Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0750

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 750/2007 tat- 28 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi li m’għadhomx jintlaħqu ċerti limiti rigward il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għal prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

    ĠU L 169, 29.6.2007, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/750/oj

    29.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 169/46


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 750/2007

    tat-28 ta’ Ġunju 2007

    li jistabbilixxi li m’għadhomx jintlaħqu ċerti limiti rigward il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għal prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta’ prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 wriet li għad hemm kwantitajiet ta’ zokkor disponibbli għall-obbligi tal-kunsinna ta’ zokkor preferenzjali stabbiliti skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 bin-numru tas-serje 09.4332, 09.4335, 09.4336, 09.4338, 09.4341, 09.4343, 09.4346, u 09.4351.

    (2)

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tindika li l-limiti kkonċernati m’għadhomx jintlaħqu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-limiti ta’ l-obbligi tal-kunsinna ta’ zokkor preferenzjali bin-numru tas-serje 09.4332, 09.4335, 09.4336, 09.4338, 09.4341, 09.4343, 09.4346, u 09.4351 għall-perjodu ta’ kunsinna 2006-2007 m’għadhomx jintlaħqu.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Ġunju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2011/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).


    Top