This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007O0010
Guideline of the European Central Bank of 20 September 2007 amending Annexes I and II to Guideline ECB/2000/7 on monetary policy instruments and procedures of the Eurosystem (ECB/2007/10)
Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l- 20 ta’ Settembru 2007 li temenda l-Annessi I u II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema (BĊE/2007/10)
Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l- 20 ta’ Settembru 2007 li temenda l-Annessi I u II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema (BĊE/2007/10)
ĠU L 284, 30.10.2007, p. 34–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011; Imħassar b' 32011O0014
30.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 284/34 |
LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta’ l-20 ta’ Settembru 2007
li temenda l-Annessi I u II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema
(BĊE/2007/10)
(2007/700/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partikolarment l-ewwel subinċiz ta’ l-Artikolu 105(2),
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 3.1, l-Artikoli 12.1, 14.3 u l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 20,
Wara li kkunsidra l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema (1),
Billi:
(1) |
L-Anness I tal-Linja ta’ Ġwida BĊE/2000/7 jeħtieġ li jiġi emendat minħabba tibdil riċenti fid-definizzjoni u l-implimentazjoni tal-politika monetarja waħda ta’ l-Eurosistema. Dan it-tibdil għandu x’jaqsam fost l-oħrajn ma’ l-assi eliġibbli u t-tneħħija tat-tranżazzjonijiet assoluti mil-lista ta’ l-operazzjonijiet ta’ rfinar. |
(2) |
Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/503/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat fuq l-adozzjoni minn Ċipru tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2008 (2), Ċipru jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-Ewro u d-deroga tiegħu skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ser titħassar b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008 (3). Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/504/KE ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni minn Malta tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2008, Malta tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-ewro u d-deroga tagħha skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ser titħassar b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2008. Minħabba dan jenħtieġ li tiġi emendata t-tabella tal-websites ta’ l-Eurosistema fl-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7. |
(3) |
Il-Linja tal-Gwida BĊE/2007/2 tas-26 ta’ April 2007 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (“TARGET2”) (4), tistabbilixxi s-sistema TARGET2 biex tieħu post is-sistema TARGET attwali kif stabbilit fl-Artikolu 14(2) tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2. Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ser jaqilbu għat-TARGET2 skond l-iskeda speċifikata fl-Artikolu 13 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2. Minħabba dan, jeħtieġ li jiġu emendati r-riferenzi għat-TARGET fl-Annessi I u II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2. |
ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:
Artikolu 1
Emendi lill-Annessi I u II
1. L-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat skond l-Anness I ta’ din il-Linja ta’ Gwida.
2. L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat skond l-Anness II ta’ din il-Linja ta’ Gwida.
Artikolu 2
Emendi għat-tabella tal-websites ta’ l-Eurosistema
It-tabella tal-websites ta’ l-Eurosistema li hemm fl-Anness 5 ta’ l-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 qed tinbidel bit-tabella fl-Anness III ta’ din il-Linja ta’ Gwida.
Artikolu 3
Verifika
Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma biħsiebhom ikunu konformi ma’ din il-Linja ta’ Gwida, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2007.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara li tiġi adottata. L-Artikolu 1 għandu japplika mid-19 ta’ Novembru 2007. L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.
Artikolu 5
Indirizzati
Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 20 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1. Il-Linja ta’ Gwida kif emendata l-aħħar bil-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/12 (ĠU L 352, 13.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 186, 18.7.2007, p. 29.
(3) ĠU L 186, 18.7.2007, p. 32.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament BĊE/2000/7 huwa emendat kif gej:
A. Emendi dwar id-definizzjoni mibdula u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema
(1) |
Fil-Kapitolu 1, Taqsima 1.1, tiddaħħal din is-sentenza wara l-ħames sentenza: “Il-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) jistgħu, jekk meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja, jaqsmu mal-membri ta’ l-Eurosistema individwali, informazzjoni, bħad-data ta’ l-operazzjonijiet, dwar il-kontropartijiet parteċipanti fl-operazzjonijiet ta’ l-Eurosistema (*). (*) Din l-informazzjoni hija suġġetta għall-ħtieġa tas-segretezza professjonali skond l-Artikolu 38 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ.”" |
(2) |
Fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 1.3.1, it-tielet paragrafu fuq ‘operazzjonijiet ta’ irfinar” hija emendata b'li ġej:
|
(3) |
Fil-Kapitolu 1, it-Tabella 1, taħt l-intestatura “Operazzjonijiet ta’ irfinar”, it-tieni subfil, jitħassar il-kliem: “Xiri ass”, “Bejgħ assolut”, “Mhux regolari” u “Proċeduri bilaterali”. |
(4) |
Fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 1.4, tiġi emendata b'li ġej:
|
(5) |
Fil-Kapitolu 1, Taqsima 1.5, ir-raba' sentenza tinbidel b'li ġej: “Fl-1 ta’ Jannar 2007, dan il-qafas waħdieni nbidel b'sistema b'żewġ saffi li kienet fis-seħħ sa mill-bidu tat-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja.” |
(6) |
Fil-Kapitolu 3, il-paragrafu introduttorju jiġi emendat b'li ġej:
|
(7) |
Fil-Kapitolu 3, Taqsima 3.1.4, tiddaħħal din is-sentenza wara t-tieni sentenza: “Operazzjonijiet ta’ irfinar’ jistgħu jsiru fl-aħħar jum ta’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva biex jagħmel tajjeb għall-iżbilanċi tal-likwidità li setgħu jakkumulaw mill-allokazzjoni ta’ l-aħħar operazzjoni ta’ finanzjament ewlieni.” |
(8) |
Fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 3.2, tiġi emendata b'li ġej:
|
(9) |
Fil-Kapitolu 4, it-Taqsima 4.1, tiġi emendata b'li ġej:
|
(10) |
Fil-Kapitolu 5, Taqsima 5.2, taħt l-intestatura “Operazzjonijiet magħmula permezz ta’ boroż u aġenti tas-suq”, titħassar it-tielet sentenza. |
(11) |
Fil-Kapitolu 5, Taqsima 5.3.2, it-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tinbidel b'li ġej: “Iżda, l-Eurosistema tista' tapplika kultant għal raġunijiet operattivi dati ta’ setttlement oħrajn għal dawn l-operazzjonijiet, partikolament għal tranżazzjonijiet assoluti u swaps ta’ valuta barranija (ara t-Tabella 3).” |
(12) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.1, it-tielet sentenza tat-tieni paragrafu tinbidel b'li ġej: “Dan il-qafas wieħed, imsejjaħ “Lista waħda” wkoll, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007 u ħa post is-sistema b'żewġ saffi li kien ilu fis-seħħ mill-bidu tat-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja.” |
(13) |
Fil-Kapitolu 6, it-Taqsima 6.1, tiġi emendata b'li ġej:
|
(14) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.2.1, taħt l-intestatura “Post ta’ ħruġ”, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 tinbidel b'li ġej: “Mill-1 ta’ Jannar 2007, biex ikunu eliġibbli titoli ta’ dejn internazzjonali f'forma bearer globali maħruġin permezz ta’ ICSDs għandhom jinħarġu f’forma ta’ Noti Globali Ġodda (New Global Notes (NGNs)) u ddepożitati ma’ Common Safekeeper (CSK) li huwa ICSD jew, jekk japplika, CSD li jissodisfa l-istandards minimi stabbiliti mill-BĊE. Titoli ta’ dejn internazzjonali f’forma globali li kienu nħarġu f'forma ta’ Noti Globali Klassiċi (CGNs) qabel l-1 ta’ Jannar 2007 u titoli funġibbli maħruġin taħt l-istess kodiċi ISIN fid-data jew warajha jibqgħu eliġibbli sal-maturità” |
(15) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.2.1, taħt l-intestatura “Swieq aċċettabbli”, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 li ġejja tiddaħħal fl-aħħar tal-paragrafu: “Assi tas-suq, li huma aċċettati bħala assi tat-tieni saff, u li nħarġu qabel il-31 ta’ Mejju 2007 u jiġu nnegozjati fi swieq mhux irregolati li bħalissa jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Eurosistema għas-sigurtà u l-aċċessibbiltà, imma mhux għat-trasparenza, jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Diċembru 2009, iżda għandhom jissodisfaw kriterji oħrajn ta’ eliġibbiltà, u jsiru ineliġibbli wara dik id-data. Dan ma japplikax għall-assi tas-suq mhux koperti maħruġin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu aċċettati bħala assi ta’ żewġ saffi u saru ineliġibbli fil-31 ta’ Mejju 2007.” |
(16) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.2.1, taħt l-intestatura “Post ta’ stabbiliment ta’ min jagħmel il-ħruġ/garanti”, tidħol in-nota ta’ qiegħ il-paġna 14 li tirriżulta fl-aħħar ta’ l-ewwel sentenza: “Assi tas-suq maħruġin qabel l-1 ta’ Jannar 2007 minn entità mhux stabbilita fiż-ŻEE jew f'wieħed mill-pajjiżi mhux taż-ŻEE tal-G10, imma ggarantiti minn entità stabbilita fiż-ŻEE, jibqgħu eliġibbli sal-31 ta’ Diċembru 2011, iżda għandhom jissodisfaw kriterji ta’ eliġibbiltà oħrajn u r-rekwiżiti applikabbli għall-garanziji kif jidher fit-Taqsima 6.3.2, u jsiru ineliġibbli wara dik id-data.” |
(17) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.3.2, fl-ewwel paragrafu fuq “valutazzjoni tal-kreditu ECAI”, dik li kienet in-nota ta’ qiegħ il-paġna 26 issa hija nnumerata mill-ġdid bħala nota ta’ qiegħ il-paġna 28 fl-aħħar ta’ l-ewwel sentenza tinbidel b'li ġej: “L-istandards ta’ kreditu għoli għal bonds tal-bank koperti maħruġin fl-1 ta’ Jannar 2008 jiġu vvalutati fuq il-bażi tas-sett ta’ kriterji fuq imsemmijin. Bonds tal-bank koperti maħruġin qabel l-1 ta’ Jannar 2008 jitqiesu li jissodisfaw standards ta’ kreditu għoli jekk jikkonformaw mill-qrib mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva UCITS.” |
(18) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.6.1, fit-tieni paragrafu, titħassar in-nota ta’ qiegħ il-paġna 50 li hemm bħalissa. |
(19) |
L-Annessi ta’ l-Anness I jingħataw l-isem ġdid “Appendiċijiet”. |
(20) |
Fl-Appendiċi 2 li tirriżulta ta’ l-Anness I, fid-definizzjoni ta’ “operazzjoni tas-suq miftuħ” ir-raba' sentenza tinbidel b'li ġej: “Barra minn dan, il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn u tranżazzjonijiet assoluti huma disponibbli għal operazzjonijiet strutturali, filwaqt li swaps ta’ valuta barranija u l-ġbir ta’ depożiti b'termini fissi huma disponibbli biex jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ irfinar.” |
B. Emendi dwar l-istabbilment tat-TARGET2
(21) |
Fil-lista ta’ l-“Abbrevjazzjonijiet”, il-linja li tirriferi għal “TARGET” tinbidel b'li ġej:
|
(22) |
Fil-Kapitolu 4, Taqsima 4.1, it-test taħt l-intestatura “Kundizzjonijiet ta’ aċċess” huwa emendat b'li ġej:
|
(23) |
Fil-Kapitolu 4, Taqsima 4.1 taħt l-intestatura “Maturità u termini ta’ imgħax”, it-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'li ġej: “Għal kontropartijiet li jipparteċipaw direttament fit-TARGET2, il-kreditu jitħallas lura fil-jum ta’ wara meta (i) it-TARGET2; u (ii) l-SSSs huma operattivi, fil-ħin li dawk is-sistemi jiftħu.” |
(24) |
Fil-Kapitolu 4, Taqsima 4.2, it-test taħt l-intestatura “Kundizzjonijiet ta’ aċċess” huwa emendat b'li ġej:
|
(25) |
Fil-Kapitolu 4, Taqsima 4.2 taħt l-intestatura “Maturità u termini ta’ imgħax”, it-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'li ġej: “Għal kontropartijiet li jipparteċipaw direttament fit-TARGET2, id-depożiti miżmumin fil-faċilità jimmaturaw l-għada meta t-TARGET2 jkun operattiv, fil-ħin meta din is-sistema tiftaħ.” |
(26) |
Fil-Kapitolu 5, Taqsima 5.3.1, it-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'li ġej: “Tranżazzjonijiet tal-flus dwar l-użu tal-faċilitajiet permanenti ta’ l-Eurosistema jew għall-parteċipazzjoni f'operazzjonijiet tas-suq miftuħ jiġu mħallsa fil-kontijiet tal-kontropartijiet mal-banek ċentrali nazzjonali jew fil-kontijiet tal-banek ta’ ħlas li jipparteċipaw fit-TARGET2.” |
(27) |
Fil-Kapitolu 5, Taqsima 5.3.2, l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel paragrafu tinbidel b'li ġej: “Operazzjonijiet tas-suq miftuħ ibbażati fuq offerti standard, jiġifieri operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin, operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fit-tul u operazzjonijiet strutturali, normalment jitħallsu fl-ewwel jum wara l-jum tan-negozju meta (i) it-TARGET2; u (ii) l-SSSs kollha rilevanti jkunu miftuħin.” |
(28) |
Fil-Kapitolu 5, Sezzjoni 5.3.5 tinbidel b'li gej: “5.3.3 Proċeduri ta’ l-aħħar tal-jum Il-proċeduri ta’ l-aħħar tal-jum huma speċifikati fid-dokumentazzjoni li għandhom x'jaqsmu mat-TARGET2. Bħala regola ġenerali, it-TARGET2 jagħlaq fis-6 p.m. ħin ta’ l-BĊE (CET). L-ebda ordnijiet oħra ta’ ħlas ma jiġu aċċettati għall-ipproċessar fit-TARGET2 wara l-ħin ta’ l-għeluq, għalkemm l-ordnijiet ta’ ħlas aċċettati qabel il-ħin ta’ l-għeluq jiġu pproċessati. It-talbiet tal-kontropartijiet għall-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali jew għall-faċilità ta’ depożitu għandhom jintbagħtu lill-bank ċentrali nazzjonali rispettiv mhux aktar tard minn 15-il minuta wara l-ħin ta’ l-għeluq tat-TARGET2. L-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilitajiet permanenti ta’ l-Eurosistema hija posposta bi 15-il minuta oħra fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ l-Eurosistema ta’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva (*************). Kull bilanċ negattiv fil-kontijiet ta’ ħlas fit-TARGET2 ta’ kontropartijiet eliġibbli li jibqgħu wara l-finalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll ta’ l-aħħar jum tax-xogħol jiġi awtomatikament ikkunsidrat bħala talba għar-rikors għal self marġinali (ara t-Taqsima 4.1). (*************) Sakemm BĊN ikun qaleb għat-TARGET2, l-iskadenza biex jintalab l-aċċess għall-faċilitajiet permanenti ta’ l-Eurosistema ma’ dak il-BĊN ikun ta’ 30 minuta wara l-ħin ta’ l-għeluq tas-sistema (6 p.m. CET), u pospost għal 30 minuta oħra fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ l-Eurosistema ta’ perjodu taż-żamma tar-riżerva.”" |
(29) |
Fil-Kapitolu 6, Taqsima 6.6.1, l-aħħar sentenza tat-taqsima tinbidel b'li ġej: “F'ċirkustanzi eċċezzjonali jew meta jkun meħtieġ għall-iskopijiet tal-politika monetarja, il-BĊE jista' jiddeċiedi li jestendi l-ħin ta’ l-għeluq tas-CCBM sal-ħin ta’ l-għeluq tat-TARGET2.” |
(30) |
In-noti ta’ qiegħ il-paġna mhux imsemmijin hawn fuq qed jiġu nnumerati mill-ġdid kif imiss. |
(31) |
L-Appendiċi 2 (“Glossarju”) li jirriżulta ta’ l-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat kif gej:
|
ANNESS II
L-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 (“Karatteristiċi Komuni Minimi Addizzjonali”) huwa emendat b’li ġej:
(1) |
Il-Paragrafu 15 jinbidel b’li gej: “L-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji rilevanti applikati mill-BĊN għandhom jiddefinixxu ‘jum tax-xogħol’ bħala, fir-rigward ta’ obbligu biex isir ħlas, kull jum li fih it-TARGET2 (*) huwa operattivi biex isir dan il-ħlas u, fir-rigward ta’ obbligu biex jintbagħtu assi, kull jum meta s-sistemi tas-settlement tat-titoli li permezz tagħhom isir il-ħlas ikunu miftuħin għan-negozju fil-post fejn għandhom jiġu rċevuti t-titoli rilevanti. (*) Meta jkun applikabbli, ir-riferenzi għat-‘TARGET2’ għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-‘TARGET’, sakemm l-BĊN ikun qaleb għat-TARGET 2.”" |
(2) |
Il-paragrafu 20(b)(ii) jinbidel b’li gej: “Fuq il-bażi ta’ somom hekk stabbiliti, il-BĊN għandu jikkalkula x’inhu dovut minn kull parti lill-oħra fid-data tax-xiri mill-ġdid. Is-somom dovuti minn parti għandhom jiġu paċuti mas-somom dovuti lill-oħra u l-bilanċ nett biss huwa pagabbli mill-parti li għandha l-klejm vvalutata f’valur anqas. Dan il-bilanċ nett huwa dovut u pagabbli l-għada meta t-TARGET2 huwa operattivi biex jagħmel il-ħlas. Għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, kull somma mhux iddenominata f’euro għandha tiġi kkonvertita f’euro fid-data xierqa bir-rata kkalkulata skond il-paragrafu 16.” |
(3) |
Il-paragrafu 31(b) jinbidel b’li gej: “Fuq il-bażi ta’ somom hekk stabbiliti, il-BĊN għandu jikkalkula x’inhu dovut minn kull parti lill-oħra fid-data tat-trasferiment mill-ġdid. Is-somom dovuti minn parti għandhom jiġu kkonvertiti f’euro meta meħtieġ skond il-paragrafu 16 u paċuti ma’ somom dovuti lill-oħra. Il-bilanċ nett biss huwa pagabbli mill-parti li jkollha klejm ivvalutata f’ammont anqas. Dan il-bilanċ nett huwa dovut u pagabbli l-għada meta t-TARGET2 huwa operattivi biex jagħmel il-ħlas.” |
ANNESS III
It-tabella tal-websites ta’ l-Eurosistema fl-Appendiċi 5 l-ġdid ta’ l-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 qed tiġi sostitwita b’li ġej:
“Bank ċentrali |
Website |
European Central Bank |
www.ecb.int |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
www.nbb.be or www.bnb.be |
Deutsche Bundesbank |
www.bundesbank.de |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
www.centralbank.ie |
Bank of Greece |
www.bankofgreece.gr |
Banco de España |
www.bde.es |
Banque de France |
www.banque-france.fr |
Banca d’Italia |
www.bancaditalia.it |
Central Bank of Cyprus |
www.centralbank.gov.cy |
Banque centrale du Luxembourg |
www.bcl.lu |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
www.centralbankmalta.com |
De Nederlandsche Bank |
www.dnb.nl |
Oesterreichische Nationalbank |
www.oenb.at |
Banco de Portugal |
www.bportugal.pt |
Banka Slovenije |
www.bsi.si |
Suomen Pankki |
www.bof.fi” |