk. 3. Kull Stat osservatur jista’ jkun irrappreżentat f’dawn il-laqgħat minn waħda jew iktar persuni, mingħajr ma jeċċedi fl-ebda ċirkostanza l-limitu ta’ tliet rappreżentanti għal kull Stat.”; |
(10) |
L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar tat-Titolu II: “Artikolu 12a I-relazzjonijiet man-netwerks l-oħra u l-organizzazzjonijiet internazzjonali 1. In-Netwerk għandu jżomm relazzjonijiet u jaqsam l-esperjenza u l-aqwa prattika man-netwerks Ewropej l-oħra li jaqsmu l-istess għanijiet, bħan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-qasam penali. In-Netwerk għandu jżomm ukoll relazzjonijiet man-Netwerk Ewropew ta’ Taħriġ tal-Imħallfin bil-ħsieb tal-promozzjoni, fejn opportun, u mingħajr preġudizzju għall-prattiki nazzjonali, ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-materji ċivili u kummerċjali għall-benefiċċju tal-awtoritajiet ġudizzjarji lokali tal-Istati Membri. 2. In-Netwerk għandu jkollu relazzjonijiet man-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net). Partikolarment, sabiex tiġi pprovduta kull informazzjoni ġenerali dwar l-iffunzjonar ta’ strumenti Komunitarji u internazzjonali sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-konsumaturi għall-ġustizzja, il-punti tal-kuntatt tan-Netwerk għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-membri tal-ECC-Net. 3. Sabiex jilħaq ir-responsabbilitajiet tiegħu stipulati fl-Artikolu 3 dwar l-istrumenti internazzjonali relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili u kummerċjali, in-Netwerk għandu jżomm il-kuntatti u l-iskambji ta’ esperjenzi man-netwerks l-oħra ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja stabbiliti bejn l-Istati terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali li jippromwovu l-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali. 4. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Preżidenza tal-Kunsill u l-Istati Membri, hija responsabbli mill-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.”; |
(11) |
L-intestatura tat-Titolu III għandha tiġi sostitwita mit-test li ġej: “TITOLU III INFORMAZZJONI DISPONIBBLI FI ĦDAN IN-NETWERK U INFORMAZZJONI PROVDUTA LILL-PUBBLIKU”; |
(12) |
Fl-Artikolu 13, paragrafu 1, il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:
|
(13) |
L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud: “Artikolu 13 a L-għoti ta’ informazzjoni ġenerali lill-pubbliku In-Netwerk għandu jikkontribwixxi għall-għoti ta’ informazzjoni ġenerali lill-pubbliku, permezz tal-mezzi teknoloġiċi l-aktar xierqa sabiex dan jingħata informazzjoni dwar il-kontenut u t-tħaddim tal-istrumenti Komunitarji jew internazzjonali relattivi għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili u kummerċjali. Għal dak il-għan, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18, il-punti ta’ kuntatt għandhom jippromwovu lill-pubbliku s-sistema tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14.”; |
(14) |
Fl-Artikolu 17(4), punt (b) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:
|
(15) |
Fl-Artikolu 18, punt 4, il-kelma “progressivament” għandha titħassar; |
(16) |
L-Artikolu 19 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “L-Artikolu 19 Rappurtar Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014 u wara kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport relattiv għall-attivitajiet tan-Netwerk. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti bil-ħsieb li jadattaw din id-Deċiżjoni u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-attivitajiet tan-Netwerk immirata biex isir progress fid-disinn, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-e-ġustizzja Ewropea, partikolarment mil-lat tal-iffaċilitar tal-aċċess għall-ġustizzja.”; |
(17) |
L-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit mit-test li ġej: “Artikolu 20 Notifika Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2010, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 2(5),.”. |
L-Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011 ħlief għall-punti (1)(e) u (17) tal-Artikolu 1 li għandhom jibdew japplikaw mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni lill-Istati Membri li huma destinatarji tagħha.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
Š. FÜLE
(1) L-Opinjoni mogħtija fit-3 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ġunju 2009.
(3) ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.