EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0075

2008/75/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Jannar 2008 rigward il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali tal-Kafé rigward il-ħatra ta' Depożitarju tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafé 2007

ĠU L 22, 25.1.2008, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/75(1)/oj

25.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 22/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Jannar 2008

rigward il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali tal-Kafé rigward il-ħatra ta' Depożitarju tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafé 2007

(2008/75/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 133 (1) sa (4), flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2), it-tieni subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafé fit-98 laqgħa tiegħu permezz tar-Riżoluzzjoni 431 tat-28 ta' Settembru 2007 adotta t-test tal-Ftehim Internazzjonali l-ġdid dwar il-Kafé għall-2007;

(2)

Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafé ta' l-2001 ġie estiż għal sena mill-1 ta' Ottubru 2007 sat-30 ta' Settembru 2008 permezz tar-Riżoluzzjoni 432 tat-28 ta' Settembru 2007;

(3)

Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(10) tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafé ta' l-2007, id-Depożitarju futur tal-Ftehim għandu jinħatar b'Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Kafé skond il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafé attwali ta' l-2001. Din id-Deċiżjoni għandha tittieħed b'kunsens qabel il-31 ta' Jannar 2008;

(4)

L-istabbiliment tad-Depożitarju huwa fl-interess tal-Komunità Ewropea;

(5)

Għandha tiġi determinata l-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea dwar din il-kwistjoni fil-Kunsill Internazzjonali tal-Kafé;

IDDEĊIEDA KIF GEJ:

Artikolu

Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafé għandha tkun li tivvota favur il-ħatra ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafé bħala Depożitarju tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafé ta' l-2007.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


Top