This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0481
Council Decision 2005/481/CFSP of 13 June 2005 concerning the conclusion of the Agreement between the European Union and Ukraine on the security procedures for the exchange of classified information
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/481/PESK tat- 13 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/481/PESK tat- 13 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata
ĠU L 172, 5.7.2005, p. 83–83
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 216–216
(MT)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/481/oj
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/481/PESK tat- 13 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata
Official Journal L 172 , 05/07/2005 P. 0083 - 0083
Official Journal L 164 , 16/06/2006 P. 0216 - 0216
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/481/PESK tat- 13 ta' Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza, Billi: (1) Fil-laqgħa tiegħu tas- 27 u 28 ta' Novembru 2003, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, megħjuna mis-Segretarju-ġenerali/ir-Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), biex tibda negozjati skond l-Artikoli 24 u 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma' ċerti stati terzi, sabiex l-Unjoni Ewropea tikkonkludi ma' kull wieħed minnhom Ftehim dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata. (2) Wara din l-awtorizzazzjoni biex jinbdew in-negozjati, il-Presidenza, megħjuna mis-SĠ/RGħ, innegozjat Ftehim ma' l-Ukraina dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata. (3) Il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata hu b'dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) li jkollha/jkollhom is-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim sabiex torbot/jorbtu lill-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din il-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, 13 ta' Ġunju 2005. Għall-Kunsill Il-President J. Asselborn --------------------------------------------------