Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 32007R1456

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1456/2007 ta' l- 10 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2375/2002, (KE) Nru 2377/2002, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1964/2006 li jiftħu kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni fis-settur tar-ross u ċ-ċereali u jistabbilixxu regoli dettaljati għall-amministrazzjoni tagħhom

    ĠU L 325, 11.12.2007, s. 76–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Dokumentets juridiske status I kraft

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1456/oj

    11.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 325/76


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1456/2007

    ta' l-10 ta’ Diċembru 2007

    li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2375/2002, (KE) Nru 2377/2002, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1964/2006 li jiftħu kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni fis-settur tar-ross u ċ-ċereali u jistabbilixxu regoli dettaljati għall-amministrazzjoni tagħhom

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 tas-26 ta' Novembru 1990 dwar l-importazzjoni ta' ross li joriġina fil-Bangladexx (1), b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet iddikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (3), u partikolarment l-Artikolu 12(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (4), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 13(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2058/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta' kwota ta' tariffa għal ross miksur (broken rice) ta' kodiċi NK [NM] 1006 40 00 għal produzzjoni ta' tħejjijiet ta' l-ikel ta' kodiċi NM 1901 10 (5), (KE) 2375/2002 tal-Kummissjoni tas-27 ta' Diċembru 2002 li jiftah u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi li jidderoga ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (6), (KE) 2377/2002 tas-27 ta' Diċembru 2002 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa tal-Komunità għax-xgħir tal-maltu minn pajjiżi terzi (7), (KE) 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (8), (KE) 955/2005 tat-23 ta' Ġunju 2005 li jiftaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ross li joriġina fl-Eġittu [titlu mhux uffiċjali] (9), (KE) 969/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jiftaħ kwota tariffarja tal-Komunità għall-importazzjoni ta' qamħirrum minn pajjiżi terzi u jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-amministrazzjoni tagħha [titlu mhux uffiċjali] (10), u (KE) 1964/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jipprovdi għall-ftuħ u r-regoli dettaljati għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni tar-ross mill-Bangladexx, b'applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 [titlu mhux uffiċjali] (11) jipprovdu, għal ċerti aspetti marbuta ma' l-ammnistrazzjoni tal-kwoti tariffarji kkonċernati, dispożizzjonijiet differenti. Bil-għan tar-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-operaturi attivi fis-setturi tar-ross u taċ-ċereali, kif ukoll biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jamministraw aħjar dawn il-kwoti tariffarji, jeħtieġ li r-Regolamenti msemmija jiġu adattati.

    (2)

    F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġu pprovduti regoli komuni armonizzati għal dawn il-kwoti tariffarji kollha, f'dak li jirrigwarda d-data ta' l-għeluq għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni, billi jkun ipprovdut li din id-data tkun definita fi kwalunkwe każ bħala l-Ġimgħa fis-13:00, u li jiġi ppreċiżat kif għandha ssir il-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni.

    (3)

    Rigward il-kwoti tariffarji fis-settur tar-ross, jeħtieġ li, b'mod armonizzat, ikun ipprovdut li operatur ikun jista' jirrinunzja għal kwantitajiet ta' anqas minn 20 tunnellata meta dawn jiġu attribwiti wara l-applikazzjoni ta' koeffiċjent ta' allokazzjoni.

    (4)

    Aktar partikolarment, rigward ir-Regolament (KE) Nru 955/2005, jeħtieġ li jiġi ppreċiżat li d-dispożizzjonijiet applikabbli għad-dokument tat-trasport u għall-prova ta’ l-oriġini preferenzjali, fil-waqt tat-tqegħid tal-prodott fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa, huma ddefiniti permezz tal-Protokoll IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/635/KE tal-21 ta’ April 2004 dwar il-konklużjoni ta’ ftehim Ewromediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra (12).

    (5)

    Jeħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2375/2002, (KE) Nru 2377/2002, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 955/2005, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1964/2006 jiġu emendati skond dan.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2058/96 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu għal kwanità ta' mhux anqas minn 5 tunnellati u mhux aktar minn 500 tunnellata.

    Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tindika kwantità f’kilogrammi, mingħajr deċimali.

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jiġu ddepożitati għand l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kull nhar ta' Ġimgħa, mhux aktar tard mis-13:00, ħin ta' Brussell.”

    (2)

    L-Artikolu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 3

    1.   Meta l-kwantitajiet li għalihom isiru applikazzjonijiet matul ġimgħa jaqbżu l-kwantità tal-kwota disponibbli, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, sa mhux aktar tard mir-raba' jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, imsemmi fl-Artikolu 2(1), it-tielet inċiż, ta' dan ir-Regolament, għandha tiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni tal-kwantiajiet li għalihom ikunu saru l-applikazzjonijiet matul il-ġimgħa li tkun għaddiet, u tissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda ta' l-importazzjoni sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

    L-applikazzjonijiet imressqa fir-rigward tal-ġimgħa kurrenti jitqiesu li ma jkunux aċċettabbli.

    L-Istati Membri għandhom jaċċettaw li l-operaturi, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta' allokazzjoni, jirtiraw l-applikazzjonijiet li għalihom il-kwantità li l-liċenzja jkollha tinħareġ għaliha tkun anqas minn 20 tunnellata.

    2.   Il-liċenzja ta' importazzjoni għandha tinħareġ fit-tmien jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet.”

    (3)

    L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni:

    (a)

    sa mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, qabel is-18:00 ħin ta' Brussell, it-tagħrif rigward l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, b'turija tal-kwantitajiet totali li jkunu jirrigwardawhom dawn l-applikazzjonijiet.

    (b)

    sa mhux aktar tard mit-tieni jum tax-xogħol wara l-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni, it-tagħrif rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, b'turija tal-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni, kif ukoll il-kwantitajiet li għalihom l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jkunu ġew irtirati skond l-Artikolu 3(1), it-tielet inċiż, ta' dan ir-Regolament.

    (c)

    sa mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' kull xahar, il-kwantitajiet totali li fil-fatt ikunu tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa b'applikazzjoni ta' din il-kwota matul it-tieni xahar preċedenti. Jekk ma tkun ġiet rilaxxata l-ebda kwantità għaċ-ċirkolazzjoni libera matul dawn ix-xhur, għandha tintbagħat notifika f'dan is-sens, bil-kelma ‘xejn’. Madankollu, din il-komunikazzjoni ma tibqax rikjesta fit-tielet xahar wara d-data ta' limitu tal-validità tal-liċenzji.”

    Artikolu 2

    L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2375/2002 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 għandu jinbidel kif ġej:

    (i)

    fit-tieni inċiż, il-kelma “it-Tnejn” għandha tinbidel bil-kelma “il-Ġimgħa”.

    (ii)

    it-tielet inċiż għandu jitħassar.

    (b)

    il-paragrafu 3 għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “3.   Sa mhux aktar tard mit-Tnejn ta' wara l-ġimgħa tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mis-18:00 ħin ta' Brussell, komunikazzjoni li tinnotifika, skond in-numru tas-serje, kull applikazzjoni bl-oriġini tal-prodott u l-kwantità mitluba, inklużi l-komunikazzjonijiet ‘nulli’.”

    (c)

    il-paragrafu 4 għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “4.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu fir-raba' ġurnata tax-xogħol wara d-data ta' skadenza għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

    Dakinhar tal-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw elettronikament lill-Kummissjoni l-informazzjoni rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, bil-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni.”

    Artikolu 3

    L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2377/2002 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, it-tieni inċiż, il-kelma “it-Tnejn” għandha tinbidel bil-kelma “il-Ġimgħa”.

    (b)

    il-paragrafu 3 għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “3.   Sa mhux aktar tard mit-Tnejn ta' wara l-ġimgħa tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mis-18:00 ħin ta' Brussell, komunikazzjoni li tinnotifika kull applikazzjoni bil-kwantità mitluba, inklużi l-komunikazzjonijiet ‘nulli’.”

    (c)

    il-paragrafu 4 għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “4.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu fir-raba' ġurnata tax-xogħol wara d-data ta' skadenza għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

    Dakinhar tal-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw elettronikament lill-Kummissjoni l-informazzjoni rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, bil-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni.”

    Artikolu 4

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 għandu jkun emendat kif ġej:

    (i)

    fit-tieni inċiż, il-kelma “it-Tnejn” għandha tinbidel bil-kelma “il-Ġimgħa”.

    (ii)

    it-tielet inċiż għandu jitħassar.

    (b)

    il-paragrafu 3 għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “3.   Sa mhux aktar tard mit-Tnejn ta' wara l-ġimgħa tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mis-18:00 ħin ta' Brussell, komunikazzjoni li tinnotifika kull applikazzjoni bil-kwantità mitluba, inklużi l-komunikazzjonijiet ‘nulli’.”

    (c)

    il-paragrafu 4 għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “4.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu fir-raba' ġurnata tax-xogħol wara d-data ta' skadenza għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

    Dakinhar tal-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw elettronikament lill-Kummissjoni l-informazzjoni rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, bil-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni.”

    Artikolu 5

    Ir-Regolament (KE) Nru 955/2005 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2(1), għandu jiżdied it-tieni inċiż li ġej:

    “Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tindika kwantità f’kilogrammi, mingħajr deċimali.”

    (2)

    Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “4.   It-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-kuntest tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ dokument tat-trasport u prova ta’ l-oriġini preferenzjali, maħruġin fl-Eġittu u b’rabta mal-lott ikkonċernat, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 tal-ftehim Ewromediterranju.”

    (3)

    L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 4

    1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni għandhom jiġu ddepożitati għand l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kull nhar ta' Ġimgħa, mhux aktar tard mis-13:00 (ħin ta' Brussell).

    2.   Meta l-kwantitajiet li għalihom isiru applikazzjonijiet matul ġimgħa jaqbżu l-kwantità tal-kwota disponibbli, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament 1301/2006, sa mhux aktar tard mir-raba' jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, imsemmi fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, għandha tistabbilixxi l-koeffiċjent ta' allokazzjoni tal-kwantiajiet li għalihom ikunu saru l-applikazzjonijiet matul il-ġimgħa li tkun għaddiet, u tissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda ta' l-importazzjoni sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

    L-applikazzjonijiet imressqa fir-rigward tal-ġimgħa kurrenti jitqiesu li ma jkunux aċċettabbli.

    L-Istati Membri għandhom jaċċettaw li l-operaturi, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta' allokazzjoni, jirtiraw l-applikazzjonijiet li għalihom il-kwantità li l-liċenzja jkollha tinħareġ għaliha tkun anqas minn 20 tunnellata.

    3.   Il-liċenzja ta' importazzjoni għandha tinħareġ fit-tmien jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet.

    B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja għandu jkun limitat sa tmiem ix-xahar ta' wara dak li fih tkun attwalment inħarġet.”

    (4)

    L-Artikolu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni:

    (a)

    sa mhux aktar tard mit-Tnejn wara l-ġimgħa għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, qabel is-18:00 ħin ta' Brussell, it-tagħrif rigward l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ordnati skond il-kodiċijiet tan-NM bi tmien ċifri b'turija tal-kwantitajiet totali li jkunu jirrigwardawhom dawn l-applikazzjonijiet.

    (b)

    sa mhux aktar tard mit-tieni jum tax-xogħol wara l-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni, l-informazzjoni rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ordnati skond il-kodiċijiet tan-NM bi tmien ċifri b'turija tal-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni, kif ukoll il-kwantitajiet li għalihom l-applikazzjnijiet għal-liċenzji jkunu ġew irtirati skond l-Artikolu 4(2), it-tielet inċiż, ta' dan ir-Regolament.

    (c)

    sa mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' kull xahar, il-kwantitajiet totali li fil-fatt ikunu tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa b'applikazzjoni ta' din il-kwota matul it-tieni xahar preċedenti, ordnati skond il-kodiċijiet tan-NM bi tmien ċifri. Jekk ma tkun ġiet rilaxxata l-ebda kwantità għaċ-ċirkolazzjoni libera matul dawn ix-xhur, għandha tintbagħat notifika f'dan is-sens, bil-kelma ‘xejn’. Madankollu, din il-komunikazzjoni ma tibqax rikjesta fit-tielet xahar wara d-data ta' limitu tal-validità tal-liċenzji.”

    Artikolu 6

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 969/2006 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 għandu jkun emendat kif ġej:

    (i)

    fit-tieni inċiż, il-kelma “it-Tnejn” għandha tinbidel bil-kelma “il-Ġimgħa”.

    (ii)

    it-tielet inċiż għandu jitħassar.

    (b)

    il-paragrafu 3 għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “3.   Sa mhux aktar tard mit-Tnejn ta' wara l-ġimgħa tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mis-18:00 ħin ta' Brussell, komunikazzjoni li tinnotifika, skond in-numru tas-serje, kull applikazzjoni bl-oriġini tal-prodott u l-kwantità mitluba, inklużi l-komunikazzjonijiet ‘nulli’.”

    (c)

    il-paragrafu 4 għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “4.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu fir-raba' ġurnata tax-xogħol wara d-data ta' skadenza għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

    Dakinhar tal-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw elettronikament lill-Kummissjoni l-informazzjoni rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, bil-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni.”

    Artikolu 7

    Ir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    L-Artikolu 4(3) għandu jinbidel bit-test li ġej:

    “3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni għandhom jiġu ddepożitati għand l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kull nhar ta' Ġimgħa, mhux aktar tard mis-13:00 (ħin ta' Brussell).

    Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tindika kwantità f’kilogrammi, mingħajr deċimali.”

    (b)

    L-Artikolu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 5

    1.   Meta l-kwantitajiet li għalihom isiru applikazzjonijiet matul ġimgħa jaqbżu l-kwantità tal-kwota disponibbli, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament 1301/2006, sa mhux aktar tard mir-raba' jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, imsemmi fl-Artikolu 2(3), it-tielet inċiż, ta' dan ir-Regolament, għandha tiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom ikunu saru l-applikazzjonijiet matul il-ġimgħa li tkun għaddiet, u tissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda ta' l-importazzjoni sa tmiem il-perjodu tal-kwota.

    L-applikazzjonijiet imressqa fir-rigward tal-ġimgħa kurrenti jitqiesu li ma jkunux aċċettabbli.

    L-Istati Membri għandhom jaċċettaw li l-operaturi, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta' allokazzjoni, jirtiraw l-applikazzjonijiet li għalihom il-kwantità li l-liċenzja jkollha tinħareġ għaliha tkun anqas minn 20 tunnellata, meta huma jkunu applikaw għal kwantità akbar minn din.

    2.   Il-liċenzja ta' importazzjoni għandha tinħareġ fit-tmien jum tax-xogħol wara l-aħħar jum għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet.

    3.   Il-liċenzja ta' l-importazzjoni, maħruġa għal kwantità li ma taqbiżx dik imsemmija fuq iċ-ċertifikat ta' oriġini msemmi fl-Artikolu 2, tobbliga lill-importatur li jimporta mill-Bangladexx.”

    (c)

    L-Artikolu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 7

    L-Istati Membri għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni:

    (a)

    sa mhux aktar tard mit-Tnejn wara l-ġimgħa għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, qabel is-18:00 ħin ta' Brussell, it-tagħrif rigward l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ordnati skond il-kodiċijiet tan-NM bi tmien ċifri b'turija tal-kwantitajiet totali (bil-piżijiet tal-prodotti) li jkunu jirrigwardawhom dawn l-applikazzjonijiet.

    (b)

    sa mhux aktar tard mit-tieni jum tax-xogħol wara l-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni, l-informazzjoni rigward il-liċenzji li jkunu nħarġu, imsemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ordnati skond il-kodiċijiet tan-NM bi tmien ċifri b'turija tal-kwantitajiet totali (bil-piżijiet tal-prodotti) li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni, kif ukoll il-kwantitajiet li għalihom l-applikazzjnijiet għal-liċenzji jkunu ġew irtirati skond l-Artikolu 5(1), it-tielet inċiż, ta' dan ir-Regolament.

    (c)

    sa mhux aktar tard mill-aħħar jum ta' kull xahar, il-kwantitajiet totali (bil-piżijiet tal-prodotti) li effettivament tpoġġew f'ċirkolazzjoni libera b'applikazzjoni ta' din il-kwota matul it-tieni xahar preċedenti, b'turija tal-kodiċi tan-NM bi tmien ċifri. Jekk ma tkun ġiet rilaxxata l-ebda kwantità għaċ-ċirkolazzjoni libera matul dawn ix-xhur, għandha tintbagħat notifika f'dan is-sens, bil-kelma ‘xejn’. Madankollu, din il-komunikazzjoni ma tibqax rikjesta fit-tielet xahar wara d-data ta' limitu tal-validità tal-liċenzji.”

    Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 337, 4.12.1990, p. 1.

    (2)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

    (3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007, (ĠU L 169, 29.06.2007, p. 6).

    (4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006, (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

    (5)  ĠU L 276, 29.10.1996, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2019/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p.48).

    (6)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 88. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 932/2007 (ĠU L 204, 4.8.2007, p. 3).

    (7)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 95. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2022/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 70).

    (8)  ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2022/2006.

    (9)  ĠU L 164, 24.6.2005, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2019/2006.

    (10)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2022/2006.

    (11)  ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19.

    (12)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 38.


    Op