This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0058
Commission Regulation (EC) No 58/2008 of 24 January 2008 amending Regulation (EC) No 712/2007 opening standing invitations to tender for the resale on the Community market of cereals held by the intervention agencies of the Member States
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 58/2008 ta’ l- 24 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 58/2008 ta’ l- 24 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri
ĠU L 22, 25.1.2008, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010
25.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 22/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 58/2008
ta’ l-24 ta’ Jannar 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent ta' l-Istati Membri. L-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi jipprovdi li l-offerti mressqa mill-operaturi għandhom ikunu akkumpanjati minn garanzija ta’ EUR 10 kull tunnellata, b'deroga mill-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 tat-28 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji (3). |
(2) |
B'mod ġenerali, mill-bidu tas-sena tas-suq 2007/2008, il-prezzijiet taċ-ċereali fis-suq Komunitarju ġarrbu żieda liema bħalha. Madankollu, din iż-żieda mhix waħda konsistenti u ġew osservati varjazzjonijiet importanti ta’ dawn il-prezzijiet, b'mod li hemm qabżiet kbar, spiss sostanzjali ħafna, bejn il-prezzijiet riveduti 'l isfel fis-suq Komunitarju u bejn il-prezz li bih il-prodotti qed jinbigħu fil-qafas tas-sejħiet għall-ħruġ tal-ħażniet ta’ intervent. Fid-dawl ta’ dawn il-qabżiet, jirriżulta li l-lottijiet awtorizzati ma ġewx irtirati mill-operaturi benefiċjarji mis-sejħiet għall-offerti. Għaldaqstant, il-garanzija applikabbli ta’ EUR 10 għal kull tunnellata mhijiex biżżejjed biex tiggarantixxi l-irtirar ta’ dawn il-lottijiet. Bil-għan li tali sitwazzjoni tiġi evitata u għall-funzjonament effiċjenti tas-sejħa għall-offerti koperta mir-Regolament (KE) Nru 712/2007, jeħtieġ li din il-garanzija tiżdied. |
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 712/2007 jiġi emendat. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 712/2007 għandu jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 2
Il-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 1 isir skond il-kundizzjonijiet stipulati bir-Regolament (KEE) Nru 2131/93. Madankollu, b'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(4) ta' l-istess Regolament, il-garanzija fuq l-offerta hija stabbilita għal EUR 25 kull tunnellata.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6).
(2) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1227/2007 (ĠU L 277, 20.10.2007, p. 10).
(3) ĠU L 191, 31.7.1993, p. 76. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 367/2007 (ĠU L 91, 31.3.2007, p. 14).