Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0600

    Regolament tal-Kummissjoni Nru 600/2005 tat- 18 ta' April 2005 li jikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta’ coccidiostat bħala addittiv fl-oġġetti ta’ l-għalf, l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti ta’ l-għalf Test b’relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5–9 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 319–323 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/07/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/600/oj

    6.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    319


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 600/2005

    tat-18 ta' April 2005

    li jikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta’ coccidiostat bħala addittiv fl-oġġetti ta’ l-għalf, l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti ta’ l-għalf

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsirat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru ta’ l-1970 dwar l-addittivi ta’ l-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9(d)(1) u 9(e)(1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru ta’ l-2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

    (2)

    L-Artikolu 25 tar-Regolamnet (KE) Nru 1831/2003 jistipula miżuri tranżizzjonali għall-applikazzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf li ġew sottomessi skond id-Direttiva 70/524 qabel id-data ta’ l-applikar tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi elenkati fl-Annessi ma’ dan ir-Regolament ġew sottomessi qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    Il-kummenti inizjali dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu quddiem il-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikar tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom għalhekk jibqgħu jitqiesu konformi ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

    (5)

    Il-persuna responsabbli miċ-ċirkolazzjoni tas-Salinomax 120G issottomettiet applikazzjoni għalawtorizzazzjoni għal għaxar snin, bħala coccidiostat fit-tiġieġ għat-tismin, skond l-Artikolu 4 ta’dik id-Direttiva. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) wasslet opinjoni dwar is-sigurtà ta’ l-użu ta’ din il-preparazzjoni fil-bniedem, fl-annimali u fuq l-ambjent, skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew milħuqa. Għalhekk, l-użu ta’din il-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness I, għandu jiġi awtorizzat għal għaxar snin

    (6)

    Ġiet sottomessa data b’appoġġ għall-applkazzjoni ta’ addittiv ġdid tal-Lactobacillus acidophilus DSM 13241 għall-klieb u għall-qtates. L-EFSA wasslet opinjonijiet favorevoli fil-15 ta’April ta’ l-2004 u fis-27 ta’ Ottubru ta’l-2004 dwar is-sigurtà għall-annimali mmirati, għall-utent u għall-ambjent. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9e(1) tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew milħuqa. Għalhekk l-użu, kif speċifikat fl-Anness II, ta’ dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi għandu jiġi awtorizzat proviżorjament.

    (7)

    L-użu tal-preparazzjoni tal-mikro-organiżmi Enterococcus faecium ATCC 53519 u Enterococcus faecium ATCC 55593 ġie awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, fit-tiġieġ għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1436/98 (3). Ġiet sottomessa data ġdida b’appoġġ għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew milħuqa. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi, kif speċifikat fl-Anness III, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

    (8)

    L-użu tal-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi Bacillus licheniformis DSM 5749 u Bacillus subtilis DSM 5750 ġie awtorizzat proviżorjament, għall-ewwel darba, għad-dundjani għat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2437/2000 (4) u għall-għoġiela bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2001 (5). Data ġdida ġiet sottomessa b’appoġġ għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew milħuqa. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi, kif speċifikat fl-Anness III, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

    (9)

    L-użu tal-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 ġiet awtorizzata proviżorjament fil-fniek bir-regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1436/98. Ġiet sottomessa data ġdida b’appoġġar għall-applikazzjoni għalawtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien għal dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi. L-evalwazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għal tali awtorizzazzjoni ġew milħuqa. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ta’ mikro-organiżmi, kif speċifikat fl-Anness III, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

    (10)

    L-evalwazzjoni ta’ din l-applikazzjoni turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu rekwiżiti sabiex jipproteġu l-ħaddiema mill-esponiment għall-addittivi li huma stipulati fl-Anness. Tali protezzjoni għandha tiġi assigurata permezz ta’ l-applikar tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju ta’ l-1989 li tikkonċerna l-introduzzjoni ta’ miżuri għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (6).

    (11)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-“Coccidiostat u sustanzi mediċinali oħrajn”, kif speċifikat fl-Anness I, hija awtorizzata għall-użu għal għaxar snin bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-“Mikro-organiżmi” kif speċifikat fl-Anness II, hija awtorizzata għall-użu għal erba’ snin bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 3

    Il-preparazzjonijiet li tagħmel parti mill-“Mikro-organiżmi” kif speċifikat fl-Anness III, huma awtorizzati għall-użu mingħajr skadenza ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' April 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

    (2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (3)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 15.

    (4)  ĠU L 280, 4.11.2000, p. 28.

    (5)  ĠU L 62, 2.3.2001, p. 3.

    (6)  ĠU L 183, 29.6.1998, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


    ANNESS I

    Numru tar-reġistrazzjoni ta’ l-addittiv

    Isem u numru ta’ reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli ħaċ-ċirkolazzjoni ta’ l-addittiv

    Addittiv

    (isem kummerċjali)

    Kompożizzjoni, formula Kimika, deskrizzjoni

    Speċi jew il-kategorija ta’ l-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Skadenza tal-perijodu ta’ l-awtorizzazzjoni

    mg ta’ sustanzi attivi/kg ta’ oġġetti ta’ l-għalf sħaħ

    Coccidiostats u sustanzi mediċinali oħrajn

    “E 766

    Alpharma (Belgium) BVBA

    Salinomycin sodium 120 g/kg

    (Salinomax 120G)

     

    Kompożizzjoni ta’ l-Addittiv:

     

    Salinomycin sodium 120 g/kg

     

    Calcium lignosulfonate: 40 g/kg

     

    Calcium sulphate dihydrate to 1 000  g/kg

     

    Sustanza attiva:

     

    Salinomycin sodium,

    C42H69O11Na,

    Il-melħ tas-sodju ta’ aċdu monokarboxiliku poli eteru li jinkiseb bil-fermentazzjoni ta’ Streptomyces albus (ATCC 21838/US 9401-06),

    numru CAS: 55 721-31-8

     

    Impuritajiet relatati:

     

    < 42 mg elaiophylin-/kg salinomycin sodium.

     

    < 40 g 17-epi-20 desoxysalinomycin/kg salinomycin sodium

    Tiġieġ għat-tismin

    50

    70

    Użu pprojbit sa 5 ijiem qabel tbiċċir

    Indika taħt l-istruzzjonijiet għall-użu:

     

    ‘Perikoluż għall-ekwini u għad-dundjan’

     

    ‘Dan l-oġġett ta’ l-għalf fih ionophore: l-użu fl-istess ħin ma’ ċerti sustanzi mediċinali (eż tiamulin) jista’ jkun kontra-indikat’

    22.4.2015”


    ANNESS II

    Nru (jew Nru KE)

    Addittiv

    Formula kimika, deskrizzjoni

    Speċi jew il-kategorija ta’ l-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Skadenza tal-perijodu ta’ l-awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta' oġġett ta’ l-għalf sħiħ

    Mikro-organiżmi

    “25

    Lactobacillus acidophilus DSM 13241

    Preparazzjoni ta’ Lactobacillus acidophilus li fih minimu ta’:

     

    1 × 1011 CFU/g addittiv

    Klieb

    6 × 109

    2 × 1010

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura ta’ ħażna, skadenza ta’ żmien ta’ ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni.

    Għall-użu f’għalf imnixxef bi kontenut ta’ ilma ta’ jew inqas minn 2 %.

    Data [à compléter par le service publiant l’acte au J. O: 4 ans à partir de l’entrée en vigueur du ce règlement]

    Qtates

    3 × 109

    2 × 1010

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura ta’ ħażna, skadenza ta’ żmien ta’ ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni.

    Għall-użu f’għalf imnixxef bi kontenut ta’ ilma ta’ jew inqas minn 2 %.

    Date [à compléter par le service publiant l’acte au J. O: 4 ans à partir de l’entrée en vigueur du ce règlement]”


    ANNESS III

    Nru KE

    Addittiv

    Formula kimika, deskrizzjoni

    Speċi jew il-kategorija ta’ l-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Skadenza tal-perijodu ta’ l-awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta' għalf sħiħ

    Mikro-organiżmi

    “E 1709

    Enterococcus faecium ATCC 53519

    Enterococcus faecium ATCC 55593

    (Proporzjoni ta’ 1/1)

    Taħlita ta’ Enterococcus faecium and Enterococcus faecium in kapsulati li fihom minimu ta’ 2 × 108 CFU/g addittiv.

    (jiġifieri minimu ta’ 1 × 108 CFU/g ta’ kull batterju)

    Tiġieġ għat-tismin

    1 × 108

    1 × 108

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura ta’ ħażna, skadenza ta’ żmien ta’ ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni.

    Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih l-coccidostats: decoquinate, halofuginone, lasalocid sodium, maduramicin ammonium, monensin sodium, narasin, narasin/nicarbazin, u salinomycin sodium.

    Mingħajr limitu ta’ żmien

    E 1700

    Bacillus licheniformis DSM 5749

    Bacillus subtilis DSM 5750

    (Proporzjoni ta’ 1/1)

    Taħlita ta’ Bacillus licheniformis and Bacillus subtilis li tikkuntieni minimu ta’ 3,2 × 109 CFU/g addittiv (1,6 × 109 ta’ kull batterju)

    Dundjani għat-tismin

    1,28 × 109

    1,28 × 109

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura ta’ ħażna, skadenza ta’ żmien ta’ ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni.

    Jista’ jintuża f’għalf kompost li fih l-coccidostats: diclazuril, halofuginone, monensin sodium u robenidine.

    Mingħajr limitu ta’ żmien

    Għoġiela

    3 xhur

    1,28 × 109

    1,28 × 109

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura ta’ ħażna, skadenza ta’ żmien ta’ ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni..

    Mingħajr limitu ta’ żmien

    E 1702

    Saccharomyces cerevisiae

    NCYC Sc 47

    Preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae li fih 5 × 109 CFU/g addittiv.

    Fniek għat-tismin

    2,5 × 109

    7,5 × 109

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittivi u ta’ kif isir it-taħlit, indika t-temperatura ta’ ħażna, skadenza ta’ żmien ta’ ħażna u l-istabbiltà fl-ambitu ta’ formazzjoni ta’ pritkuni ta’ addittivi.

    Mingħajr limitu ta’ żmien”


    Top