Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0325

Kawża T-325/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2023 – Nurel vs EUIPO – FKuR Property (Terylene) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Terylene – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti TERRALENE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Prova tal-użu ġenwin”]

ĠU C 329, 18.9.2023, pp. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2023 – Nurel vs EUIPO – FKuR Property (Terylene)

(Kawża T-325/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Terylene - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti TERRALENE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Prova tal-użu ġenwin”)

(2023/C 329/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nurel, SA (Saragosse, Spanja) (rappreżentanti: C. Anadón Giménez u J. Learte Álvarez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FKuR Property GmbH (Willich, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Timmann, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Marzu 2022 (Każ R 1544/2021-4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nurel, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)   ĠU C 284, 25.7.2022.


Top