Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 32008R0380

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 380/2008 tat- 18 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi

ĠU L 115, 29.4.2008., 1./7. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Dokumenta juridiskais statuss Spēkā

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/380/oj

29.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 115/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 380/2008

tat-18 ta' April 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1030/2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 63 (3)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

It-Trattat ta’ Amsterdam jimmira li jistabbilixxi b’mod progressiv spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u jagħti d-dritt ta’ inizjattiva lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-miżuri rilevanti dwar politika ta’ immigrazzjoni armonizzata.

(2)

Huwa essenzjali li l-format uniformi għal permessi ta’ residenza għandu jkollu l-informazzjoni kollha meħtieġa u jilħaq standards tekniċi għoljin ħafna, b’mod partikolari fir-rigward tas-salvagwardji kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni. Dan ser jikkontribwixxi għall-objettiv tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u r-residenza illegali. Huwa għandu jkun ukoll adatt għall-użu mill-Istati Membri kollha.

(3)

L-integrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi hija pass importanti lejn l-użu ta’ elementi ġodda, li jistabbilixxu rabta aktar affidabbli bejn id-detentur u l-permess ta’ residenza bħala kontribut importanti biex jiġi żgurat li dan ikun protett kontra użu frodulenti. Għandu jittieħed kont ta’ l-ispeċifikazzjonijiet imniżżla fid-dokument ICAO Nru 9303 il-Parti 3 dwar dokumenti uffiċjali li jinqraw bil-magna tad-Daqs 1 u 2.

(4)

Barra minn hekk, il-maġġoranza kbira ta’ Stati Membri japplikaw il-prinċipju ta’ persuna waħda dokument wieħed li jsaħħaħ iktar is-sigurtà. Għandu jiġi eżaminat jekk dan il-prinċipju għandux isir obbligatorju.

(5)

Fil-laqgħa tiegħu f’Tessaloniki fid-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003 l-Kunsill Ewropew enfasizza li kien jinħtieġ approċċ koerenti fl-UE dwar l-identifikaturi bijometriċi jew id-data bijometrika, li għandu jirriżulta f’soluzzjonijiet armonizzati għal dokumenti għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-passaporti taċ-ċittadini ta’ l-UE u s-sistemi ta’ informazzjoni.

(6)

L-użu ta’ teknoloġiji ġodda bħall-gvern elettroniku u l-firma diġitali għall-aċċess għal servizzi elettroniċi għandu jkun iffaċilitat billi tingħata l-possibbiltà lill-Istati Membri jużaw għal dak il-għan l-istess mezz ta’ ħażna użat għall-inkorporazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi jew wieħed addizzjonali għal dak il-għan fil-permessi ta’ residenza.

(7)

L-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa biss dak li jistabbilixxi l-karatteristiċi ta’ sigurtà u l-identifikaturi bijometriċi li għandhom jigu użati mill-Istati Membri f’format uniformi ta’ permess ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjizi terzi.

(8)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi biss tali speċifikazzjonijiet li mhumiex sigrieti; dawn l-ispeċifikazzjonijiet jeħtieġ li jkunu supplimentati minn aktar speċifikazzjonijiet li jistgħu jibqgħu sigrieti sabiex jiġu evitati l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjonijiet u li ma jistgħux jinkludu data personali jew referenzi għal tali data. Is-setgħat li jkunu adottati tali speċifikazzjonijiet supplimentari għandhom jingħataw lill-Kummissjoni, li għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża (2).

(9)

Fir-rigward tad-data personali li għandha tiġi pproċessata fil-kuntest tal-format uniformi għall-permessi ta’ residenza, tapplika d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (3), għandu jiġi żgurat li ebda informazzjoni oħra m’għandha tinħażen fuq il-format uniformi għall-permessi ta’ residenza sakemm ma jkunx previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 (4), fl-anness tiegħu jew sakemm ma jkunx imsemmi fid-dokument ta’ l-ivvjaġġar rilevanti.

(10)

Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq għall-kisba ta’ l-objettiv bażiku li jiġu introdotti identifikaturi bijometriċi f’formati interoperabbli sabiex jistabbilixxu regoli għall-Istati Membri kollha li jimplimentaw il-Konvenzjoni ta’ Schengen. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu l-objettivi segwiti skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat.

(11)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u għalhekk m’hijiex marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jimmira li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien perijodu ta’ sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta dan ir-Regolament, jekk tkunx ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(12)

Fir-rigward ta’ l-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis  (5) ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt Ċ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (6).

(13)

Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit, permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Diċembru 2003, innotifika x-xewqa tiegħu biex jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(14)

Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda nnotifikat permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Diċembru 2003 ix-xewqa tagħha biex tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen skond it-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt Ċ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien ma’ l-Artikolu 4 (1) tad-Deċiżjoni 2004/860/KE (7),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(1):

(a)

it-tieni sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“Il-permessi ta’ residenza lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom jinħarġu biss bħala dokument separat fil-format ID 1 jew ID 2”.;

(b)

L-Artikolu 1(2)(a):

(i)

(ii) jaqra kif ġej:

“(ii)

Permessi maħruġa sakemm jiġu eżaminati talba għal asil, applikazzjoni għal permess ta’ residenza jew applikazzjoni għall-estensjoni tiegħu”.;

(ii)

Huwa miżjud l-Artikolu 1(2) (a)(ii bis) li ġej:

“(ii bis)

Permessi li jinħarġu f’ċirkostanzi eċċezzjonali bil-ħsieb ta’ estensjoni taż-żjara awtorizzata b’durata massima ta’ xahar”.;

(2)

L-Artikolu 2 (1), jiżdiedu l-punti d), e), u f) li ġejjin:

“(d)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-mezz ta’ ħażna tal-karatteristiċi bijometriċi u għas-sigurtà tagħhom, inkluża l-prevenzjoni ta’ aċċess mhux awtorizzat;

(e)

il-ħtiġiet għall-kwalità ta’ u l-istandards komuni għax-xbieha tal-wiċċ u x-xbihat tal-marki tas-swaba’;

(f)

lista sħiħa ta’ karatteristiċi ta’ sigurtà nazzjonali addizzjonali li jistgħi jiżdiedu mill-Istati Membri skond il-punt (h) ta’ l-Anness.”;

(3)

Fl-Artikolu 3, l-ewwel paragrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7 (2), jista’ jiġi deċiż li l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu sigrieti u m’għandhomx jiġu ppubblikati. F’dak il-każ huma għandhom ikunu disponibbli biss għall-korpi nominati mill-Istati Membri bħala responsabbli għall-istampar u lill-persuni debitament awtorizzati minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni.”;

(4)

Fl-Artikolu 4, it-tieni paragrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-ebda informazzjoni fil-forma li tinqara bil-magna m’għandha tiġi inkluża fuq il-permess ta’ residenza jew fuq il-mezz ta’ ħażna tal-permess ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 4a, sakemm ma jkunx previst f’dan ir-Regolament, jew fl-Anness tiegħu jew sakemm ma jkunx imsemmi fid-dokument ta’ l-ivvjaġġar relatat mill-Istat emittenti skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jaħżnu wkoll data għal servizzi elettroniċi bħall-gvern elettroniku u n-negozju elettroniku kif ukoll provvedimenti addizzjonali relatati mal-permess ta’ residenza fuq ċippa msemmija fil-punt 16 ta’ l-Anness. Madankollu, id-data nazzjonali kollha għandha tkun loġikament separata mid-data bijometrika msemmija fl-Artikolu 4a.

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-karatteristiċi bijometriċi fil-permessi ta’ residenza għandhom jintużaw biss għall-verifika ta’:

(a)

l-awtentiċità tad-dokument;

(b)

l-identità tad-detentur permezz ta’ karatteristiċi komparabbli li huma direttament disponibbli meta l-permess ta’ residenza huwa meħtieġ li jiġi prodott bil-leġiżlazzjoni nazzjonali.”;

(5)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 4a

Il-format uniformi għal permessi ta’ residenza għandu jinkludi mezz ta’ ħażna li jkun fih ix-xbieha tal-wiċċ u żewġ xbihat tal-marki tas-swaba’ tad-detentur, it-tnejn f’formati interoperabbli. Id-data għandha tkun żgurata u l-mezz ta’ ħażna għandu jkun ta’ daqs u kapaċità suffiċjenti biex jiggarantixxi l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tad-data.

Artikolu 4b

Għall-fini ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu identifikaturi bijometriċi li jinkludu x-xbieha tal-wiċċ u żewġ marki tas-swaba’ minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Il-proċedura għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-prassi nazzjonali ta’ l-Istat Membru kkonċernat u s-salvagwardji mniżżlin fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Għandhom jittieħdu l-identifikaturi bijometriċi li ġejjin:

ritratt provdut mill-applikant jew meħud fiż-żmien ta’ l-applikazzjoni u

żewġ marki tas-swaba’ meħudin ċatti u meħuda b’mod diġitali.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat teħid ta’ identifikaturi bijometriċi għandhom jitniżżlu skond il-proċedura deskritta fl-Artikolu 7(2) u skond l-istandards ta’ l-ICAO u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-passaporti maħruġa mill-Istati Membri liċ-ċittadini tagħhom skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar standards għal fatturi ta’ Sigurta u bijometriċi fil-passaporti u d-dokumenti ta’ l-ivjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (*).

It-teħid ta’ marki tas-swaba’ huwa obbligatorju mill-età ta’ sitt snin.

Il-persuni li għalihom it-teħid tal-marki tas-swaba’ huwa fiżikament impossibbli għandhom jiġu eżentati mill-ħtieġa li jagħtu l-marki tas-swaba’.

(*)  ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1.”;"

(6)

Jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Fejn l-Istati Membri jużaw il-format uniformi għal finijiet li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat li ma tkunx possibbli konfużjoni mal-permess ta’ residenza imsemmi fl-Artikolu 1 u li l-fini jkun immarkat b’mod ċar fuq il-karta.”;

(7)

Fl-Artikolu 9, it-tielet paragrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Il-ħażna tax-xbieha tal-wiċċ bħala identifikatur bijometriku prinċipali għandha tiġi implimentata sa mhux aktar tard minn sentejn, u l-ħażna taż-żewġ xbihat tal-marki tas-swaba’ sa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-adozzjoni tal-miżuri tekniċi rispettivi previsti fl-Artikolu 2 (1) d) u e).

Madankollu, il-validità tal-permessi ta’ residenza li diġà nħarġu m’għandhiex tkun affettwata mill-implimentazzjoni tar-regolament attwali, dment li l-Istat Membru kkonċernat ma jiddeċidix mod ieħor.

Għal perijodu transitorju ta’ sentejn wara l-adozzjoni ta’ l-ewwel speċifikazzjonjiet tekniċi għax-xbieha tal-wiċċ imsemmija fit-tielet paragrafu ta’ dan l-Artikolu l-permess ta’ residenza jista’ jkompli jinħareġ fil-forma ta’ stiker.”;

(8)

L-Anness huwa emendat skond l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 18 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. MATE


(1)  Opinjoni ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78).


ANNESS I

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-Punt (a) għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Il-permess ta’ residenza inklużi partikularijiet bijometriċi ser jiġi prodott biss bħala dokument separat fil-format ID 1 jew ID 2. Hu ser jieħu mill-ispeċifikazzjonijiet imniżżla fid-dokumenti ICAO dwar viżi li jinqraw bil-magna (dokument 9303, parti 2) jew fuq id-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar li jinqraw bil-magna (karti) (dokument 9303, parti 3). Il-permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker jista’ jinħareġ biss sa sentejn wara l-adozzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 9. Dan ser ikollu l-annotazzjonijiet li ġejjin”

2.

Fl-entrata Numru 2, l-aħħar parti tas-sentenza “u preċedut minn ittra ta’ identifikazzjoni” hija mħassra.

3.

It-tieni sentenza ta’ entrata 6.4 għandha taqra kif ġej:

“Il-permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropea li ma eżerċitax id-dritt ta’ moviment liberu għandu jinkludi l-iskrizzjoni “membru tal-familja”. Fil-każ ta’ benefiċjarji skond l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri (*), l-Istati Membri jistgħu jdaħħlu ‘benefiċjarji taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38/KE’.

(*)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.”"

4.

Jiddaħħal il-punt li ġej:

“8.a

It-titolu tad-dokument imsemmi fin-numru 1 jista’ wkoll jiġi ripetut b’żewġ lingwi oħra tul in-naħa t’isfel tal-kard. L-intestaturi msemmija fin-numri 2 sa 8 għandhom ikunu indikati fil-lingwa(i) ta’ l-Istat Membru emittenti. L-Istat Membru emittenti jista’ jżid lingwa uffiċjali oħra ta’ l-Unjoni Ewropea, jew fl-istess linja jew waħda taħt l-oħra, għal total ta’ mhux aktar minn żewġ lingwi.”

5.

l-entrata 11 għandha taqra kif ġej:

“11.

Il-parti li tista’ tinqara bil-magna ser ikollha test stampat fl-isfond ta’ l-istampar li jindika esklussivament l-Istat Membru kkonċernat. Dan it-test ma jistax jaffettwa l-karatteristiċi tal-parti li tista’ tinqara bil-magna.”;

6.

Jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

“16.

Ċippa RF għandha tiġi użata bħala mezz ta’ ħżin skond l-Artikolu 4a. L-Istati Membri jistgħu jaħżnu data fuq din iċ-ċippa jew jinkorporaw fil-permess ta’ residenza dual interface jew ċippa ta’ kuntatt separata għall-użu nazzjonali li għandha titpoġġa fuq in-naħa ta’ wara tal-karta waqt li tkun konformi ma’ l-istandards ISO u m’għandha bl-ebda mod tinterferixxi maċ-ċippa RF.

17.

Is-simbolu ICAO għal dokument ta’ l-ivvjaġġar li jinqara bil-magna b’mikroċippa li ma tistax tintmess (e-MRTD).”

2.

Jiżdied il-punt li ġej:

(h)   L-Istati Membri jistgħu jżidu wkoll karatteristiċi addizzjonali ta’ sigurtà nazzjonali, dment li dawn jiġu inklużi fil-lista stabbilita taħt l-Artikolu 2(1)(f) ta’ dan ir-Regolament u dment li jkunu konformi mad-dehra armonizzata tal-mudelli li ġejjin u ma titnaqqasx l-effiċjenza tal-karatteristiċi uniformi tas-sigurtà.”.

3.

Għandu jiddaħħal dan il-mudell li ġej:

“Permess ta’ Residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi inlużi partikularijiet bijometriċi f’format ID 1

Image

Permess ta’ Residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi inlużi partikularijiet bijometriċi f’format ID 2

Image

Image



ANNESS II

Dikjarazzjoni li għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea meta jkun pubblikat ir-Regolament:

“Ad Artikolu 1(1)(b):

Il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-mod l-aktar xieraq u proporzjonat għall-introduzzjoni ta’ karatteristiċi armonizzati ta’ sigurtà għall-permessi ta’ residenza msemmijin fl-Artikolu 1 (2) (a) (ii).”


Augša