Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0459

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 459/2009 tad- 29 ta’ Mejju 2009 li jememda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 rigward id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

ĠU L 139, 5.6.2009, pp. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/08/2010; Imħassar b' 32010R0642

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/459/oj

5.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 459/2009

tad-29 ta’ Mejju 2009

li jememda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 rigward id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IVa għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 (2) jinkorpora l-mudelli ta’ ċertifikati ta’ konformità awtorizzati mill-gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika f’dak li jirrigwarda l-esportazzjoni ta’ qamħ komuni ta’ kwalità għolja u ta’ qamħ durum ta’ kwalità għolja lejn il-Komunità Ewropea. L-awtoritajiet Amerikani għarrfu lis-servizzi tal-Kummissjoni b’emenda fil-mudelli nazzjonali tagħhom. Jeħtieġ għaldaqstant li l-mudelli msemmija jkunu emendati.

(2)

B’konsegwenza jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1249/96 jiġi emendat.

(3)

Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IVa għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS

“ANNESS IVa

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA GĦALL-QAMĦ KOMUNI

Image 1

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA GĦALL-QAMĦ DURUM

Image 2


Top