EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0571

Kawża C-571/21, RWE Power: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) RWE Power Aktiengesellschaft vs Hauptzollamt Duisburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku – Direttiva 2003/96/KE – Artikolu 14(1)(a) – It-tieni u t-tielet sentenza tal-Artikolu 21(3) – Elettriku użat għall-produzzjoni tal-elettriku u sabiex tinżamm il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-elettriku – Eżenzjoni – Portata – Minjieri miftuħa – Elettriku użat għall-finijiet tal-operat ta’ tankijiet tal-fjuwil u tal-mezzi tat-trasport)

ĠU C 155, 2.5.2023, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) RWE Power Aktiengesellschaft vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-571/21 (1), RWE Power)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku - Direttiva 2003/96/KE - Artikolu 14(1)(a) - It-tieni u t-tielet sentenza tal-Artikolu 21(3) - Elettriku użat għall-produzzjoni tal-elettriku u sabiex tinżamm il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-elettriku - Eżenzjoni - Portata - Minjieri miftuħa - Elettriku użat għall-finijiet tal-operat ta’ tankijiet tal-fjuwil u tal-mezzi tat-trasport)

(2023/C 155/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RWE Power Aktiengesellschaft

Konvenut: Hauptzollamt Duisburg

Dispożittiv

1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, moqrija flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 21(3) ta’ din id-direttiva,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-“elettriku użat għall-produzzjoni tal-elettriku”, prevista f’din id-dispożizzjoni ma tkoprix l-elettriku użat fil-kuntest tal-estrazzjoni ta’ prodott tal-enerġija, bħal-linjite, f’minjiera miftuħa, kemm-il darba dan l-elettriku ma jintużax fil-kuntest tal-proċess teknoloġiku ta’ produzzjoni ta’ elettriku, iżda għall-manifattura ta’ prodott tal-enerġija. Min-naħa l-oħra, din l-eżenzjoni tista’ tkopri t-trasformazzjoni kif ukoll l-ipproċessar sussegwenti ta’ dan il-prodott tal-enerġija f’impjanti tal-enerġija għall-finijiet tal-produzzjoni tal-elettriku, dejjem sakemm dawn l-operazzjonijiet ikunu indispensabbli u jikkontribwixxi direttament għall-proċess teknoloġiku ta’ din il-produzzjoni

2)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2003/96,

għandha tiġi interpretata fis-sens li:

l-eżenzjoni mit-tassazzjoni tal-“elettriku użat sabiex tinżamm il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-elettriku”, prevista f’din id-dispożizzjoni, tista’ tkopri l-elettriku intiż għall-funzjonament ta’ installazzjonijiet ta’ ħażna ta’ prodott tal-enerġija, bħal-linjite, u ta’ mezzi tat-trasport li jippermettu li dan il-prodott jitwassal, meta dawn l-operazzjonijiet iseħħu ġewwa impjanti tal-enerġija, dejjem sakemm dawn ikunu indispensabbli u jikkontribwixxi direttament għaż-żamma tal-kapaċità tal-proċess teknoloġiku ta’ produzzjoni ta’ elettriku, sa fejn tali operazzjonijiet huma meħtieġa sabiex tiġi ggarantita ż-żamma tal-kapaċità ta’ produzzjoni mingħajr interruzzjoni tal-elettriku.


(1)  ĠU C 490, 06.12.2021.


Top