Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0081

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/81/PESK tal- 31 ta’ Jannar 2005 li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnia-Ħerzegovina

    ĠU L 29, 2.2.2005, p. 48–48 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 83–83 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/81/oj

    13.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    83


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/81/PESK

    tal-31 ta’ Jannar 2005

    li testendi l-mandat tal-Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnia-Ħerzegovina

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2002/210/PESK tal-11 ta' Marzu 2002 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (1) (EUPM), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/188/PESK tat-23 ta’ Frar 2004 dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPM (2),

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta’ Frar 2004, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2004/188/PESK li taħtar lis-Sur Bartholomew Kevin Carty bħala Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPM mill-1 ta’ Marzu 2004 għal sena.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2004/188/PESK tiskadi fl-1 ta’ Marzu 2005.

    (3)

    Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-estensjoni tal-mandat tal-Kummissarju Bartholomew Kevin Carty bħala Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPM sal-31 ta' Diċembru 2005.

    (4)

    Il-mandat tal-Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPM għandu għalhekk jiġi estiż,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Bartholomew Kevin CARTY bħala Kap ta’ Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija ta’ l-EUPM huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Diċembru 2005.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, nhar il-31 ta’ Jannar 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ASSELBORN


    (1)  ĠU L 70, 13.3.2002, p. 1. Azzjoni Konġunta kif l-aħħar emendata bl-Azzjoni Konġunta 2003/188/PESK (ĠU L 73, 19.3.2003, p. 9).

    (2)  ĠU L 58, 26.2.2004, p. 27.


    Top