Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1492

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1492/2007 tas- 17 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 fir-rigward tal-kwoti tariffarji għal ċerti prodotti li joriġinaw miċ-Ċili

ĠU L 332, 18.12.2007, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1492/oj

18.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 332/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1492/2007

tas-17 ta’ Diċembru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 fir-rigward tal-kwoti tariffarji għal ċerti prodotti li joriġinaw miċ-Ċili

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jimplimenta d-disposizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra (1), u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament fil-Fteheim (KE) Nru 312/2003 jimplimenta għall-Komunità d-dispożizzjonijiet tat-tariffi stabbiliti li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra (2).

(2)

Bid-Deċiżjoni 2005/106/KE (3) tiegħu, il-Kunsill approva Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, sabiex tittieħed titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika ta’ Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea (4) (minn hawn il-quddiem “il-Protokoll”.) Il-Protokoll jinkludi konċessjonijiet tariffarji ġodda tal-Komunità, uħud minnhom limitati bil-kwoti tariffarji.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2005 tad-19 ta’ Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 fir-rigward tal-kwoti tariffarji għal ċerti prodotti li joriġinaw miċ-Ċili implmenta dawn il-konċessjonijiet il-ġodda.

(4)

Skond il-Protokoll, il-volumi tal-kwoti tariffarji ġodda għandhom jiżdiedu annwalment, mill-1 ta’ Jannar 2005, b’ 5 % tal-kwantità oriġinali. Fl-interess taċ-ċarezza, jeħtieġ li jiġu stipulati l-volumi totali tal-kwoti tariffarji disponibbli fl-2005 għall-prodotti kkonċernati, li fihom hija diġa inkluża ż-żieda għal dik is-sena.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 312/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Ġaladarba l-volumi tal-kwoti tariffarji msemmija fir-Regolament iridu japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2005, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ immedjatament.

(7)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 312/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3 għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Il-volum annwali tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje Nru 09.1941 fl-Anness għandu jiżdied suċċessivament kull sena b'5 % tal-kwantità oriġinali mill-1 ta’ Jannar 2005.”

(2)

L-Anness huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2005 (ĠU L 52, 25.2.2005, p. 6).

(2)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.

(3)  ĠU L 38, 10.2.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 38, 10.2.2005, p.3.


ANNESS

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 312/2003, it-Tabella hija emendata kif ġej:

(1)

Fir-ringiela tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.1925, il-volum annwali tal-kwota tariffarja fir-raba' kolonna huwa mibdul b'dan li ġej:

“581,50 tunnellata (*)

(*)  Dan il-volum annwali tal-kwota għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005. Għandu jiżdied suċċessivament kull sena, u għall-ewwel darba fl-2006 għal dik is-sena, b'26,50 tunnellata (5 % tal-volum oriġinali ta' 530 tunnellata).”"

(2)

Fir-ringiela tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.1929, il-volum annwali tal-kwota tariffarja fir-raba' kolonna huwa mibdul b'dan li ġej:

“42 275 tunnellata (**)

(**)  Dan il-volum annwali tal-kwota għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005. Għandu jiżdied suċċessivament kull sena, u għall-ewwel darba fl-2006 għal dik is-sena, b'1 925 tunnellata (5 % tal-volum oriġinali ta' 38 500 tunnellata).”"

(3)

Fir-ringiela tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.1941, il-volum annwali tal-kwota tariffarja fir-raba' kolonna huwa mibdul b'dan li ġej:

“1 050 tunnellata (***)

(***)  Dan il-volum tal-kwota annwali għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005. Dan għandu jiżdied suċċessivament kull sena, u għall-ewwel darba fl-2006 għal dik is-sena, b'50 tunnellata (5 % tal-volum oriġinali ta' 1 000 tunnellata).”"



Top