Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0481

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/481/PESK tat- 13 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata

    ĠU L 172, 5.7.2005, p. 83–83 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 216–216 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/481/oj

    Related international agreement

    32005D0481

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/481/PESK tat- 13 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata

    Official Journal L 172 , 05/07/2005 P. 0083 - 0083
    Official Journal L 164 , 16/06/2006 P. 0216 - 0216


    Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/481/PESK

    tat- 13 ta' Ġunju 2005

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

    Billi:

    (1) Fil-laqgħa tiegħu tas- 27 u 28 ta' Novembru 2003, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, megħjuna mis-Segretarju-ġenerali/ir-Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), biex tibda negozjati skond l-Artikoli 24 u 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma' ċerti stati terzi, sabiex l-Unjoni Ewropea tikkonkludi ma' kull wieħed minnhom Ftehim dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata.

    (2) Wara din l-awtorizzazzjoni biex jinbdew in-negozjati, il-Presidenza, megħjuna mis-SĠ/RGħ, innegozjat Ftehim ma' l-Ukraina dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata.

    (3) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata hu b'dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) li jkollha/jkollhom is-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim sabiex torbot/jorbtu lill-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din il-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, 13 ta' Ġunju 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Asselborn

    --------------------------------------------------

    Top