Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1400

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 tat- 28 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 311, 29.11.2007, p. 12–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1400/oj

29.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 311/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1400/2007

tat-28 ta’ Novembru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji ta’ l-ajru (trasportaturi bl-ajru) li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija ta’ l-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) tat-22 ta’ Marzu 2006 li stabbilixxa l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità msemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(2)

F’konformità ma’ l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi wħud mill-Istati Membri kkomunikaw informazzjoni lill-Kummissjoni li hija rilevanti fil-kuntest ta’ l-aġġornar tal-lista Komunitarja. Ġiet ikkomunikata wkoll informazzjoni rilevanti minn pajjiżi terzi. Fuq bażi ta’ dan, il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi bl-ajru kollha kkonċernati jew direttament jew, meta dan ma setax isir, bl-għajnuna ta’ l-awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza regolatorja tagħhom, filwaqt li indikatilhom il-fatti prinċipali u l-kunsiderazzjonijiet li kellhom jiffurmaw il-bażi tad-deċiżjoni li tiġi imposta fuqhom projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità jew li jiġu mmodifikati l-kundizzjonijiet tal-projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur bl-ajru inkluż fil-lista Komunitarja.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lit-trasportaturi bl-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumenti pprovduti mill-Istati Membri, jissottomettu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjonijiet orali lill-Kumissjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol u lill-Kumitat tas-Sikurezza ta’ l-Ajru stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili (3).

(5)

L-awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza regolatorja fuq it-trasportaturi bl-ajru kkonċernati ġew ikkonsultati mill-Kummissjoni kif ukoll, f’xi każijiet speċifiċi, minn xi wħud mill-Istati Membri.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat.

Blue Wing Airlines

(7)

Wara l-analiżi tad-dokumentazzjoni sottomessa minn Blue Wing Airlines relatata mal-progress li kien għamel fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ l-azzjoni korrettiva tiegħu, u wara l-approvazzjoni u l-valutazzjoni pożittiva ta’ din id-dokumentazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tas-Surinam, hemm biżżejjed evidenza x’turi li dan it-trasportatur ġab fi tmiemhom b’suċċess l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex jiġu eliminati n-nuqqasijiet li kienu wasslu għall-inklużjoni tiegħu fil-lista Komunitarja.

(8)

Fuq bażi tal-kriterji komuni, qiegħed jitqies li Blue Wing Airlines ħa l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonforma ma’ l-istandards rilevanti tas-sikurezza u għaldaqstant jista’ jiġi rtirat mill-Anness A.

Pakistan International Airlines

(9)

Pakistan International Airlines issottometta lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li tikkonferma l-azzjonijiet korrettivi meħuda biex jiġu eliminati n-nuqqasijiet fis-sikurezza fil-bqija ta’ l-ajruplani fil-flotta tiegħu tat-tip Airbus A-310 (numri tar-reġistrazzjoni: AP-BDZ, AP-BEB, AP-BGO, AP-BEQ, AP-BGS u AP-BGQ) u Boeing B-747-300 (numri tar-reġistrazzjoni: AP-BFW, AP-BFV, AP-BFY) li għadhom suġġetti għal restrizzjonijiet operattivi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Pakistan approvaw dawk il-miżuri.

(10)

Bħala konsegwenza, fuq il-bażi ta’ kriterji komuni, huwa valutat li l-iskema attwali ta’ restrizzjonijiet operazzjonali imposti fuq Pakistan International Airlines għandha tintemm, u t-trasportatur jitneħħa mill-Anness B.

(11)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Pakistan ftehmu li, qabel ma kull ajruplan konċernat jerġa jibda jopera fil-Komunità, u inkluz l-ajruplan msemmi fir-reċita 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 787/2007 (4), għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri ta' l-ajruport tad-destinazzjoni, kif ukoll lill-Kummissjoni, b'rapport ta' spezzjoni tas-sikurezza ta' l-ajruplan li ma jridx ikun sar aktar minn 72 siegħa qabel ma l-ajruplan ikun ser jopera. L-Istat Membru rilevanti, meta jirċievi r-rapport, jista’ jekk meħtieġ, jieħu mizuri xierqa skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Kif jasal, trid issir spezzjoni SAFA sħiħa fuq l-art ta’ l-ajruplan, u dan ir-rapport irid jintbagħat mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, li trid tibagħtu wkoll lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri beħsiebhom jivverifikaw b’mod sistematiku l-konformità effettiva ma’ l-istandards rilevanti tas-sikurezza permezz ta’ prijoritizzazzjoni ta’ spezzjonijiet fuq l-art li jridu jsiru fuq ajruplani ta’ dan it-trasportatur.

Mahan Air

(12)

Wara l-preżentazzjoni ta’ pjan rivedut ta’ l-azzjonijiet korrettivi u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn minn Mahan Air relatata ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan, u wara l-approvazzjoni u l-valutazzjoni pożittiva tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Islamika ta’ l-Iran, hemm biżżejjed evidenza x’turi li t-trasportatur jinsab fil-proċess li jimplimenta azzjonijiet korrettivi biex jiġu eliminati n-nuqqasijiet li kienu wasslu għall-inklużjoni tiegħu fil-lista Komunitarja.

(13)

Madankollu, minkejja l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi fil-qasam ta’ manutenzjoni u inġinerija, hemm nuqqasijiet maġġuri verifikati fil-kapaċità ssoktata għat-titjir ta’ ċerti ajruplani operati fil-Komunità li wasslu għal bidu ta’ proċedura ta’ sospensjoni taċ-ċertifikat tal-kapaċità għat-titjir ta’ dawn l-ajruplani, kif ukoll hemm evidenza verifikata rigward nuqqasijiet maġġuri fir-rekwiżiti ta' manutenzjoni. Barra minn hekk, ġie kkunsidrat li huma meħtieġa aktar aġġustamenti fil-pjan ta’ l-azzjonijiet korrettivi fil-qasam ta’ operazzjonijiet, li għalhekk ġew mitluba (5).

(14)

Abbażi tal-kriterji komuni, huwa valutat illi f’dan l-istadju, Mahan Air ma wriex il-ħila li jieħu kwalunkwe miżura meħtieġa biex jikkonforma ma’ l-istandards rilevanti tas-sikurezza u għalhekk għandu jibqa’ fl-Anness A. Il-Kummissjoni tinnota r-rieda ta’ l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Islamika ta’ l-Iran biex iżidu l-eżerċizzju tar-responabbiltajiet tagħhom ta’ sorveljanza bil-għan li jtejbu s-sikurezza u jikkooperaw mill-qrib mal-Kummissjoni għal dan il-għan.

Ukrainian Mediterranean Airlines

(15)

Wara l-preżentazzjoni ta’ pjan rivedut ta’ l-azzjonijiet korrettivi u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn minn Ukrainian Mediterranean Airlines relatat ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan, u wara l-approvazzjoni u l-valutazzjoni tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina, hemm evidenza li t-trasportatur jinsab fil-proċess li jimplimenta azzjonijiet korrettivi biex jiġu eliminati n-nuqqasijiet li kienu wasslu għall-inklużjoni tiegħu fil-lista Komunitarja. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina spezzjonaw it-trasportatur u ħarġu Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru ġdid b’perjodu ta’ validità ta’ tnax-il xahar sal-15 ta’ Ottubru 2008. Madankollu skond preżentazzjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina bid-data tat-13 ta’ Novembru 2007, l-awtoritajiet għadhom imħassbin dwar kontroll insuffiċjenti mit-tmexxija ta’ l-operatur ta’ l-ajru fuq nuqqassijiet ripetuti u l-kwalità ta’ rekords tal-preparazzjoni għat-titjira. Barra minn hekk, skond l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina, il-frekwenza ta’ sejbiet bħal dawn ma jippermtulhomx li jikkonkludu s-solidità u s-sostenibbiltà tat-titjib fit-trasportatur minkejja l-bidliet pożittivi. Fl-aħħarnett l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Ukraina jistqarru li t-trasportatur “jeħtieġ bosta riżorsi u ħafna ħin biex jikkonforma ma' l-istandards xierqa”.

(16)

Fuq bażi tal-kriterji komuni, qiegħed jiġi vvalutat li Ukrainian Mediterranean Airlines ma wriex l-ħila li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonforma ma’ l-istandards rilevanti tas-sikurezza u għaldaqstant għandu jibqa’ fl-Anness A.

(17)

Il-Kummissjoni tieħu nota ta' l-impenn ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Ukraina biex itejbu s-sorveljanza ta' dan l-operatur bil-ħsieb li l-implimentazzjoni xierqa tal-pjan ta' azzjonijiet korrettivi tkun aċċellarata.

Hewa Bora Airways

(18)

Hewa Bora Airways waqaf jopera fil-Komunità għal dawn l-aħħar erba’ xhur bl-ajruplan tat-tip Boeing B767-266ER, Nru ta’ kos. 23 178, u bin-numru ta’ reġistrazzjoni 9Q-CJD, li bih kien ġie awtorizzat li jopera kif previst fir-Regolament (KE) Nru 235/2007. Minflok, dan qiegħed jopera fil-Komunità taħt ftehim ta’ kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ (ACMI) ma’ trasportatur bl-ajru Belġjan.

(19)

Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li ma hemmx tibdil fl-istatus tat-trasportatur u li l-ajruplan tat-tip Boeing B767-266ER, nru ta' kos.23 178 għandu jitħalla inkluż fl-Anness B.

Trasportaturi bl-ajru mill-Ginea Ekwatorjali

(20)

L-intrapriża Cronos Airlines infurmat lill-Kummissjoni li kienet ingħatat Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali. Billi dan it-trasportatur bl-ajru ġdid ġie ċċertifikat mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali li wrew nuqqas ta’ ħila biex jagħmlu sorveljanza adegwata tas-sikurezza, għandu jiġi inkluż fl-Anness A.

(21)

L-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali pprovdew lill-Kummissjoni b’informazzjoni aġġornata rigward l-operat tat-trasportaturi ċċertifikati minn dawn l-awtoritajiet. B’mod partikolari, dawn l-awtoritajiet stqarrew li Guinea Airways kien waqqaf l-operat tiegħu. Madankollu, m’hemm ebda evidenza ta’ l-irtirar taċ-Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru ta’ dak it-trasportatur bl-ajru. Għalhekk, mingħajr din l-informazzjoni, dan it-trasportatur ma jistax, f’dan l-istadju, jiġi rtirat mill-Anness A.

Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika Kirgiża

(22)

L-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża pprovdew lill-Kummissjoni b’evidenza ta’ l-irtirar taċ-Ċertifikati ta’ Operatur ta’ l-Ajru ta’ World Wing Aviation għal raġunijiet ta’ sikurezza. Billi dan it-trasportatur ċċertifikat fir-Repubblika Kirgiża konsegwentement waqqaf l-attivitajiet tiegħu, għandu jiġi rtirat mill-Anness A.

Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika ta’ l-Indoneżja

(23)

Wara l-istedina mid-Direttorat Ġenerali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Indoneżjana (DĠAĊ), tim ta’ esperti Ewropej mexxew missjoni ta’ ġbir ta’ fatti fl-Indoneżja mill-5 sad-9 ta’ Novembru 2007. Ir-rapport tiegħu juri li d-DĠAĊ fl-2007 kien diġà beda jieħu xi azzjonijiet korrettivi biex itejbulu l-ħila li jimplimenta u jinforza l-istandards rilevanti tas-sikurezza. Id-DĠAĊ qal fi stqarrija li matul l-2007 kien beda jirristruttura id-DĠAĊ u kien ta poteri aktar lill-ispetturi tiegħu. Madankollu, din turi wkoll li l-funzjonijiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza fuq it-trasportaturi ċċertifikati ma setgħux jiġu esegwiti bis-sħiħ matul l-ewwel għaxar xhur ta’ l-2007. Mill-bidu ta’ l-2008, id-DĠAĊ bi ħsiebu jikseb riżorsi umani u finanzjarji addizzjonali biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skond il-Konvenzjoni ta’ Chicago. Il-Kummissjoni nnotat dan il-progress, u tħeġġeġ bis-sħiħ lid-DĠAĊ biex jimplimenta l-azzjonijiiet korrettivi kollha ppreżentati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni madankollu tikkunsidra, li l-istatus attwali ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet korrettivi mid-DĠAĊ ta’ l-Indoneżja ma jippermettix, f’dan l-istadju t-tneħħija tal-projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq it-trasportaturi kollha ċċertifikati minn din l-awtorità.

(24)

L-awtoritajiet ta’ l-Indoneżja pprovdew lill-Kummissjoni b’lista aġġornata tat-trasportaturi bl-ajru li għandhom Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru. Fil-preżent, it-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja huma dawn li ġejjin: Garuda Indonesia, Merpati Nusantara, Kartika Airlines, Mandala Airlines, Trigana Air Service (AOCs 121-006 u 135-005), Metro Batavia, Pelita Air Service (AOCs 121-008 u 135-001), Indonesia Air Asia, Lion Mentari Airlines, Wing Adabi Nusantara, Cardig Air, Riau Airlines, Trans Wisata Prima Aviation, Tri MG Intra Airlines (AOCs 121-018 u 135-037), Ekspres Transportasi Antar Benua (AOCs 121-019 u 135-032), Manunggal Air Service, Megantara Airlines, Sriwijaya Air, Adam Skyconnection Airlines, Travel Expres Airlines, Republic Expres Airlines, Airfast Indonesia, Travira Utama, Derazona Air Service, National Utility Helicopter, Deraya Air Taxi, Dirgantara Air Service, SMAC, Kura-Kura Aviation, Indonesia Air Transport, Gatari Air Service, Intan Angkasa Air Service, Air Pacific Utama, Transwisata Prima Aviation, Asco Nusa Air Transport, Pura Wisata Baruna, Panarbangan Angkasa Semesta, Asi Pujiastuti, Aviastar Mandiri, Dabi Air Nusantara, Balai Kalibrasi Fasilitas Penerbangan, Sampurna Air Nusantara, u Eastindo. Il-lista Komunitarja għandha tiġi aġġornata b’dan u dawn it-trasportaturi għandhom jiġu inklużi fl-Anness A.

TAAG Angola Airlines

(25)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Angola ssottomettew lill-Kummissjoni pjan ġdid ta’ azzjoni korrettiva mmirat li jtejbilhom il-kapaċità li jimplimentaw u jinforzaw l-istandards rilevanti tas-sikurezza fir-rigward tat-trasportatur TAAG Angola Airlines, kif ukoll li jindirizza l-kwistjonijiet tas-sikurezza mressqa mill-ICAO matul il-verifika ICAO USOAP ta’ l-2004.

(26)

It-trasportatur TAAG Angola Airlines issottometta lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi li qegħdin jiġu implimentati biex b’hekk jindirizza l-kawżi prinċipali tan-nuqqasijiet tas-sikurezza li ġew identifikati waqt spezzjonijiet fuq l-art imwettqa skond il-programm ta’ l-SAFA, u fejn indikat in-natura sistematika tan-nuqqasijiet imsemmija.

(27)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforz li għamel it-trasportatur sabiex jilħaq il-miżuri meħtieġa biex jikkonforma ma’ l-istandards rilevanti tas-sikurezza, kif ukoll id-dispożizzjoni qawwija għal kolloborazzjoni li wrew kemm it-trasportatur u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Angola. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li deċiżjoni biex tirtira TAAG Angola Airlines mil-lista Komunitarja hija primatura f'dan l-istadju, għax għad baqa' nuqqasijiet sinifikanti ta' sikurezza li jridu jiġu indirizzati, kif ukoll il-proċess taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportatur mill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni ser tmur fuq il-post biex tivverifika l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-azzjonijiet korrettivi li t-trasportatur għadu qiegħed fil-proċess li jispiċċa.

Trasportaturi bl-ajru mill-Albanija

(28)

Fid-29 ta’ Awissu 2007 l-Awtorità ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Albaniża ssottomettiet lill-Kummissjoni pjan komprensiv ta’ azzjoni għall-irkuprar, fejn impenjat ruħha li tipprovdi lill-Kummissjoni b’rapporti regolari ta’ aġġornament dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ l-imsemmi pjan.

(29)

L-ewwel rapport ta’ aġġornament, sottomess mill-Awtorità ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Albaniża fil-5 ta’ Novembru 2007, juri li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Albanija għamlu progress fl-implimentazzjoni ta’ l-imsemmi pjan ta’ azzjoni u li beħsiebhom jispiċċaw l-implimentazzjoni tiegħu sa tmien l-2008. L-impenn tagħhom li jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom fis-sorveljanza tas-sikurezza ta’ l-avjazzjoni kompla jiġi kkorroborat bir-rapport ta’ l-aħħar żjara tal-valutazzjoni mwettqa fl-Albanija mit-22 sas-26 ta’ Ottubru 2007 fi ħdan il-qafas ta’ l-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (ECAA).

(30)

Il-Kummissjoni bi ħsiebha tibqa’ timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjonijiet korrettivi permezz ta’ l-aġġornamenti regolari miftiehma li għandhom jiġu sottomessi mill-Awtoritajiet Albaniżi. L-Istati Membri bi ħsiebhom jivverifikaw b’mod sistematiku l-konformità effettiva ma’ l-istandards rilevanti tas-sikurezza bi spezzjonijiet fl-art li għandhom isiru fuq ajruplani ta’ dawn it-trasportaturi bl-ajru.

Trasportaturi bl-ajru mir-Repubblika tal-Moldova

(31)

Il-Kummissjoni eżaminat il-pjan ta’ azzjonijiet korrettivi ta’ l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Moldova li ġie sottomess fit-3 ta’ Settembru 2007 u ġie nnotat l-istatus ta’ l-implimentazzjoni tiegħu. Il-pjan ta’ azzjoni sottomess joffri soluzzjonijiet sostenibbli għall-għadd preżenti ta’ trasportaturi ċċertifikati mir-Repubblika tal-Moldova.

(32)

Għalhekk il-Kummissjoni tikkonsidra li, sakemm l-għadd ta’ operaturi taħt is-sorveljanza regolatorja ta’ l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Moldova jinżamm fil-livell preżenti, il-miżuri meħudin minn dawn l-awtoritajiet ikunu biżżejjed biex tiġi ristabbilita l-kapaċità tagħhom fl-eżekuzzjoni tar-responsabbiltajiet ta’ sorveljanza li għandhom f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Sabiex jiġi żgurat li dawn il-miżuri jipprovdu soluzzjoni sostenibbli tan-nuqqasijiet li jkunu ġew identifikati qabel, il-Kummissjoni bi ħsiebha tibqa’ timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjonijiet korrettivi. L-Istati Membri bi ħsiebhom jivverifikaw b’mod sistematiku l-konformità effettiva ma’ l-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni ta’ spezzjonijiet fuq l-art li għandhom isiru fuq ajruplani ta’ trasportaturi bl-ajru lliċenzjati minn dawn l-awtoritajiet u jittrażmettu r-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet mingħajr dewmien lill-Kummissjoni.

Trasportaturi bl-ajru mill-Federazzjoni Russa

(33)

Wara diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa u l-Kummissjoni u l-preżentazzjoni ta’ evidenza ta’ verifika mingħand ta’ l-ewwel ta’ l-azzjonijiet korrettivi li ġew implimentati mit-trasportaturi bl-ajru li kienu ġew suġġetti għal restrizzjonijiet operattivi mit-23 ta’ Ġunju 2007, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa ddeċidew fit-26 ta’ Novembru 2007 li jimmodifikaw ir-restrizzjonijiet fuq l-operat imposti qabel bħala riżultat tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Ġunju 2007. Għalhekk skond din id-deċiżjoni, tneħħiet il-projbizzjoni sħiħa fuq l-operat tal-kumpaniji Kuban Airlines, Yakutia Airlines, Kavminvodyavia.

(34)

Permezz ta’ l-istess deċiżjoni, xi trasportaturi bl-ajru huma awtorizzati li joperaw fil-Komunità b’tagħmir speċifiku biss: dawn it-trasportaturi bl-ajru huma dawn li ġejjin: Krasnoyarsk Airlines: ajruplan Boeing-737 (EI-DNH/DNS/DNT/CBQ/CLŻ/CLW), Boeing-757 (EI-DUA/DUD/DUC/DUE), Boeing-767 (EI-DMP/DMH), Tu-214 (RA-65508), Ru-154M (RA-85720); Ural Airlines: ajruplan A-320 (VP-BQY/BQZ), Tu-154M (RA-85807/85814/85833/85844); Gazpromavia: ajruplan Falcon-900 (RA-09000/09001/09006/09008); Atlant-Soyuz: ajruplan Boeing-737 (VP-BBL/BBM), Tu-154M (RA-85709/85740); UTAir: ajruplan ATR-42 (VP-BCB/BCF/BPJ/BPK), Gulfstream IV (RA-10201/10202), Tu-154M (RA-85805/85808); Kavminvodyavia: ajruplan Tu-204 (RA-64022/64016), Tu-154M (RA-85715/85826/85746); Kuban Airlines: ajruplan Yak-42 (RA-42386/42367/42375); Air Company Yakutia: ajruplan Tu-154M (RA-85700/85794) u Boeing-757-200 (VP-BFI); Airlines 400: ajruplan Tu-204 (RA-64018/64020).

(35)

Barra minn hekk, skond id-deċiżjoni msemmija hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa imponew restrizzjonijiet operattivi fuq ajruplani speċifiċi ta' Orenburg Airlines – ajruplan Tu 154 (RA-85768) u B-737-400 (VP-BGQ), Air Company Tatarstan – ajruplan Tu-154 (RA-85101 u RA-85109); Air Company Sibir – ajruplan B-737-400 (VP-BTA) u Rossija – ajruplan Tu-154 (RA-85753 u RA-85835). Dawn l-ajruplani ma jitħallewx joperaw fil-Komunità. Permezz ta’ l-istess deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa ser jippreżentaw lill-Kummissjoni sa l-20 ta’ Frar 2008 l-valutazzjoni tagħhom wara verifika tat-tkomplija u l-effikaċja ta’ l-azzjonijiet korrettivi li t-trasportaturi konċernati impenjaw ruhom li jispiċċaw qabel dik id-data. Ta’ min jiftakar li l-ajruplani kollha mibnija mill-ex-Unjoni Sovjetika rreġistrati fil-Federazzjoni Russa li joperaw b'mod kummerċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit tal-Volum 1, il-Parti II tal-Kapitolu 3 ta' l-Anness 16 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago.

(36)

Il-Kummissjoni tinnota d-deċiżjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa, u b’mod partikolari l-fatt li l-miżuri msemmija fiha mhux ser jiġu modifikati sakemm in-nuqqasijiet ta' sikurezza tat-trasportaturi bl-ajru konċernati jitranġaw għas-sodisfazzjon reċiproku ta’ kemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa kif ukoll tal-Kummissjoni u li kwalunkwe modifika ta’ dawn il-miżuri tista' tiġi adottata biss mill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni. Tinnota wkoll il-fatt li t-trasportaturi bl-ajru Russi kollha li joperaw servizzi internazzjonali, inkluż fil-Komunità, huma infurmati, li kwalunkwe spezzjoni fuq l-art li tirriżulta f’sejbiet sinifikanti (kategorija 2) u maġġuri (kategorija 3), jekk ma jitranġawx kif suppost, iwasslu għal restrizzjonijiet operattivi imposti mill-awtoritajiet Russi. Fl-aħħarnett, l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa, permezz tad-deċiżjoni tagħhom, impenjaw ruħhom li jippreżentaw lill-Kummissjoni r-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet u l-verifiki tat-trasportaturi bl-ajru li jsiru minn dawn l-awtoritajiet.

(37)

Dawn l-iżviluppi ġew innotati mill-Kummissjoni u bi ħsiebha tivverifika l-evidenza ta’ l-azzjonijiet korrettivi li ġew implimentati mit-trasportaturi bl-ajru kkonċernati qabel l-aġġornament li jmiss tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(38)

Sadanittant, l-Istati Membri bi ħsiebhom jivverifikaw b’mod sistematiku l-konformità effettiva ma’ l-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni ta’ spezzjonijiet fuq l-art li għandhom isiru fuq l-ajruplani ta’ dawn it-trasportatur bl-ajru u jittrażmettu r-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet mingħajr dewmien lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti dawn ir-riżultati kull xahar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa.

Trasportaturi bl-ajru mill-Bulgarija

(39)

Kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 787/2007, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija infurmaw lill-Kummissjoni bir-revoka taċ-Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru tat-trasportaturi Vega Airlines, Bright Aviation, Scorpion Air u Air Sofia, bis-sospensjoni taċ-Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru ta’ Air Scorpio u bir-restrizzjonijiet operattivi imposti fuq l-ajruplani tat-trasportatur Heli Air li ma kellhomx it-tagħmir tas-sikurezza obbligatorju meħtieġ (EGPWS U TCAS) sabiex jagħmlu titjiriet sikuri fil-Komunità.

(40)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija ppreżentaw dokumentazzjoni lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-miżuri meħudin minn dawn l-awtoritajiet wara l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fir-reċitazzjonijiet 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 787/2007.

(41)

Għaldaqstant, dawn l-awtoritajiet irrapportaw it-tneħħija mir-reġistru Bulgaru ta’ kull ajruplan tat-tip Antonov 12 tat-trasportaturi bl-ajru Scorpion Air, Bright Aviation Services u Vega Airlines. L-istess miżura ttieħdet rigward l-ajruplani ta’ l-istess tip ta’ Air Sofia bl-eċċezzjoni ta’ ajruplan wieħed li ċ-Ċertifikat ta’ Kapaċità għat-Titjir tiegħu skada f’Lulju 2007 u li għandu jitneħħa mir-reġistru Bulgaru fit-30 ta’ Jannar 2008 Fir-rigward ta’ Air Scorpio, wara s-sospensjoni taċ-Certifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru tiegħu, l-intrapriża qiegħda teżerċita taħriġ ta’ titjir u operat mhux kummerċjali.

(42)

Fir-rigward tal-Heli Air, l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija infurmaw li t-trasportatur mistenni jkun f’pożizzjoni li jopera l-ajruplani kollha tal-flotta tiegħu tat-tip LET L 410 mgħammra kompletament bit-tagħmir tas-sikurezza obbligatorju meħtieġ (EGPWS u TCAS) u għalhekk ikun jista’ jiżgura operat sikur fil-Komunità sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Diċembru 2007.

(43)

Dawn il-miżuri ġew innotati mill-Kummissjoni u din tirrikonoxxi l-isforzi kontinwi li qegħdin jagħmlu l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija biex itejbu l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet ta’ sorveljanza. Il-Kummissjoni tappoġġa l-isforzi ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija biex jissoktaw bl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet ta’ sorveljanza. Din mistennija tkompli timmonitorja l-proċess bl-assistenza ta’ l-EASA u l-Istati Membri.

Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar it-trasportaturi l-oħra inklużi fl-Annessi A u B

(44)

Sa issa ma ġiet ikkomunikata ebda evidenza lill-Kummissjoni għad illi din issottomettiet talbiet speċifiċi ta’ l-implimentazzjoni sħiħa ta’ l-azzjonijiet rimedjali xierqa mit-trasportaturi l-oħra inklużi fil-lista Komunitarja aġġornata fil-11 ta’ Settembru 2007 u mill-awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza regolatorja ta’ dawn it-trasportaturi bl-ajru. Għalhekk, fuq bażi tal-kriterji komuni, qiegħed jitqies li dawn it-trasportaturi bl-ajru għandhom ikomplu jkunu suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat (Anness A) jew restrizzjonijiet fuq l-operat (Anness B), skond xi jkun il-każ.

(45)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sikurezza ta’ l-Ajru.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A huwa sostitwit bl-Anness A ta’ dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness B huwa sostitwit bl-Anness B ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1043/2007 (ĠU L 239, 12.9.2007, p. 50).

(3)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 377, 27.12.2006, p. 177).

(4)  ĠU L 175, 5.7.2007, p. 10.

(5)  L-ittra mis-servizzi tal-Kummissjoni indirizzata lil Mahan Air tad-19 ta’ Ottubru 2007 - ppreżentata wkoll lil Ordinatur Ewlieni ta' l-Iran fl-istess data.


ANNESS A

LISTA TA’ TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL PROJBIZZJONI FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC

(u l-isem kummerċjali, jekk dan ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru (AOC) jew tal-Liċenzja ta’ l-Operat

Numru ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-ICAO għal-linja ta’ l-ajru

L-Istat ta’ l-Operatur

AIR KORYO

Mhux magħruf

KOR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (DPRK)

AIR WEST CO. LTD

004/A

AWZ

Is-Sudan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

009

AFG

L-Afganistan

MAHAN AIR

FS 105

IRM

Ir-Repubblika Islamika ta’ l-Iran

SILVERBACK CARGO FREIGHTERS

Mhux magħruf

VRB

Ir-Rwanda

TAAG ANGOLA AIRLINES

001

DTA

L-Angola

UKRAINIAN MEDITERRANEAN AIRLINES

164

UKM

L-Ukraina

VOLARE AVIATION ENTREPRISE

143

VRE

L-Ukraina

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC) responsabbli mis-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AFRICA ONE

409/CAB/MIN/TC/0114/2006

CFR

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AFRICAN AIR SERVICES COMMUTER SPRL

409/CAB/MIN/TC/0005/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIGLE AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0042/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR BENI

409/CAB/MIN/TC/0019/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR BOYOMA

409/CAB/MIN/TC/0049/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR INFINI

409/CAB/MIN/TC/006/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR KASAI

409/CAB/MIN/TC/0118/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR NAVETTE

409/CAB/MIN/TC/015/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

AIR TROPIQUES S.P.R.L.

409/CAB/MIN/TC/0107/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BEL GLOB AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0073/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BLUE AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0109/2006

BUL

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BRAVO AIR CONGO

409/CAB/MIN/TC/0090/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BUSINESS AVIATION S.P.R.L.

409/CAB/MIN/TC/0117/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

BUTEMBO AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0056/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CARGO BULL AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0106/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CETRACA AVIATION SERVICE

409/CAB/MIN/TC/037/2005

CER

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

CHC STELLAVIA

409/CAB/MIN/TC/0050/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

COMAIR

409/CAB/MIN/TC/0057/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION

(CAA)

409/CAB/MIN/TC/0111/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

DOREN AIR CONGO

409/CAB/MIN/TC/0054/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

EL SAM AIRLIFT

409/CAB/MIN/TC/0002/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

ESPACE AVIATION SERVICE

409/CAB/MIN/TC/0003/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

FILAIR

409/CAB/MIN/TC/0008/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

FREE AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0047/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GALAXY INCORPORATION

409/CAB/MIN/TC/0078/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GOMA EXPRESS

409/CAB/MIN/TC/0051/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GOMAIR

409/CAB/MIN/TC/0023/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

GREAT LAKE BUSINESS COMPANY

409/CAB/MIN/TC/0048/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

I.T.A.B. — INTERNATIONAL TRANS AIR BUSINESS

409/CAB/MIN/TC/0022/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

KATANGA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0088/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

KIVU AIR

409/CAB/MIN/TC/0044/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

LIGNES AÉRIENNES CONGOLAISES

Firma ministerjali

(ordinanza 78/205)

LCG

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

MALU AVIATION

409/CAB/MIN/TC/0113/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

MALILA AIRLIFT

409/CAB/MIN/TC/0112/2006

MLC

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

MANGO AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0007/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

PIVA AIRLINES

409/CAB/MIN/TC/0001/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

RWAKABIKA BUSHI EXPRESS

409/CAB/MIN/TC/0052/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SAFARI LOGISTICS SPRL

409/CAB/MIN/TC/0076/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SAFE AIR COMPANY

409/CAB/MIN/TC/0004/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SERVICES AIR

409/CAB/MIN/TC/0115/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

SUN AIR SERVICES

409/CAB/MIN/TC/0077/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TEMBO AIR SERVICES

409/CAB/MIN/TC/0089/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

THOM'S AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0009/2007

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TMK AIR COMMUTER

409/CAB/MIN/TC/020/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TRACEP CONGO

409/CAB/MIN/TC/0055/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TRANS AIR CARGO SERVICE

409/CAB/MIN/TC/0110/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

TRANSPORTS AERIENS CONGOLAIS

(TRACO)

409/CAB/MIN/TC/0105/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

VIRUNGA AIR CHARTER

409/CAB/MIN/TC/018/2005

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

WIMBI DIRA AIRWAYS

409/CAB/MIN/TC/0116/2006

WDA

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

ZAABU INTERNATIONAL

409/CAB/MIN/TC/0046/2006

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Ginea Ekwatorjali responsabbli mis-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

 

Il-Ginea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Il-Ginea Ekwatorjali

EUROGUINEANA DE AVIACION Y TRANSPORTES

2006/001/MTTCT/DGAC/SOPS

EUG

Il-Ginea Ekwatorjali

GENERAL WORK AVIACION

002/ANAC

Mhux disponibbli

Il-Ginea Ekwatorjali

GETRA — GUINEA ECUATORIAL DE TRANSPORTES AEREOS

739

GET

Il-Ginea Ekwatorjali

GUINEA AIRWAYS

738

Mhux disponibbli

Il-Ginea Ekwatorjali

UTAGE — UNION DE TRANSPORT AEREO DE GUINEA ECUATORIAL

737

UTG

Il-Ginea Ekwatorjali

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ l-Indoneżja responsabbli mis-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

 

L-Indoneżja

ADAM SKY CONNECTION AIRLINES

121-036

DHI

L-Indoneżja

AIR PACIFIC UTAMA

135-020

Mhux magħruf

L-Indoneżja

AIRFAST INDONESIA

135-002

AFE

L-Indoneżja

ASCO NUSA AIR TRANSPORT

135-022

Mhux magħruf

L-Indoneżja

ASI PUDJIASTUTI

135-028

Mhux magħruf

L-Indoneżja

AVIASTAR MANDIRI

135-029

Mhux magħruf

L-Indoneżja

BALAI KALIBRASI FASITAS PENERBANGAN

135-031

Mhux magħruf

L-Indoneżja

CARDIG AIR

121-013

Mhux magħruf

L-Indoneżja

DABI AIR NUSANTARA

135-030

Mhux magħruf

L-Indoneżja

DERAYA AIR TAXI

135-013

DRY

L-Indoneżja

DERAZONA AIR SERVICE

135-010

Mhux magħruf

L-Indoneżja

DIRGANTARA AIR SERVICE

135-014

DIR

L-Indoneżja

EASTINDO

135-038

Mhux magħruf

L-Indoneżja

EKSPRES TRANSPORTASI ANTAR BENUA

121-019

Mhux magħruf

L-Indoneżja

EKSPRES TRANSPORTASI ANTAR BENUA

135-032

Mhux magħruf

L-Indoneżja

GARUDA INDONESIA

121-001

GIA

L-Indoneżja

GATARI AIR SERVICE

135-018

GHS

L-Indoneżja

INDONESIA AIR ASIA

121-009

AWQ

L-Indoneżja

INDONESIA AIR TRANSPORT

135-017

IDA

L-Indoneżja

INTAN ANGKASA AIR SERVICE

135-019

Mhux magħruf

L-Indoneżja

KARTIKA AIRLINES

121-003

KAE

L-Indoneżja

KURA-KURA AVIATION

135-016

Mhux magħruf

L-Indoneżja

LION MENTARI ARILINES

121-010

LNI

L-Indoneżja

MANDALA AIRLINES

121-005

MDL

L-Indoneżja

MANUNGGAL AIR SERVICE

121-020

Mhux magħruf

L-Indoneżja

MEGANTARA AIRLINES

121-025

Mhux magħruf

L-Indoneżja

MERPATI NUSANTARA

121-002

MNA

L-Indoneżja

METRO BATAVIA

121-007

BTV

L-Indoneżja

NATIONAL UTILITY HELICOPTER

135-011

Mhux magħruf

L-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

121-008

PAS

L-Indoneżja

PELITA AIR SERVICE

135-001

PAS

L-Indoneżja

PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA

135-026

Mhux magħruf

L-Indoneżja

PURA WISATA BARUNA

135-025

Mhux magħruf

L-Indoneżja

REPUBLIC EXPRES AIRLINES

121-040

RPH

L-Indoneżja

RIAU AIRLINES

121-016

RIU

L-Indoneżja

SAMPURNA AIR NUSANTARA

135-036

Mhux magħruf

L-Indoneżja

SMAC

135-015

SMC

L-Indoneżja

SRIWIJAYA AIR

121-035

SJY

L-Indoneżja

TRANS WISATA PRIMA AVIATION

121-017

Mhux magħruf

L-Indoneżja

TRANSWISATA PRIMA AVIATION

135-021

Mhux magħruf

L-Indoneżja

TRAVEL EXPRES AIRLINES

121-038

XAR

L-Indoneżja

TRAVIRA UTAMA

135-009

Mhux magħruf

L-Indoneżja

TRI MG INTRA AIRLINES

121-018

TMG

L-Indoneżja

TRI MG INTRA AIRLINES

135-037

TMG

L-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

121-006

TGN

L-Indoneżja

TRIGANA AIR SERVICE

135-005

TGN

L-Indoneżja

WING ABADI NUSANTARA

121-012

WON

Indonesia

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli mis-sorveljanza regolatorja, inklużi,

 

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR CENTRAL ASIA

34

AAT

Ir-Repubblika Kirgiża

AIR MANAS

17

MBB

Ir-Repubblika Kirgiża

ASIA ALPHA AIRWAYS

32

SAL

Ir-Repubblika Kirgiża

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Ir-Repubblika Kirgiża

BISTAIR-FEZ BISHKEK

08

BSC

Ir-Repubblika Kirgiża

BOTIR AVIA

10

BTR

Ir-Repubblika Kirgiża

CLICK AIRWAYS

11

CGK

Ir-Repubblika Kirgiża

DAMES

20

DAM

Ir-Repubblika Kirgiża

EASTOK AVIA

15

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Kirgiża

ESEN AIR

2

ESD

Ir-Repubblika Kirgiża

GALAXY AIR

12

GAL

Ir-Repubblika Kirgiża

GOLDEN RULE AIRLINES

22

GRS

Ir-Repubblika Kirgiża

INTAL AVIA

27

INL

Ir-Repubblika Kirgiża

ITEK AIR

04

IKA

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZ TRANS AVIA

31

KTC

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZSTAN

03

LYN

Ir-Repubblika Kirgiża

KYRGYZSTAN AIRLINES

01

KGA

Ir-Repubblika Kirgiża

MAX AVIA

33

MAI

Ir-Repubblika Kirgiża

OHS AVIA

09

OSH

Ir-Repubblika Kirgiża

S GROUP AVIATION

6

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY GATE INTERNATIONAL AVIATION

14

SGD

Ir-Repubblika Kirgiża

SKY WAY AIR

21

SAB

Ir-Repubblika Kirgiża

TENIR AIRLINES

26

TEB

Ir-Repubblika Kirgiża

TRAST AERO

05

TSJ

Ir-Repubblika Kirgiża

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli mis-sorveljanza regolatorja

Il-Liberja

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sierra Leone responsabbli mis-sorveljanza regolatorja, inklużi,

Is-Sierra Leone

AIR RUM, LTD

Mhux magħruf

RUM

Is-Sierra Leone

BELLVIEW AIRLINES (S/L) LTD

Mhux magħruf

BVU

Is-Sierra Leone

DESTINY AIR SERVICES, LTD

Mhux magħruf

DTY

Is-Sierra Leone

HEAVYLIFT CARGO

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sierra Leone

ORANGE AIR SIERRA LEONE LTD

Mhux magħruf

ORJ

Is-Sierra Leone

PARAMOUNT AIRLINES, LTD

Mhux magħruf

PRR

Is-Sierra Leone

SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD

Mhux magħruf

SVT

Is-Sierra Leone

TEEBAH AIRWAYS

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sierra Leone

It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sważiland responsabbli mis-sorveljanza regolatorja, inklużi,

Is-Sważiland

AERO AFRICA (PTY) LTD

Mhux magħruf

RFC

Is-Sważiland

JET AFRICA SWAZILAND

Mhux magħruf

OSW

Is-Sważiland

ROYAL SWAZI NATIONAL AIRWAYS CORPORATION

Mhux magħruf

RSN

Is-Sważiland

SCAN AIR CHARTER, LTD

Mhux magħruf

Mhux magħruf

Is-Sważiland

SWAZI EXPRESS AIRWAYS

Mhux magħruf

SWX

Is-Sważiland

SWAZILAND AIRLINK

Mhux magħruf

SZL

Is-Sważiland


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw ajruplani mikrija bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li ma jkunx suġġett għall-projbizzjoni fuq l-operat, sakemm l-istandards rilevanti tas-sikurezza jkunu osservati.


ANNESS B

LISTA TA’ TRASPORTATURI BL-AJRU LI L-OPERAZZJONIJIET TAGĦHOM HUMA SUĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERAZZJONALI FI ĦDAN IL-KOMUNITÀ (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur bl-ajru kif muri fuq l-AOC tiegħu

(u l-isem kummerċjali, jekk ikun differenti)

In-Numru taċ-Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru (AOC)

In-Numru ta’ l-Identifikazzjoni ta’ l-ICAO għal-linja ta’ l-ajru

L-Istat ta’ l-Operatur

It-Tip ta’ l-inġenji ta’ l-ajru

Il-marka/i ta’ reġistrazzjoni u, fejn disponibbli, numru/i serjali tal-kostruzzjoni

L-stat tar-reġistrazzjoni

AIR BANGLADESH

17

BGD

Il-Bangladexx

B747-269B

S2-ADT

Il-Bangladexx

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Il-Komoros

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’:

LET 410 UVP

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’:

D6-CAM (851336)

Il-Komoros

HEWA BORA AIRWAYS (HBA)

409/CAB/MIN/TC/0108/2006

ALX

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’:

B767-266 ER

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’:

9Q-CJD

(Nru ta’ kos. 23 178)

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDC)


(1)  It-trasportaturi bl-ajru elenkati fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw ajruplani mikrija bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur bl-ajru li ma jkunx suġġett għall-projbizzjoni fuq l-operat, sakemm l-istandards rilevanti tas-sikurezza jkunu osservati.


Top