EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0192

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2009 tal- 11 ta' Marzu 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika fir-rigward tal-iskambju ta' dejta kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 67, 12.3.2009, p. 14–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R1197

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/192/oj

12.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 192/2009

tal-11 ta' Marzu 2009

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika fir-rigward tal-iskambju ta' dejta kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 jistabbilixxi qafas komuni ġdid għar-reġistri kummerċjali esklussivament għall-finijiet tal-istatistika sabiex jinżamm qafas armonizzat għall-iżvilupp ta' reġistri kummerċjali.

(2)

Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 177/2008, hemm bżonn li jkunu stabbiliti l-format, il-miżuri ta' sigurtà u kunfidenzjalità, u l-proċedura għat-trażmissjoni tad-dejta dwar unitajiet individwali lill-Kummissjoni (Eurostat) u għat-trażmissjoni tad-dejta dwar gruppi ta' intrapriżi multi-nazzjonali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-format

Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jittrażmettu d-dejta msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 177/2008 fil-format speċifikat fl-Anness, Parti A, ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni tal-metadata fil-format elettroniku ma' kull trażmissjoni tad-dejta skont l-istandards tas-Sistema ta' Statistika Ewropea u fil-format definit fil-verżjoni l-aktar riċenti tal-Manwal tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Eurostat dwar ir-Reġistri Kummerċjali disponibbli mill-Kummissjoni (Euostat).

Artikolu 2

Il-miżuri ta' kunfidenzjalità

1.   Id-dejta trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat) mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jew li l-Kummissjoni (Eurostat) tirċievi minn sorsi oħra, għanda tinżamm f'reġistru Komunitarju ta' gruppi ta' intrapriżi multi-nazzjonali u l-unitajiet li jagħmlu parti minnhom (minn hawn 'l quddiem imsemmija “ir-reġistru EuroGruppi”).

2.   Meta jittrażmettu dejta lill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 177/2008, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jimmarkaw id-dejta kunfidenzjali skont il-leġislazzjoni nazzjonali.

3.   Biex ikun żgurat rekord konsistenti tad-dejta, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, għall-finijiet uniċi ta' statistika, tittrażmetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri, apparti lill-Istat Membru li qed jirrapporta, il-karatteristiċi speċifikati fil-Parti B tal-Anness, inklużi marki ta' kunfidenzjalità, dwar gruppi ta' intrapriżi multi-nazzjonali u l-unitajiet li jagħmlu parti minnhom, meta tal-anqas unità waħda mill-grupp tinsab fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 3

Il-miżuri ta' sigurtà

Il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaħżnu d-dejta li ġiet immarkata kunfidenzjali mill-awtoritajiet nazzjonali skont l-Artikolu 2(2) jew f'żona sikura b'aċċess ristrett u kkontrollat. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom, fuq rikjesta, jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-miżuri ta' sigurtà applikati fl-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha b'mod simili tipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri ta' sigurtà tagħha lill-awtoritajiet nazzjonali.

It-trażmissjoni tad-dejta għandha ssir fil-format kodifikat u bl-użu tal-mezz ta' sigurtà użat mill-Kummissjoni (Eurostat) għall-iskambju ta' dejta kunfidenzjali.

Artikolu 4

Il-proċedura ta' trażmissjoni

1.   Id-dejta u l-metadata trażmessi skont ir-Regolament għandhom ikunu skambjati fil-format elettroniku bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Kummissjoni (Eurostat). It-trażmissjoni għandha tkun konformi mal-istandards xierqa ta' skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-dejta għandha tkun trażmessa b'mezzi elettroniċi u ttrasferita lill-Kummissjoni (Eurostat) bl-użu tal-punt uniku ta' trażmissjoni għad-dejta.

2.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-istandards ta' skambju u linji-gwida fornuti mill-Kummissjoni (Eurostat) skont ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6.

(2)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


ANNESS

A.   L-ISTRUTTURA U L-FORMAT GĦAT-TRAŻMISSJONI

1.   Introduzzjoni

L-istandardizzazzjoni tal-istrutturi tar-rekords tad-dejta hija fundamentali għall-ipproċessar effiċjenti tad-dejta. Hija stadju meħtieġ biex tiġi pprovduta dejta li tkun konformi mal-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat).

Id-dejta tintbagħat bħala sett ta' rekords (sett ta' dejta).

Dejta kunfidenzjali trid tintbagħat bil-valur veru mniżżel fis-sezzjoni tal-valur u sinjal li jindika li n-natura tad-dejta hi kunfidenzjali skont l-Artikolu 2(2).

Dejta monetarja trid tiġi espressa f'eluf ta' unitajiet tal-munita nazzjonali (Euro għall-pajjiżi fiż-żona tal-Euro). Il-pajjiżi li deħlin fiż-żona tal-Euro għandhom jirrappurtaw id-dejta monetarja f'Euro minflok fil-munita nazzjonali hekk kif mis-sena tal-adeżjoni.

2.   L-identifikatur tas-sett tad-dejta

Is-settijiet ta' dejta kollha li l-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jittrażmettu għandhom ikunu identifikati bl-applikazzjoni tal-konvenzjoni tal-għoti ta' ismijiet speċifikata fid-dokumentazzjoni dettaljata u l-linji-gwida dwar l-istandards ta' skambju li l-Kummissjoni (Eurostat) tagħmel disponibbli.

3.   Is-settijiet, l-istruttura u d-definizzjoni tas-sezzjonijiet tad-dejta

Din is-sezzjoni tagħti ħarsa lejn il-kontenut tas-settijiet tad-dejta li l-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrażmettu. L-ismijiet tekniċi, l-istruttura, is-sezzjonijiet, il-kodiċi u l-karatteristiċi tad-dejta li għandhom ikunu użati għandhom ikunu inklużi fl-aktar verżjoni riċenti tal-Manwal tar-Rakommandazzjonijiet tal-Eurostat dwar ir-Reġistri Kummerċjali msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 177/2008.

L-ipproċessar tad-dejta tar-reġistru tal-EuroGruppi huwa proċess ċikliku, li l-Kummissjoni (Eurostat) tibda b'mod ċentralizzat. Fl-aħħar ta' kull ċiklu, qafas tal-popolazzjoni għandu jkun disponibbli għal dawk li jiġbru l-istatistiċi fl-Istati Membri.

Fil-bidu ta' kull ċiklu l-Kummissjoni (Eurostat) tittrażmetti s-settijiet ta' dejta bil-metadata pereżempju l-klassifikazzjoni tan-NACE, lill-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali kompetenti (minn hawn 'l quddiem imsemmija bħala “NSAs”) biex tiżgura li l-istess metadata hija disponibbli u użata f'kull pajjiż.

3.1.   L-ewwel skambju ta' dejta

L-ewwel skambju ta' dejta se jsir wara l-bidu tal-ipproċessar ta' dejta ġdida dwar unitajiet legali mirċieva minn fornituri privati ta' dejta bażika tar-reġistru. Jekk ikun hemm aktar minn fornitur wieħed, id-dejta li tirreferi għall-istess unitajiet legali tkun aggregata. Il-Kummissjoni (Eurostat) tittrażmetti lill-NSAs is-settijiet ta' dejta li ġejjin bl-informazzjoni dwar riżultati tal-proċess ta' aggregazzjoni u informazzjoni dwar l-unitajiet legali. L-NSAs jittrażmettu lura l-istess settijiet ta' dejta b'informazzjoni korretta u kompluta inkluż marki li jindikaw il-kunfidenzjalità.

Sett ta' dejta bir-riżultat tal-proċess ta' aggregazzjoni

Kontenut

Numru tal-identità (1.1)

Isem (1.2a)

Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) jew, fin-nuqqas ta' dan, numru ieħor ta’ identità amministrattiva (1.3)


Settijiet ta' dejta b'informazzjoni dwar l-unitajiet legali

Kontenut

Numru tal-identità (1.1)

Isem (1.2a)

Indirizz (inkluż il-kodiċi postali) fl-iżjed livell dettaljat (1.2b)

Fakoltattiv: Numri tat-telefon u tal-faks, indirizz elettroniku, u informazzjoni li tippermetti l-ġbir elettroniku ta' dejta (1.2c)

Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) jew, fin-nuqqas ta' dan, numru ieħor ta’ identità amministrattiva (1.3)

Id-data ta' inkorporazzjoni għal persuni ġuridiċi jew id-data tar-rikonoxximent uffiċjali bħala operatur ekonomiku għal persuni fiżici (1.4)

Id-data li fiha l-unità legali ma baqgħetx tagħmel parti minn intrapriża (kif identifikat fi 3.3) (1.5)

Forma legali (1.6)

Referenza għar-reġistru ta' operaturi ġewwa l-Komunità, u għall-fajls tad-dwana jew għar-reġistru ta' operaturi barra l-Komunità (1.7a)

Fakoltattiv: Referenza għad-dejta tal-karta tal-bilanċi, u għall-bilanċi tal-pagamenti jew reġistru tal-investiment barrani dirett, u għar-reġistru tal-irziezet (1.7b)

Numru tal-identità tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin (truncated) (4.1), li lilu tappartjeni l-unità (1.8)

3.2.   L-integrazzjoni tas-sorsi tad-dejta minn Stati Membri differenti

Il-pass li jmiss tal-ipproċessar tad-dejta huwa l-integrazzjoni tal-informazzjoni li ġejja minn Stati Membri differenti b'mod ċentrali fil-Kummissjoni (Eurostat). Din l-informazzjoni tirreferi għall-kontrol u s-siedja tal-unitajiet legali u għall-intrapriża tal-unità tal-istatistika, li hija definita mill-Istati Membri u tista' tikkonsisti minn unità legali waħda jew aktar. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tittrażmetti r-riżultati ta' din l-integrazzjoni lill-NSAs, li jittrażmettu s-settijiet tad-dejta lura bl-informazzjoni korretta u kompluta inkluż l-immarkarbn ta' dejta kunfidenzjali.

Settijiet ta' dejta bl-informazzjoni dwar il-kontroll u s-siedja tal-unitajiet

Kontenut

Numri tal-identità tal-unitajiet legali residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali (1.11a)

Numru tal-identità tal-unità legali residenti, li tikkontrolla l-unità legali (1.11b)

Pajjiżi tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet legali mhux residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali (1.12a)

Numri tal-identità jew ismijiet u indirizzi tal-unitajiet legali mhux residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali (1.12a)

Kondizzjonali: Numri tal-VAT tal-unitajiet legali mhux residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali (1.12b)

Pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-unità legali mhux residenti, li tikkontrolla l-unità legali (1.13a)

Numru tal-identità jew isem u indirizz tal-unità legali mhux residenti, li tikkontrolla l-unità legali (1.13a)

Kondizzjonali: Numru tal-VAT tal-unità legali mhux residenti, li tikkontrolla l-unità legali (1.13b)

Kondizzjonali: Numru tal-identità, u ishma (%) tal-unitajiet legali residenti li huma propjetà tal-unità legali (1.14a)

Kondizzjonali: Numru tal-identità, u ishma (%) tal-unitajiet legali residenti, li jippossjedu l-unità legali (1.14b)

Kondizzjonali: Pajjiżi tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet legali mhux residenti, li huma propjetà tal-unità legali (1.15)

Numri tal-identità jew ismijiet u indirizzi u ishma (%) tal-unitajiet legali mhux residenti li huma propjetà tal-unità legali (1.15)

Numri tal-VAT tal-unitajiet legali mhux residenti li huma propjetà tal-unità legali (1.15)

Kondizzjonali: Pajjiżi tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet legali mhux residenti, li jippossjedu l-unità legali (1.16)

Numri tal-identità jew ismijiet u indirizzi u ishma (%) tal-unitajiet legali mhux residenti li jippossjedu l-unità legali (1.16)

Numri tal-VAT tal-unitajiet legali mhux residenti li jippossjedu l-unità legali (1.16)


Settijiet ta' dejta b'informazzjoni dwar l-intrapriżi

Kontenut

Numru tal-identità (3.1)

Isem (3.2a)

Fakoltattiv: Indirizzi postali, elettroniċi u ta' siti elettroniċi (3.2b)

Numru(i) tal-identità tal-unita(jiet) legali li minnha/hom hija magħmula l-intrapriża (3.3)

Data tal-bidu tal-attivitajiet (3.4)

Data tat-terminazzjoni finali tal-attivitajiet (3.5)

Kodiċi tal-attività ewlenija fil-livell tal-NACE b' 4 numri (3.6)

Kondizzjonali: Attivitajiet sekondarji, jekk ikun hemm, fil-livell tal-NACE b'4 numri (3.7)

Numru ta’ persuni impjegati (3.8)

Numru ta’ impjegati (3.9a)

Fakoltattiv: Numru ta’ impjegati f’ekwivalenti ta’ persuni full-time (3.9b)

Bejgħ (3.10a u Kondizzjonali. 3.10b)

Settur u sottosettur istituzzjonali skont is-Sistema Ewropea tal-Kontabilità (3.11)

Numru tal-identità tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin (4.1), li lilu tappartjeni l-intrapriża (3.12)

3.3.   Il-ġabra ta' gruppi ta' intrapriżi globali u maqtugħin

L-istadju li jmiss huwa l-ġabra tal-gruppi ta' intrapriżi maqtugħin u l-gruppi ta' intrapriżi globali. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tittrażmetti r-riżultati ta' din il-ġabra lill-NSAs, li jittrażmettu s-settijiet tad-dejta lura bl-informazzjoni korretta u kompluta inkluż l-immarkar ta' dejta kunfidenzjali.

Fl-aħħar taċ-ċiklu l-Kummissjoni (Eurostat) għandha tittrażmetti r-riżultati tal-kumpilazzjoni finali tal-gruppi tal-intrapriżi globali u maqtugħa lill-NSAs. Fil-każ tal-NSAs kollha apparti tal-pajjiż li qed jirrapporta, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tittrażmetti d-dejta għall-karatteristiċi elenkati fil-Parti B ta' dan l-Anness biss.

Settijiet ta' dejta b'informazzjoni dwar gruppi ta' intrapriżi globali

Kontenut

Numru tal-identità tal-grupp globali (4.11)

Isem il-grupp globali (4.12a)

Fakoltattiv: Pajjiż tar-reġistrazzjoni, indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku tal-uffiċċju ewlieni globali (4.12b)

Numru tal-identità tal-kap tal-grupp globali, jekk il-kap tal-grupp huwa residenti (4.13a)

Numru tal-identità tal-kap tal-grupp globali, jekk il-kap tal-grupp ma huwiex residenti (4.13a)

Fakoltattiv: Numru tal-identità, jew isem u indirizz, tal-kap tal-grupp globali, jekk ma huwiex residenti (4.13b)

Fakoltattiv: In-numru ta’ persuni impjegati globalment (4.14)

Fakoltattiv: Il-fatturat globali gross konsolidat (4.15)

Fakoltattiv: Pajjiż għad-deċiżjonjiet globali ċentralizzati (4.16)

Fakoltattiv: Pajjiżi fejn huma lokalizzati l-intrapriżi jew l-unitajiet lokali (4.17)


Settijiet ta' dejta b'informazzjoni dwar gruppi ta' intrapriżi maqtugħa (truncated)

Kontenut

Numru tal-identità tal-grupp maqtugħ (4.1)

Isem il-grupp maqtugħ (4.2a)

Fakoltattiv: Indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku tal-uffiċċju ewlieni maqtugħ (4.2b)

Kondizzjonali: Numru tal-identità tal-kap tal-grupp maqtugħ (4.3)

Tip ta' grupp ta' intrapriżi (4.4)

Data tal-bidu tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin (4.5)

Data tat-tmiem tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin (4.6)

Kodiċi tal-attività ewlenija tal-grupp maqtugħ f’livell tal-NACE b’2 numri (4.7)

Fakoltattiv: Kodiċi tal-attività sekondarja tal-grupp maqtugħ f’livell tal-NACE b’2 numri (4.8)

Numru ta’ persuni impjegati fil-grupp maqtugħ (4.9)

Fakoltattiv: Il-bejgħ gross konsolidat (4.10)

Data ta’ assoċjazzjoni mal-grupp maqtugħ (tal-unitajiet legali) (1.9)

Data ta’ separazzjoni mill-grupp maqtugħ (tal-unitajiet legali) (1.10)

B.   IL-KARATTERISTIĊI LI JRIDU JKUNU TRAŻMESSI SKONT L-ARTIKOLU 2(3)

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, għall-fini uniċi ta' statistika, tittrażmetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri, apparti lill-Istat Membru li qed jirrapporta, il-karatteristiċi li ġejjin, inklużi marki ta' kunfidenzjalità, dwar gruppi ta' intrapriżi multi-nazzjonali u l-unitajiet li jagħmlu parti minnhom, meta tal-anqas unità waħda mill-grupp tinsab fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

1.   

UNITÀ LEGALI

KARATTERISTIĊI TA' IDENTIFIKAZZJONI

1.1.

 

Numru tal-identità

1.2a.

 

Isem

1.2b.

 

Indirizz (inkluż l-kodiċi postali) fl-iżjed livell dettaljat

1.2c.

Fakoltattiv

Numri tat-telefon u l-fax, indirizz elettroniku, u informazzjoni li tippermetti l-ġbir elettroniku ta' dejta

1.3.

 

Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) jew, fin-nuqqas ta' dan, numru ieħor ta' identità amministrattiva

KARATTERISTIĊI DEMOGRAFIĊI

1.4.

 

Id-data ta' inkorporazzjoni għal persuni ġuridiċi jew id-data tar-rikonoxximent uffiċjali bħala operatur ekonomiku għal persuni fiżiċi

1.5.

 

Id-data li fiha l-unità legali ma baqgħetx tagħmel parti minn intrapriża (kif identifikat fi 3.3)

KARATTERISTIĊI EKONOMIĊI/TA' STRATIFIKAZZJONI

1.6.

 

Forma legali

RABTIET MA' REĠISTRI OĦRAJN

1.7a.

 

Referenza għar-reġistru ta' operaturi ġewwa l-Komunità mwaqqaf skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (KE) Nru 638/2004 (*), u Referenza għall-fajls tad-dwana jew għar-reġistru tal-operaturi barra l-Komunità

RABTA MAL-GRUPP TA' INTRAPRIŻI

1.8.

 

Numru ta' identità tal-grupp ta' intrapriżi maqtugħin (4.1), li lilu tappartjeni l-unità

1.9.

 

Data tal-assoċjazzjoni mal-grupp maqtugħ

1.10.

 

Data tas-separazzjoni minn mal-grupp maqtugħ

IL-KONTROLL TAL-UNITAJIET

1.11a.

 

Numru/i tal-identità tal-unità(jiet) legali residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali

1.11b.

 

Numru tal-identità tal-unità legali residenti, li tikkontrolla l-unità legali

1.12a.

 

Pajjiż(i) tar-reġistrazzjoni, u numru/i tal-identità jew, isem(ismijiet), u indirizz(i) tal-unità(jiet) legali mhux residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali

1.12b.

Kundizzjonali

Numru/i tal-VAT, tal-unità(jiet) legali mhux residenti, li huma kkontrollati mill-unità legali

1.13a.

 

Pajjiż tar-reġistrazzjoni, u numru tal-identità jew, isem u indirizz tal-unità legali mhux residenti, li tikkontrolla l-unità legali

1.13b.

Kundizzjonali

Numru tal-VAT tal-unità legali mhux residenti, li tikkontrolla l-unità legali

SIEDJA TAL-UNITAJIET

1.14a.

Kundizzjonali

(a)

Numru/i tal-identità, u

(b)

ishma (%) tal-unita(jiet) legali residenti li huma propjetà tal-unità legali

1.14b.

Kundizzjonali

(a)

Numru/i tal-identità, u

(b)

ishma (%) tal-unita(jiet) legali residenti li tippossiedi/jippossjedu l-unità legali

1.15.

Kundizzjonali

(a)

Pajjiż(i) tar-reġistrazzjoni, u

(b)

numru/i tal-identità jew, isem (ismijiet), indirizz(i) u numru/i tal-VAT, u

(c)

ishma (%) tal-unita(jiet) legali mhux residenti li huma propjetà tal-unità legali

1.16.

Kundizzjonali

(a)

Pajjiż(i) tar-reġistrazzjoni, u

(b)

numru/i tal-identità jew, isem (ismijiet), indirizz(i) u numru/i tal-VAT, u

(c)

ishma (%) tal-unita(jiet) legali mhux residenti li tippossiedi/jippossiedu l-unità legali

3.   

INTRAPRIŻA

KARATTERISTIĊI TA' IDENTIFIKAZZJONI

3.1.

 

Numru tal-identità

3.2a.

 

Isem

3.2b.

Fakoltattiv

Indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku

3.3.

 

Numru(i) tal-identità tal-unita(jiet) legali li minnha/hom hija magħmula l-intrapriża

KARATTERISTIĊI DEMOGRAFIĊI

3.4.

 

Id-data tal-bidu tal-attivitajiet

3.5.

 

Id-data tat-terminazzjoni finali tal-attivitajiet

KARATTERISTIĊI EKONOMIĊI/ TA' STRATIFIKAZZJONI

3.6.

 

Kodiċi tal-attività ewlenija f'livell tal-NACE b'4 numri

3.8.

 

In-numru ta' persuni impjegati

3.11.

 

Settur u sottosettur istituzzjonali skont is-Sistema Ewropea tal-Kontabilità

RABTA MAL-GRUPP TA' INTRAPRIŻI

3.12.

 

Numru tal-identità tal-grupp ta' intrapriżi maqtugħin (4.1), li lilu tappartjeni l-unità

4.   

GRUPP TA' INTRAPRIŻI

KARATTERISTIĊI TA' IDENTIFIKAZZJONI

4.1.

 

Numru tal-identità tal-grupp maqtugħ

4.2a.

 

Isem il-grupp maqtugħ

4.2b.

Fakoltattiv

Indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku tal-uffiċċju ewlieni maqtugħ

4.3.

Parzjalment kundizzjonali

Numru tal-identità tal-grupp ewlieni maqtugħ (ugwali għan-numru tal-identità tal-unità legali, li hija l-kap tal-grupp residenti).

Kundizzjonali jekk l-unità li tikkontrolla hija persuna fiżika, li mhijiex operatur ekonomiku, ir-reġistrazzjoni hija suġġetta għad-disponibilità ta' dan it-tagħrif fl-għejjun amministrattivi

4.4.

 

Tip ta' grupp ta' intrapriżi:

2.

grupp maqtugħ ikkontrollat domestikament;

3.

grupp maqtugħ ikkontrollat minn barra

KARATTERISTIĊI DEMOGRAFIĊI

4.5.

 

Data tal-bidu tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin

4.6.

 

Data tat-tmiem tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin

KARATTERISTIĊI EKONOMIĊI/TA' STRATIFIKAZZJONI

4.7.

 

Kodiċi tal-attività ewlenija tal-grupp maqtugħ f’livell tal-NACE b’2 numri

4.9.

 

Numru ta' persuni impjegati fil-grupp maqtugħ

KARATTERISTIĊI TA' IDENTIFIKAZZJONI

4.11.

 

Numru tal-identità tal-grupp globali

4.12a.

 

Isem il-grupp globali

4.12b.

Fakoltattiv

Pajjiż tar-reġistrazzjoni, indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku tal-uffiċċju ewlieni globali

4.13a.

 

Numru tal-identità tal-grupp ewlieni globali jekk il-grupp ewlieni huwa residenti (ugwali għan-numru tal-identità tal-unità legali, li hija l-kap tal-grupp)

Jekk il-grupp ewlieni globali mhuwiex residenti, il-pajjiż tiegħu tar-reġistrazzjoni

4.13b.

Fakoltattiv

In-numru tal-identità tal-grupp ewlieni globali jew l-isem u l-indirizz, jekk mhux residenti

KARATTERISTIĊI EKONOMIĊI/TA' STRATIFIKAZZJONI

4.14.

Fakoltattiv

In-numru ta' persuni impjegati globalment

4.16.

Fakoltattiv

Pajjiż għad-deċiżjonjiet globali ċentralizzati

4.17.

Fakoltattiv

Pajjiżi fejn huma lokalizzati l-intrapriżi jew l-unitajiet lokali


(*)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 1.


Top